This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1519
Commission Regulation (EU) 2020/1519 of 15 October 2020 establishing a fisheries closure for plaice in areas 7h, 7j and 7k for vessels flying the flag of Belgium
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1519 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1519 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
C/2020/7160
ĠU L 346, 20.10.2020, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020
20.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1519
tal-15 ta’ Ottubru 2020
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020. |
(2) |
Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-barbun tat-tbajja’ li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żoni 7h, 7j u 7k, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
1. Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.
2. It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.
3. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
ANNESS
Nru |
19/TQ123 |
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk |
PLE/7HJK. |
Speċi |
Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) |
Żona |
7h, 7j u 7k |
Data tal-għeluq |
25.9.2020 |