Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1480

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1480 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

    ĠU L 341, 15.10.2020, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1480/oj

    15.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1480

    tal-14 ta’ Ottubru 2020

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2018/1542.

    (2)

    Fl-20 ta’ Awwissu 2020, Alexei Navalny, mexxej prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja, iddaħħal l-isptar f’Omsk, il-Federazzjoni Russa, minħabba l-kundizzjoni serja ta’ saħħa tiegħu.

    (3)

    Fit-22 ta’ Awwissu 2020, Alexei Navalny ġie ttrasportat lejn Berlin, il-Ġermanja, fejn ġie eżaminat bir-reqqa.

    (4)

    Fit-2 ta’ Settembru 2020, il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ħabbar li laboratorju speċjalizzat tal-Forzi Armati Federali kien sab evidenza li Alexei Navalny kien soġġett għal avvelenament b’aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dik is-sejba ġiet sussegwentement ikkorroborata minn laboratorji fi Franza u fl-Iżvezja, kif imħabbar fl-14 ta’ Settembru 2020.

    (5)

    Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020, ikkundanna t-tentattiv ta’ qtil fuq Alexei Navalny. L-użu ta’ armi kimiċi jikkostitwixxi ksur serju tal-liġi internazzjonali. Il-Kunsill Ewropew appella lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa biex jikkooperaw b’mod sħiħ mal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi biex tiġi żgurata investigazzjoni internazzjonali imparzjali u biex dawk responabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja.

    (6)

    F’dak il-kuntest, u fid-dawl tat-theddida kontinwa ppreżentata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi, jenħtieġ li sitt persuni u entità waħda jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542.

    (7)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)   ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542:

    A.   PERSUNI FIŻIĊI

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

    Data tal-elenkar

    "10.

    Andrei Veniaminovich YARIN

    (Андрей Вениаминович ЯРИН)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 13 ta' Frar 1970;

    Post tat-twelid: Nizhny Tagil;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika

    Andrei Yarin huwa l-Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali fil-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet politiċi interni. Andrei Yarin inħatar ukoll għal task force fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali li r-rwol tagħha kien li tiġġieled kontra l-influwenza ta' Alexei Navalny fis-soċjetà Russa inkluż permezz ta' operazzjonijiet imwettqa biex jiskreditawh.

    Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

    15.10.2020

     

     

    L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli, Andrei Yarin huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrapprżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    11.

    Sergei Vladilenovich KIRIYENKO

    (Сергей Владиленович КИРИЕНКО)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 26 ta' Lulju, 1962;

    Post tat-twelid: Sukhumi;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali

    Sergei Kiriyenko huwa l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa responsabbli għall-affarijiet domestiċi, inkluż gruppi u attivitajiet politiċi.

    Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

    L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

    15.10.2020

     

     

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli f'dak l-Uffiċċju, Sergei Kiriyenko huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    12.

    Sergei Ivanovich MENYAILO

    (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 22 ta' Awwissu 1960;

    Post tat-twelid: Alagir;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja

    Sergei Menyailo huwa r-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tas-setgħat kostituzzjonali tal-President inkluż l-implimentazzjoni tal-politika domestika u dik barranija tal-Istat. Sergei Menyailo huwa wkoll membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

    15.10.2020

     

     

    L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali.

    Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli bħala r-rappreżentant ta' dak l-Uffiċċju fid-Distrett Federali tas-Siberja, Sergei Menyailo huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    13.

    Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

    (Александр Васильевич БОРТНИКОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 15 ta' Novembru 1951;

    Post tat-twelid: Perm;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa

    Aleksandr Bortnikov huwa d-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-aġenzija prinċipali tas-sigurtà fir-Russja.

    Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

    L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mis-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

    15.10.2020

     

     

    F'dawn iċ-ċirkostanzi u filwaqt li jittieħed kont tal-fatt li Alexei Navalny kien taħt sorveljanza fil-ħin tal-avvelenament tiegħu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament kien possibbli biss bl-involviment tas-Servizz Federali tas-Sigurtà.

    Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fis-Servizz Federali tas-Sigurtà, Aleksandr Bortnikov huwa għalhekk responsabbli li pprovda appoġġ lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    14.

    Pavel Anatolievich POPOV

    (Павел Анатольевич ПОПОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 01 ta' Jannar 1957;

    Post tat-Twelid: Krasnoyarsk;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

    Pavel Popov huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-attivitajiet ta' riċerka. Dan jinkludi s-superviżjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet xjentifiċi u tekniċi tal-Ministeru, inkluż l-iżvilupp ta' armi u tagħmir militari potenzjali u l-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti.

    Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom.

    15.10.2020

     

     

    Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

     

     

     

    Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu.

    Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Pavel Popov huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    15.

    Aleksei Yurievich KRIVORUCHKO

    (Алексей Юрьевич КРИВОРУЧКО)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 17 ta' Lulju, 1975;

    Post tat-Twelid: Stavropol;

    Nazzjonalità: Russa;

    Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

    Aleksei Krivoruchko huwa l-Viċi Ministru fil-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa bir-responsabbiltà kumplessiva għall-armamenti. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-istokkijiet tal-armi u tat-tagħmir militari tal-Ministeru. Huwa responsabbli wkoll mill-eliminazzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali assenjati lill-Ministeru għad-Difiża.

    Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom.

    15.10.2020"

     

     

    Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

     

     

     

    Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu.

    Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Aleksei Krivoruchko huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

     

    B.   PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

    Data tal-elenkar

    "2.

    L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT))

    (Государственный научно-исследовательский институт органической химии и технологии)

    Indirizz: Shosse Entuziastov 23, 11 124 Moscow, Moscow Oblast, Russia;

    Tel: +7 (495) 673 7530;

    Fax: +7 (495) 673 2218;

    Sit web: http://gosniiokht.ru

    Indirizz elettroniku: dir@gosniiokht.ru

    L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) huwa istitut tar-riċerka tal-istat bir-responsabbiltà għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika.

    L-istitut fir-rwol oriġinali tiegħu qabel l-1994 kien involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi inkluż l-aġent nervin tossiku li issa huwa magħruf bħala "Novichok". Wara l-1994, l-istess faċilità ħadet sehem fil-programm tal-gvern għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika.

    15.10.2020"

     

     

    Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

    L-użu ta' aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok għalhekk ikun possibbli biss minħabba n-nuqqas tal-Istitut li jwettaq ir-responsabbiltà tiegħu li jeqred il-ħażniet ta' armi kimċi.

     


    Top