This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1655
Council Implementing Regulation (EU) 2020/1655 of 6 November 2020 implementing Regulation (EU) 2019/1890 concerning restrictive measures in view of Turkey’s unauthorised drilling activities in the Eastern Mediterranean
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1655 tas-6 ta’ Novembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1655 tas-6 ta’ Novembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
ĠU L 372I, 9.11.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 372/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1655
tas-6 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1890. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri, l-entrati fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li tiġi aġġornata u emendata. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890, l-entrati 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||||||
“1. |
Mehmet Ferruh AKALIN |
Data tat-twelid: 9.12.1960 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 13571379758 Nazzjonalità: Turkija Ġeneru: maskil |
Mehmet Ferruh Akalın huwa Viċi President (Assistant General Manager) u membru tal-Bord tad-Diretturi tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). Huwa l-kap tad-Dipartimenti tat-TPAO għall-Esplorazzjoni, iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Iżvilupp u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tat-TPAO u kap tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tagħha, Mehmet Ferruh Akalın huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
|
27.2.2020 |
||||||||||||
2. |
Ali Coscun NAMOGLU |
Data tat-twelid: 27.11.1956 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 11096919534 Nazzjonalità: Turkija Ġeneru: maskil |
Ali Coscun Namoglu huwa l-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). F’din il-kapaċità, Ali Coscun Namoglu huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
|
27.2.2020” |