Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1272

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1272 tal-4 ta’ Ġunju 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2019/979 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta’ notifika (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/3502

    ĠU L 300, 14.9.2020, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1272/oj

    14.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1272

    tal-4 ta’ Ġunju 2020

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2019/979 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta’ notifika

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 7(13), 21(13) u 23(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/979 (2), l-emittenti tat-titoli konvertibbli jew skambjabbli f’ishma ta’ parti terza huma attwalment meħtieġa, fis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament, li jippubblikaw suppliment għall-prospett tagħhom. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 (3), li ġie sostitwit bir-Regolament Delegat (UE) 2019/979, ma kienx jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ suppliment minn tali emittenti f’dawk is-sitwazzjonijiet. Peress li dawk ir-regoli wrew li jaħdmu tajjeb u ma affettwawx il-livell ta’ protezzjoni tal-investituri, ir-referenzi kollha għal emittenti ta’ titoli konvertibbli jew skambjabbli f’ishma ta’ parti terza għandhom jitneħħew mil-lista fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979.

    (2)

    Sabiex l-investituri jingħataw ħarsa ġenerali komparattiva tal-evoluzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus ta’ entità mhux finanzjarja li toħroġ titoli ta’ ekwità, il-kolonna relatata mal-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus għas-sentejn ta’ qabel is-sena tal-prospett għandha tiddaħħal fit-tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979.

    (3)

    L-attribut 26 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979, li jirrigwarda r-riċevuti depożitorji, jirreferi għal “DRCP”. Madankollu, jenħtieġ li dak il-qasam jirreferi għal “DPRT”, li hija r-referenza użata fis-Sistema ta’ Data ta’ Referenza tal-Istrumenti Finanzjarji (FIRDS) operata mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2019/979 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Fil-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Ingliża, Portugiża u Slovakka tal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979, tħalliet barra kelma, u d-dispożizzjoni ġiet diffiċli biex tinftiehem. Dik id-dispożizzjoni għandha tiġi kkoreġuta kif xieraq.

    (6)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni.

    (7)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali, is-sommarji tal-prospetti approvati bejn il-21 ta’ Lulju 2019 u s-16 ta’ Settembru 2020 għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-validità ta’ dawk il-prospetti.

    (8)

    Ir-Regolament (UE) 2017/1129 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/979 daħlu fis-seħħ fl-21 ta’ Lulju 2019. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u biex ikun żgurat il-funzjonament korrett tal-portal ta’ notifika tal-prospett, l-Artikolu 1, il-punti (1), (3) u (4), u l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament Delegat għandu jkollhom l-istess data ta’ applikazzjoni bħar-Regolament (UE) 2017/1129 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/979.

    (9)

    Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni u l-ambitu u l-impatt limitati tal-abbozz tal-istandards regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, l-ESMA la wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, u lanqas analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. L-ESMA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/979

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/979 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 18(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (a), il-punti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(i)

    emittent fejn prospett ikun relatat ma’ ishma jew titoli trasferibbli oħra ekwivalenti għal ishma;

    (ii)

    emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ tat-titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), jew 20(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980;”;

    (b)

    fil-punt (d), il-punti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(i)

    emittent fejn prospett ikun relatat ma’ ishma jew titoli trasferibbli oħra ekwivalenti għal ishma;

    (ii)

    emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ li prospett huwa relatat ma’ titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), jew 20(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980;”;

    (c)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    partijiet terzi jagħmlu offerta ġdida ta’ akkwist kif definita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe offerta ta’ akkwist jsir disponibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ titoli li ġejjin:

    (i)

    l-ekwità tal-emittent meta prospett ikun relatat ma’ ishma jew titoli trasferibbli oħra ekwivalenti għal ishma;

    (ii)

    l-ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ li prospett huwa relatat ma’ titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), jew 20(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980;

    (iii)

    l-ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti ta’ riċevuti depożitarji meta prospett jitfassal skont l-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980;

    (*1)  id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12)”;"

    (d)

    fil-punt (f), il-punti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(i)

    ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma;

    (ii)

    titoli kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980;”;

    (e)

    il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(h)

    fil-każ ta’ prospett dwar titoli ta’ ekwità jew titoli trasferibbli oħra ekwivalenti għal ishma; jew titoli msemmija fl-Artikoli 19(2) jew 20(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980; x’aktarx li impenn finanzjarju ġdid sinifikanti jagħti lok għal bidla grossa sinifikanti kif definit fl-Artikolu 1, punt (e), ta dak ir-Regolament Delegat;”;

    (2)

    għandu jiddaħħal l-Artikolu 22a li ġej:

    “Artikolu 22a

    Sommarji ta’ prospetti approvati bejn il-21 ta’ Lulju 2019 u s-16 ta’ Settembru 2020 għal entitajiet mhux finanzjarji li joħorġu titoli ta’ ekwità

    Sommarji ta’ prospetti li fihom informazzjoni kif imsemmija fit-Tabella 3 tal-Anness I u li ġew approvati bejn il-21 ta’ Lulju 2019 u s-16 ta’ Settembru 2020 għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-validità ta’ dawk il-prospetti.”;

    (3)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness 1 għal dan ir-Regolament;

    (4)

    L-Annes VII huwa emendat skont l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/979

    L-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘Artikolu 21

    Tniżżil ta’ dokumenti u ta’ data li takkumpanjahom

    L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika jagħmel id-dokumenti mtellgħin u d-data li takkumpanjahom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti relevanti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (1), (3) u (4) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-21 ta’ Lulju 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/979 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta’ notifika, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta’ supplimenti għall-prospetti (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 36).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


    ANNESS 1

    Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/979, it-Tabella 3 hija mibdula b’dan li ġej:

    “Tabella 3

    Rapport tal-flussi tal-flus għal entitajiet mhux finanzjarji (titoli ta’ ekwità)

     

    Sena

    Sena -1

    Sena -2

    Interim

    Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

    *Flussi ta’ flus netti relevanti minn attivitajiet operatorji u/jew flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ investiment u/jew flus minn attivitajiet ta’ finanzjament

     

     

     

     

     


    ANNESS 2

    F’Tabella 1 tal-Anness VII, fil-kolonna “Format u Standard li għandu jintuża għar-rapportar”, fl-entrata 26, “DRPC” hija mibdula b’ “DPRS”.


    Top