Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1667

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1667 tal-10 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7639

    ĠU L 377, 11.11.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1667/oj

    11.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 377/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1667

    tal-10 ta’ Novembru 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 38(c), (d) u (e) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li ddaħħlu fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi fil-forma ta’ miżuri nazzjonali jikkostitwixxu sfida eċċezzjonali u bla preċedent għall-Istati Membri u għall-operaturi b’rabta mat-twettiq tal-kontrolli kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) u (KE) Nru 1235/2008 (3).

    (2)

    Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi minħabba l-kriżi attwali relatata mal-pandemija tal-COVID-19, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/977 (4) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji li jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 b’rabta mas-sistema ta’ kontroll fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi u ċerti proċeduri prevista fis-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES).

    (3)

    L-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li minħabba l-kriżi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ċertu tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom fis-settur organiku se jippersisti lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2020. Sabiex jiġi indirizzat dak it-tfixkil, il-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jenħtieġ li jittawwal.

    (4)

    Fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 (6) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji sal-1 ta’ Frar 2021 biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali fis-sitwazzjoni speċifika marbuta mal-COVID-19. Għalhekk, id-derogi previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati sa dik id-data. Madankollu, il-perċentwali minimi relatati mal-għadd ta’ kampjuni, maż-żjarat addizzjonali ta’ kontroll aleatorji u mal-ispezzjonijiet u ż-żjarat għal għarrieda, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3), (5) u (6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 huma kkalkolati fuq bażi annwali. Għalhekk, it-tmiem tal-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi jenħtieġ li ma jiġix emendat.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Jeħtieġ li ma tiġix imfixkla l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977, estiża b’dan ir-Regolament. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Ottubru 2020.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1(7), id-data “sat-30 ta’ Settembru 2020” hija sostitwita bi “sal-1 ta’ Frar 2021”;

    (2)

    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tieni u fil-ħames paragrafi, id-data “sat-30 ta’ Settembru 2020” hija sostitwita b’ “sal-1 ta’ Frar 2021”;

    (b)

    fit-tielet paragrafu, id-data “sal-31 ta’ Diċembru 2020” hija sostitwita b’ “sal-1 ta’ Frar 2021”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/977 tas-7 ta’ Lulju 2020 li jidderoga mir-Regolamenti(KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċiminħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 217, 8.7.2020, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 30).


    Top