EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1387

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1387 tat-2 ta' Ottubru 2020. li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

ĠU L 319I, 2.10.2020, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1387/oj

2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 319/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1387

tat-2 ta' Ottubru 2020.

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja.

(2)

Fid-9 ta' Awwissu 2020, il-Belarussja wettqet elezzjonijiet presidenzjali li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u mxekkla mir-repressjoni ta' kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara l-elezzjonijiet. Fil-11 ta' Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni, li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ma kienu ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li jistgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, 40 persuna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-2 ta' Ottubru 2020..

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdiedu l-persuni li ġejjin:

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Belarussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

“5.

Yuri Khadzimuratovich KARAEV

 

Юрый Хаджымуратавiч Караеў

Юрий Хаджимуратович КAPAEB

Ministru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Data tat-twelid: 21.6.1966

Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

6.

Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH

 

Генадзь Аркадзьевiч КАЗАКЕВIЧ

Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ

L-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Data tat-twelid: 14.2.1975

Post tat-twelid: Minsk, ekx Unjoni Sovjetika (issa Belarussja).

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

7.

Aleksandr Piotrovich BARSUKOV

 

Аляксандр Пятровiч БАРСУКОЎ

Александр Петрович БАРСУКОВ

Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Data tat-twelid: 29.4.1965

Post tat-twelid: Vetkovski, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

8.

Sergei Nikolaevich KHOMENKO

 

Сяргей Мiкалаевiч ХАМЕНКА

Сергей Николаевич ХОМЕНКО

Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Data tat-twelid: 21.9.1966

Post tat-twelid: Yasinovataya eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

9.

Yuri Genadzevich NAZARANKA

Yuri Gennadievich NAZARENKO

Юрый Генадзевiч НАЗАРАНКА

Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО

Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kmandant tat-Truppi Interni

Data tat-twelid: 17.4.1976

Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

10.

Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU

Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV

Хазалбек Бактiбекавiч АТАБЕКАЎ

Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ

Viċi Kmandant tat-Truppi Interni

Data tat-twelid: 18.3.1967

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern (MoIA),, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

11.

Aliaksandr Valerievich BYKAU

Alexander Valerievich BYKOV

Аляксандр Валер’евiч БЫКАЎ

Александр Валерьевич БЫКОВ

Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida – (SOBR) tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi.

12.

Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU

Alexander Svyatoslavovich SHEPELEV

Аляксандр Святаслававiч ШЭПЕЛЕЎ

Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ

Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Intern,

Data tat-twelid: 14.10.1975

Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, reġjun ta' Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

13.

Dzmitry Uladzimiravich BALABA

Dmitry Vladimirovich BALABA

Дзмiтрый Уладзiмiравiч БАЛАБА

Дмитрий ВладимировичБАЛАБА

Kap tal-OMON ‘Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja’) għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk,

Data tat-twelid: 1.6.1972

Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

14.

Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU

Ivan Vladimirovich KUBRAKOV

Iван Уладзiмiравiч КУБРАКОЎ

Иван Владимирович КУБРАКОВ

Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

Data tat-twelid: 5.5.1975

Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Mogilev Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

15.

Maxim Aliaksandravich GAMOLA

Maxim Alexandrovich GAMOLA

Максiм Аляксандравiч ГАМОЛА

Максим Александрович ГАМОЛА

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

16.

Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH

Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH

Аляксандр Мiхайлавiч АЛЯШКЕВIЧ

Александр Михайлович АЛЯШКЕВIЧ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

17.

Andrei Vasilievich GALENKA

Andrey VasilievichGALENKA

Андрэй ВасiльевiчГАЛЕНКА

Андрей Васильевич ГАЛЕНКА

Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

18.

Aliaksandr Paulavich VASILIEU

Alexander Pavlovich VASILIEV

Аляксандр Паўлавiч ВАСIЛЬЕЎ

Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ

Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast

Data tat-twelid: 24.3.1975

Post tat-twelid: Mahilou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

19.

Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI

Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI

Алег Мiкалаевiч ШУЛЯКОЎСКI

Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija Kriminali

Data tat-twelid: 26.7.1977

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

20.

Anatol Anatolievich VASILIEU

Anatoli Anatolievich VASILIEV

Анатоль АнатолЬ ьевiч ВАСIЛЬЕЎ

Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

Data tat-twelid: 26.1.1972

Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

21.

Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA

Alexander Viacheslavovic ASTREIKO

Аляксандр Вячаслававiч АСТРЭЙКА

Александр Вячеславович АСТРЕЙКО

Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast, Maġġur-Ġeneraltal-Milizja (forza tal-pulizija)

Data tat-twelid: 22.12.1971

Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast u Maġġur-Ġeneral tal-Milizja, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

22.

Leanid ZHURAUSKI

Leonid ZHURAVSKI

Леанiд ЖУРАЎСКI

Леонид ЖУРАВСКИЙ

Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Vitebsk/Viciebsk

Data tat-twelid: 20.9.1975

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Vitebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

23.

Mikhail DAMARNACKI

Mikhail DOMARNATSKY

Мiхаiл ДАМАРНАЦКI

Михаил ДОМАРНАЦКИЙ

Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Gomel/Homyel

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

24.

Maxim MIKHOVICH

Maxim MIKHOVICH

Максiм МIХОВIЧ

Максим МИХОВIЧ

Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) fi Brest, Logutenent Kurunell

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

25.

Aleh Uladzimiravich MATKIN

Oleg Vladimirovitch MATKIN

Алег Уладзiмiравiч МАТКIН

Олег Владимирович МАТКИН

Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Intern, (MoIA), Maġġur-Ġeneral tal-Milizja (forza tal-pulizija)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi.

26.

Ivan Yurevich SAKALOUSKI

Ivan Yurievich SOKOLOVSKI

Iван Юр’евiч САКАЛОЎСКI

Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ

Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk

Ġeneru: maskil

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

27.

Valeri Paulavich VAKULCHYK

Valery Pavlovich VAKULCHIK

Валéрый Пáўлавiч

Image 1

Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК

Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Attwalment Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belarussja

Data tat-twelid: 19.6.1964

Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika) (issa Belarussja.

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

28.

Siarhei Yaugenavich TSERABAU

Sergey Evgenievich TEREBOV

Сяргей Яўгенавiч ЦЕРАБАЎ

Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

29.

Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI

Dmitry Vasilievich REUTSKY

Дзмiтрый Васiльевiч РАВУЦКI

Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ

Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

30.

Uladzimir Viktaravich KALACH

Vladimir Viktorovich KALACH

Уладзiмiр Вiктаравiч КАЛАЧ

Владимир Викторович КАЛАЧ

Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB).

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

31.

Alieg Anatolevich CHARNYSHOU

Oleg Anatolievich CHERNYSHEV

Алег Анатольевiч ЧАРНЫШОЎ

Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ

Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB).

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

32.

Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK

Aleksandr Vladimirovich KONYUK

Аляксандр Уладзiмiравiч КАНЮК

Александр Владимирович КОНЮК

Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja.

Data tat-twelid: 11.7.1960,

Post tat-twelid: Hrodna/Grodno,, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni.

33.

Lidzia Mihailauna YARMOSHINA

Lidia Mikhailovna YERMOSHINA

Лiдзiя Мiхайлаўна ЯРМОШЫНА

Лидия Михайловна ЕРМОШИНА

President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 29.1.1953;

Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja.

Ġeneru: femminil

Bħala President tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

34.

Vadzim Dzmitryevich IPATAU

Vadim Dmitrievich IPATOV

Вадзiм Дзмiтрыевiч IПАТАЎ

Вадим Дмитриевич ИПАТОВ

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 30.10.1964

Post tat-twelid: Kolomyia, Ivano-Frankivsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna

Ġeneru: maskil

Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

35.

Alena Mikalaeuna DMUHAILA

Elena Nikolaevna DMUHAILO

Алена Мiкалаеўна ДМУХАЙЛА

Елена Николаевна ДМУХАЙЛО

Segretarja tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 1.7.1971;

Ġeneru: femminil

Bħala Segretarja tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

36.

Andrei Anatolievich GURZHY

Andrey Anatolievich GURZHIY

Андрэй Анатольевiч ГУРЖЫ

Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 10.10.1975

Ġeneru: maskil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

37.

Volga Leanidauna DARASHENKA

Olga Leonidovna DOROSHENKO

Вольга Леанiдаўна ДАРАШЭНКА

Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 1976

Ġeneru: femminil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

38.

Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI

Sergey Alekseevich KALINOVSKIY

Сяргей Аляксеевiч КАЛIНОЎСКI

Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 3.1.1969

Ġeneru: maskil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

39.

Sviatlana Piatrouna KATSUBA

Svetlana Petrovna KATSUBO

Святлана Пятроўна КАЦУБА

Светлана Петровна КАЦУБО

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 6.8.1959

Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna)

Ġeneru: femminil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

40.

Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN

Alexander Mikhailovich LOSYAKIN

Аляксандр Мiхайлавiч ЛАСЯКIН

Александр Михайлович ЛОСЯКИН

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 21.7.1957

Ġeneru: maskil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

41.

Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY Igar Anatolievich PLYSHEUSKI

Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY

Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI

Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 19.2.1979

Post tat-twelid: Lyuban, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

42.

Marina Yureuna RAKHMANAVA

Marina Yurievna RAKHMANOVA

Марына Юр’'еўна РАХМАНАВА

Марина Юрьевна РАХМАНОВА

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 26.9.1970

Ġeneru: femminil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

43.

Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI

Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI

Алег Леанiдавiч СЛIЖЭЎСКI

Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 16.8.1972

Post tat-twelid: Hrodna/Grodno, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: maskil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

44.

Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS

Irina Alexandrovna TSELIKOVEC

Iрына Аляксандраўна ЦЭЛIКАВЕЦ

Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC),

Data tat-twelid: 2.11.1976

Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Ġeneru: femminil

Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.”


Top