Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1683

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7733

    ĠU L 379, 13.11.2020, p. 34–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/11/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1683/oj

    13.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 379/34


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1683

    tat-12 ta’ Novembru 2020

    li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-pubblikazzjoni tal-studju xjentifiku bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk” fl-2001, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel intenzjonati għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta’ tħassib.

    (2)

    L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom.

    (3)

    Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-data xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

    (4)

    L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali taż-żebgħa tax-xagħar li għalihom kienu tressqu fajls aġġornati mill-industrija.

    (5)

    B’riżultat tal-valutazzjoni mill-SCCS, sabiex is-sikurezza ta’ prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tiġi żgurata għas-saħħa tal-bniedem huwa neċessarju li l-użu ta’ tliet sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar: 1,2,4-Trihidrossibenżen (4), aċidu 2-[(4-Ammino-2-nitrofenil)-amino]-benżojku (5) u 4-Ammino-3-idrossitoluwen (6) jiġi pprojbit abbażi tal-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom. Barra minn dan, fid-dawl tal-opinjonijiet finali mill-SCCS dwar sitt sustanzi oħra taż-żebgħa tax-xagħar, Dimethylpiperazinium Aminopyrazolopyridine HCl (7), Methylimidazoliumpropyl p-phenylenediamine HCl (8), HC Orange No. 6 (9), Acid Orange 7 (10), Tetrabromophenol Blue (11) u Indigofera Tinctoria (12), huwa xieraq li l-konċentrazzjonijiet massimi tagħhom fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar jiġu limitati.

    (6)

    Id-definizzjoni ta’ prodott tax-xagħar stabbilita fil-punt (1)(c) tal-Preamboli għall-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 teskludi l-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq ix-xagħar tal-għajnejn, abbażi ta’ livell differenti ta’ riskju ta’ applikazzjoni ta’ prodott kożmetiku fuq ix-xagħar meta mqabbel mal-applikazzjoni tal-istess prodott fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Għalhekk kien hemm bżonn ta’ valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn.

    (7)

    Is-sustanza 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha huma elenkati taħt l-entrata 292 Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Meta jitqiesu l-konlużjonijiet tal-aħħar opinjoni tal-SCCS (13) dwar l-użu ta’ dawk is-sustanzi fuq ix-xagħar tal-għajnejn, l-ambitu tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni li għalihom huma suġġetti jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn.

    (8)

    Sabiex jiġi evitat kull riskju relatat mal-autoapplikazzjoni mill-konsumaturi ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn li fihom il 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha, jenħtieġ li dawk il-prodotti jiġu permessi għal użu professjonali biss.

    (9)

    Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom.

    (10)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Huwa xieraq li jingħataw perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda u jitneħħew gradwalment l-prodotti kożmetiċi li mhumiex f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

    (4)  SCCS/1598/18.

    (5)  SCCS/1497/12.

    (6)  SCCS/1400/11.

    (7)  SCCS/1584/17.

    (8)  SCCS/1609/19.

    (9)  SCCS/1579/16.

    (10)  SCCS/1536/14.

    (11)  SCCS/1610/19.

    (12)  SCCS/1615/20.

    (13)  SCCS/1603/18.


    ANNESS

    Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness II, fit-tabella, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

    Numru ta’ referenza

    Identifikazzjoni tas-sustanza

    Isem kimiku/INN

    Numru tal-CAS

    Numru KE

    ‘1642

    1,2,4-Triidrossibenżen  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

    533-73-3

    208-575-1

    1643

    4-Ammino-3-idrossitoluwen  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

    2835 -98-5

    220-620-7

    1644

    aċidu 2-[(4-Ammino-2-nitrofenil)-ammino]-benżojku  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

    117907-43-4

    411-260-3

    (2)

    Fl-Anness III, it-tabella hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata 292 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Numru ta’ referenza

    Identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    Isem tal-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti

    Numru tal-CAS

    Numru KE

    Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

    Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “292

    1,4-Benżendjammina, 2-(metossimetil)

    sulfat ta’ 1,4-Benżendjammina, 2-(metossimetil)-

    2-Metossimetil-p-Fenilenedjammina

    sulfat ta’ 2-Metossimetil-p-Fenilenedjammina

    337906-36-2

    337906-37-3

    679-526-3

    638-749-6

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (b)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

     

    (a) (b)

    Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż il-1,8 % (ikkalkulat bħala bażi libera).

    (b)

    Użu professjonali

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

     

    Il-proporzjon tat-taħlita.

     

    Image 1 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

     

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

     

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

     

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

     

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.’”

    (b)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

     

    Image 2 Dan il-prodott jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

     

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

     

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata jew midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba’ xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

     

    Għall-użu professjonali biss.

     

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom.

    (b)

    jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

    Numru ta’ referenza

    Identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    Isem tal-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti

    Numru tal-CAS

    Numru KE

    Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “313

    4-(3-amminopirażolo[1,5-A]piridin-2-yl)-1,1-dimethilpiperażin-1-jum klorur kloridrat

    Dimethylpiperazinium Aminopyrazolopyridine HCl

    1256553-33-9

    813-255-5

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

     

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż it-2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

    Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    Image 3 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet. Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

    314

    1-(3-((4-Amminofenil)ammino)propil)-3-metil-1H-imidażol-3-ju klorur kloridrat

    Methylimidazoliumpropyl p-phenylenediamine HCl

    220158-86-1

     

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

     

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż it-2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

    Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    Image 4 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

    315

    Di-[2-[(E)-2-[4-[bis(2-idrossietil)aminofenil]vinil]piridin-1-ju]-etil]disulfur dimetansulfonat

    HC Orange No. 6

    1449653-83-1

     

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,5 %

    L-impuritajiet tal-metansulfonati, b’mod partikolari l-etil metansulfonat m’għandhomx ikunu preżenti.

     

    316

    4-[(2-idrossi-1-naftil)ażo]benżen sulfonat tas-sodju

    Acid Orange 7

    633-96-5

    211-199-0

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,5 %

     

     

    317

    4,4 ’- (4,5,6,7-tetrabromo-1,1-diossid-3H-2,1-benżossatjol-3-iliden) bis [2,6-dibromo fenol

    Tetrabromophenol Blue

    4430-25-5

    224-622-9

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    (b)

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,2 %

    (a)

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż iż-0,2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

    (a)

    Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

     

    Il-proporzjon tat-taħlita.

     

    Image 5 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

     

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

     

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

     

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

     

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

    318

    Indigofera tinctoria, weraq niexef u pulverizzat ta’Indigofera tinctoria L

    weraq ta’Indigofera tinctoria trab tal-weraq ta’ Indigofera tinctoria

    Estratt tal-weraq ta’ Indigofera tinctoria

    Estratt ta’ Indigofera tinctoria

    84775-63-3

    283-892-6

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 25 %”

     

     


    (*1)  Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

    Mit-3 ta’ Ġunju 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dawk is-sustanzi ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.’


    Top