This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1396
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1396 of 5 October 2020 concerning the authorisation of geraniol, citral, 3,7,11-trimethyldodeca-2,6,10-trien-1-ol, (Z)-nerol, geranyl acetate, geranyl butyrate, geranyl formate, geranyl propionate, neryl propionate, neryl formate, neryl acetate, neryl isobutyrate, geranyl isobutyrate and prenyl acetate as feed additives for all animal species except for marine animals (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1396 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ġeranjol, taċ-ċitral, tat-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, taż-(Z)-nerol, tal-aċetat tal-ġeranil, tal-butirat tal-ġeranil, tal-format tal-ġeranil, tal-propjonat tal-ġeranil, tal-propjonat tan-neril, tal-format tan-neril, tal-aċetat tan-neril, tal-isobutirat tan-neril, tal-isobutirat tal-ġeranil u tal-aċetat tal-prenil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1396 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ġeranjol, taċ-ċitral, tat-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, taż-(Z)-nerol, tal-aċetat tal-ġeranil, tal-butirat tal-ġeranil, tal-format tal-ġeranil, tal-propjonat tal-ġeranil, tal-propjonat tan-neril, tal-format tan-neril, tal-aċetat tan-neril, tal-isobutirat tan-neril, tal-isobutirat tal-ġeranil u tal-aċetat tal-prenil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/6710
ĠU L 324, 6.10.2020, p. 6–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1396
tal-5 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-ġeranjol, taċ-ċitral, tat-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, taż-(Z)-nerol, tal-aċetat tal-ġeranil, tal-butirat tal-ġeranil, tal-format tal-ġeranil, tal-propjonat tal-ġeranil, tal-propjonat tan-neril, tal-format tan-neril, tal-aċetat tan-neril, tal-isobutirat tan-neril, tal-isobutirat tal-ġeranil u tal-aċetat tal-prenil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Is-sustanzi ġeranjol, ċitral, 3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, (Z)-nerol, aċetat tal-ġeranil, butirat tal-ġeranil, format tal-ġeranil, propjonat tal-ġeranil, propjonat tan-neril, format tan-neril, aċetat tan-neril, isobutirat tan-neril, isobutirat tal-ġeranil u aċetat tal-prenil (“is-sustanzi kkonċernati”) kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien permezz tad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. L-applikant talab biex dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li għall-ambjent tal-baħar, il-livell tal-użu sikur huwa stmat li huwa 0,05 mg/kg għalf. Il-livelli tal-użu proposti għas-sustanzi kkonċernati jaqbżu l-livell sikur għall-ambjent tal-baħar, u għalhekk l-użu għall-annimali tal-baħar mhuwiex awtorizzat. Fl-opinjoni tagħha l-Awtorità kkonkludiet ukoll li, peress li s-sustanzi kkonċernati huma effikaċi meta jintużaw fl-ikel bħala aromatizzanti u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li tintwera xi effikaċja oħra. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-għalf. Għalkemm l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw is-sustanzi kkonċernati fl-għalf kompost li sussegwentement jiġu amministrati permezz tal-ilma. |
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet li fin-nuqqas ta’ data s-sustanzi kkonċernati jenħtieġ li jitqiesu bħala perikolużi għall-ġilda, u perikolużi meta jiġu f’kuntatt mal-għajnejn u mal-esponiment għan-nifs. Huwa rrapportat ukoll li l-ġeranjol, iċ-ċitral u t-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol huma sensitizzaturi tal-ġilda. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tas-sustanzi kkonċernati jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux li jiġi ffissat kontenut massimu, u meta titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, jenħtieġ li fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Fejn dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ April 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ Ottubru 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ Ottubru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(3) EFSA Journal 2016;14(6):4512.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||
2b02012 |
— |
Ġeranjol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ġeranjol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ġeranjol Prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali ta’ żejt essenzjali jew permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C10H18O Numru CAS: 106-24-1 Nru FLAVIS: 02.012 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-ġeranjol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b02029 |
— |
3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 96 % assaġġ Formula kimika: C15H26O Numru CAS: 4602-84-0 Nru FLAVIS: 02.029 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tat-3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b02058 |
— |
(Z)-Nerol |
Kompożizzjoni tal-addittiv (Z)-Nerol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva (Z)-Nerol Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C10H18O Numru CAS: 106-25-2 Nru FLAVIS: 02.058 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni taż-(Z)-nerol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b05020 |
— |
Ċitral |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ċitral Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċitral Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 96 % assaġġ Formula kimika: C10H16O Numru CAS: 5392-40-5 Nru FLAVIS: 05.020 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni taċ-ċitral fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09011 |
— |
Aċetat tal-ġeranil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tal-ġeranil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tal-ġeranil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 90 % assaġġ Formula kimika: C12H20O2 Numru CAS: 105-87-3 Nru FLAVIS: 09.011 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09048 |
— |
Butirat tal-ġeranil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Butirat tal-ġeranil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Butirat tal-ġeranil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 92 % assaġġ Formula kimika: C14H24O2 Numru CAS: 106-29-6 Nru FLAVIS: 09.048 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-butirat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09076 |
— |
Format tal-ġeranil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Format tal-ġeranil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Format tal-ġeranil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 94 % assaġġ Formula kimika: C11H18O2 Numru CAS: 105-86-2 Nru FLAVIS: 09.076 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-format tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09128 |
— |
Propjonat tal-ġeranil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tal-ġeranil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Propjonat tal-ġeranil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 92 % assaġġ Formula kimika: C13H22O2 Numru CAS: 105-90-8 Nru FLAVIS: 09.128 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-propjonat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09169 |
— |
Propjonat tan-neril |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tan-neril Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Propjonat tan-neril Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C13H22O2 Numru CAS: 105-91-9 Nru FLAVIS: 09.169 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-propjonat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09212 |
— |
Format tan-neril |
Kompożizzjoni tal-addittiv Format tan-neril Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Format tan-neril Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 90 % assaġġ Formula kimika: C11H18O2 Numru CAS: 2142-94-1 Nru FLAVIS: 09.212 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-format tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09213 |
— |
Aċetat tan-neril |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tan-neril Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tan-neril Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 93 % assaġġ Formula kimika: C12H20O2 Numru CAS: 141-12-8 Nru FLAVIS: 09.213 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09424 |
— |
Isobutirat tan-neril |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isobutirat tan-neril Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isobutirat tan-neril Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 92 % assaġġ Formula kimika: C14H24O2 Numru CAS: 2345-24-6 Nru FLAVIS: 09.424 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09431 |
— |
Isobutirat tal-ġeranil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isobutirat tal-ġeranil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isobutirat tal-ġeranil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C14H24O2 Numru CAS: 2345-26-8 Nru FLAVIS: 09.431 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
||||||||||||
2b09692 |
— |
Aċetat tal-prenil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tal-prenil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tal-prenil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C7H12O2 Numru CAS: 1191-16-8 Nru FLAVIS: 09.692 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-prenil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
— |
— |
— |
|
26.10.2030 |
(1) = Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports