Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1226

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1226 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifiki STS (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/8008

    ĠU L 289, 3.9.2020, p. 285–314 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/08/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1226/oj

    3.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 289/285


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1226

    tat-12 ta’ Novembru 2019

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifiki STS

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 27(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/2402 jitlob li l-oriġinaturi u l-isponsors jippreżentaw ċerta informazzjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fejn iqisu li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rigward kriterji sempliċi, trasparenti u standardizzati (STS) stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22 u fl-Artikoli 23 sa 26 ta’ dak ir-Regolament. L-informazzjoni li trid tingħata tvarja skont it-tipi differenti ta’ titolizzazzjonijiet notifikati.

    (2)

    Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jitħallew iwettqu l-kompiti tagħhom u l-investituri u l-investituri potenzjali jitħallew iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom, tenħtieġ informazzjoni dettaljata biżżejjed, rilevanti għan-notifika STS, biex tiddetermina jekk il-kriterji STS ġewx issodisfati. Speċifikament, jenħtieġ li l-motivazzjoni għall-għażla ta’ fattur ta’ omoġeneità u għall-esklużjoni ta’ oħrajn tkun inkluża fin-notifika biex tinforma l-valutazzjoni tal-kriterju ta’ omoġeneità. Għal ċerti kriterji STS, konferma sempliċi hija biżżejjed filwaqt kriterji oħrajn jeħtieġu aktar informazzjoni. Għaldaqstant, huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn rekwiżiti li għalihom konferma sempliċi tkun biżżejjed u dawk li għalihom tkun meħtieġa spjegazzjoni qasira jew spjegazzjoni dettaljata.

    (3)

    Titolizzazzjonijiet fejn ma jrid jitfassal l-ebda prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (titolizzazzjonijiet privati) jippermettu li l-partijiet jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mingħajr ma jiżvelaw informazzjoni kummerċjali u sensittiva. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi ristretta l-informazzjoni tan-notifiki STS ta’ dawn it-titolizzazzjonijiet li trid tiġi ppubblikata għal informazzjoni kummerċjali iżda mhux sensittiva.

    (4)

    Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti STS, jenħtieġ li l-oriġinaturi u l-isponsors jitħallew jirreferu għall-prospett rilevanti mfassal għal dik it-titolizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, dokumentazzjoni sottostanti rilevanti oħra kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 jew kwalunkwe dokument ieħor b’informazzjoni rilevanti għan-notifika STS.

    (5)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni,

    (6)

    L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbiliti mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS

    1.   L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandha tkun is-segwenti:

    (a)

    meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni mhux ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (b)

    meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (c)

    għal programm ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Għal titolizzazzjonijiet fejn ma jrid jitfassal l-ebda prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fin-notifika STS skont il-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanja mis-segwenti:

    (a)

    meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni mhux ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-oqsma STSS9 u STSS10 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (b)

    meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni ABCP, l-informazzjoni speċifikata fl-oqsma STSAT9 u STSAT10 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (c)

    għal programm ABCP, l-informazzjoni speċifikata fil-qasam STSAP9 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pubblikazzjoni tan-notifika STS għal dawk it-titolizzazzjonijiet għandha tkun limitata għall-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

    Artikolu 2

    Informazzjoni Addizzjonali

    Meta d-dokumenti segwenti jinkludu informazzjoni rilevanti għan-notifika STS, tista’ tingħata referenza għall-partijiet rilevanti ta’ dawk id-dokumenti fil-kolonna “Informazzjoni addizzjonali” fl-Annessi I, II jew III ta’ dan ir-Regolament u, meta tingħata din l-informazzjoni, dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi identifikata b’mod ċar:

    (a)

    prospett imfassal skont ir-Regolament (UE) 2017/1129;

    (b)

    kwalunkwe dokumentazzjoni sottostanti oħra msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (c)

    kwalunkwe dokument ieħor b’informazzjoni rilevanti għan-notifika STS.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean Claude JUNCKER


    (1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 4).


    ANNESS I

    Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar titolizzazzjonijiet li mhumiex ABCP

    Informazzjoni ġenerali

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (1)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSS0

    Artikolu 27(1)

    L-ewwel punt ta’ kuntatt

    L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.  (2)

    STSS1

    Mhux Applikabbli

    Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

    Meta disponibbli, il-kodiċi jew il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Jekk l-ebda ISIN ma jkun disponibbli, mela kwalunkwe kodiċi uniku ieħor għat-titoli assenjat lil din it-titolizzazzjoni.

    Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.

    STSS2

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI)

    Il-LEI tal-oriġinatur(i) u l-isponsor(s) u, meta disponibbli, tal-mutwant(i) oriġinali.

    Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS3

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tan-notifika

    Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement.

    Mhux Applikabbli

    STSS4

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur uniku

    L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224  (3).

    Mhux Applikabbli

    STSS5

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tal-prospett

    Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    Mhux Applikabbli

    STSS6

    Mhux Applikabbli

    Repożitorju tat-Titolizzazzjoni

    Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSS7

    Mhux Applikabbli

    Isem tat-titolizzazzjoni

    L-isem tat-titolizzazzjoni.

    Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS8

    Artikolu 18 u 27(3)

    Pajjiż ta’ stabbiliment

    Meta disponibbli, il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-orġinatur(i), l-isponsor(s), l-SSPE(s) u l-mutwant(i) oriġinali.

    Mhux Applikabbli

    STSS9

    Mhux Applikabbli

    Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni

    It-tip ta’ titolizzazzjoni:

    titolizzazzjoni li mhijiex ABCP;

    titolizzazzjoni ABCP;

    programm ABCP.

    Mhux Applikabbli

    STSS10

    Mhux Applikabbli

    Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti

    It-tip ta’ skoperturi sottostanti fosthom:

    1)

    self residenzjali li huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkwalifika għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

    2)

    self kummerċjalili huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

    3)

    faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, familjari jew ta’ unitajiet domestiċi;

    4)

    faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni;

    5)

    self/lokazzjonijiet għal karozzi;

    6)

    riċevibbli tal-karti ta’ kreditu;

    7)

    riċevibbli tan-negozju;

    8)

    skoperturi sottostanti oħrajn li jitqiesu mill-oriġinatur jew l-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ ass distint abbażi tal-metodoloġiji u l-parametri interni;

    Mhux Applikabbli

    STSS11

    Mhux Applikabbli

    Data tal-ħruġ

    Meta jitfassal prospett f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129  (4), id-data li fiha jkun ġie approvat il-prospett.

    Fil-każijiet l-oħra kollha, id-data tal-għeluq tal-aktar tranżazzjoni reċenti.

    Mhux Applikabbli

    STSS12

    Mhux Applikabbli

    Data ta’ notifika

    Id-data ta’ notifika lill-ESMA.

    Mhux Applikabbli

    STSS13

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS tkun ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata.

    Mhux Applikabbli

    STSS14

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem u l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-parti terza.

    Mhux Applikabbli

    STSS15

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha.

    Mhux Applikabbli

    STSS16

    Artikolu 27(5)

    Status STS

    Notifika motivata mill-oriġinatur u l-isponsor li t-titolizzazzjoni ma għandhiex tibqa’ titqies bħala STS.

    Mhux Applikabbli

    STSS17

    Artikolu 27(3)

    Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) mhux istituzzjoni ta’ kreditu

    Dikjarazzjoni “Iva” jew “Le” fir-rigward ta’ jekk l-orġinatur jew il-mutwant oriġinali huwiex istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment stabbilita fl-Unjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSS18

    Artikolu 27(3)

    Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu

    Meta t-tweġiba għall-qasam STSS17 tkun “Le”, konferma li l-kriterji, il-proċessi u s-sistemi fis-seħħ għall-għoti ta’ kreditu tal-orġinatur jew tal-mutwant oriġinali jitwettqu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSS19

    Artikolu 27(3)

    Konferma li l-għoti ta’ kreditu huwa soġġett għal superviżjoni

    Meta t-tweġiba għall-entrata STSS17 tkun “Le”, konferma li l-għoti ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa soġġett għal superviżjoni.

    Mhux Applikabbli

    Informazzjoni speċifika

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    Konferma

    Spjegazzjoni qasira

    Spjegazzjoni dettaljata

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (5)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSS20

    Artikolu 20(1)

    Trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew assenjazzjoni

     

     

    Spjegazzjoni qasira ta’ kif isir it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li huwa infurzabbli fil-konfront tal-bejjiegħ jew ta’ kwalunkwe parti terza.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS21

    Artikolu 20(2)

    Ebda rkupru serju

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ rkupru serju msemmija fl-Artikolu 20(2)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 tinstabx fit-titolizzazzjoni, u ddikjara jekk japplikawx id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS22

    Artikolu 20(3)

    Eżenzjoni għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza

     

     

    Flimkien mal-STSS21, fejn xieraq, konferma dwar jekk hemmx xi ċirkostanza li tista’ tagħti lok għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru skont l-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS23

    Artikolu 20(4)

    Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali

     

     

    Meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali, dikjarazzjoni li tikkonferma li t-titolizzazzjoni tikkonforma mal-Artikoli 20(1) sa 20(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS24

    Artikolu 20(5)

    Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard

     

     

    Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard mill-għeluq tat-titolizzazzjoni, spjegazzjoni qasira dwar jekk il-perfezzjoni hijiex affettwata mill-inqas mill-iskattaturi tal-avvenimenti minimi meħtieġa predeterminati kif elenkat fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u kif dan isir.

    Meta jintużaw mekkaniżmi alternattivi ta’ trasferiment, konferma li l-insolvenza tal-oriġinatur ma tippreġudikax jew tipprevjeni lill-SSPE milli tinforza d-drittijiet tagħha.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS25

    Artikolu 20(6)

    Rappreżentazzjonijiet u garanziji

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk hemmx rappreżentazzjonijiet u garanziji pprovduti mill-bejjiegħ li l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwa b’mod negattiv l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjazzjoni jew it-trasferiment bl-istess effett legali u kif dan isir.

    Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS26

    Artikolu 20(7)

    Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar kif:

    - l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali;

    l-għażla u t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni huma bbażati fuq proċessi ċari li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ liema skoperturi huma magħżula għat-titolizzazzjoni jew ittrasferiti fiha u li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv fuq bażi diskrezzjonali.

    Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS27

    Artikolu 20(8)

    Omoġeneità tal-assi

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar l-omoġeneità tal-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jappoġġjaw it-titolizzazzjoni. Għal dak il-għan, inkludi referenza għall-RTS tal-EBA dwar l-omoġeneità (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/185 (6), u spjega fid-dettall kif kull kundizzjoni speċifikata fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament Delegat hija ssodisfata.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS28

    Artikolu 20(9)

    Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti: ebda rititolizzazzjoni

     

     

    Konferma li l-iskoperturi sottostanti ma jinkludu l-ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u li għalhekk it-titolizzazzjoni notifikata mhijiex rititolizzazzjoni.

    Entrata 2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS29

    Artikolu 20(10)

    Solidità tal-istandard ta’ sottoskrizzjoni

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata:

    - dwar jekk l-iskoperturi sottostanti oriġinawx fil-perkors normali tan-negozju tal-mutwant u jekk l-istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati kinux inqas strinġenti minn dawk applikati fl-istess ħin tal-oriġini tal-iskoperturi li ma kinux titolizzati.

    dwar jekk l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti ġewx iddivulgati għalkollox jew se jiġu ddivulgati għalkollox lil investituri potenzjali mingħajr dewmien żejjed.

    dwar kif it-titolizzazzjonijiet meta l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti jissodisfaw ir-rekwiżit tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    dwar jekk valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwanti tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE  (7) jew fil-paragrafi 1 sa 4, il-punt (a) tal-paragrafu 5, u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE  (8) jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS30

    Artikolu 20(10)

    Għarfien espert tal-Orġinatur/tal-Mutwanti

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandux għarfien espert fl-iskoperturi li joriġinaw ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS31

    Artikolu 20(11)

    Skoperturi sottostanti ttrasferiti mingħajr skoperturi inadempjenti

     

     

    Spjegazzjonijiet ddettaljati dwar jekk:

    -l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jinkludux, fil-mument tal-għażla, skoperturi inadempjenti (jew skoperturi ristrutturati) kif definit fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(a) (i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati.

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati;

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 20(11)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 humiex issodisfati.

    Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS32

    Artikolu 20(12)

    Mill-inqas pagament wieħed meta jsir it-trasferiment

     

     

    Konferma dwar jekk, meta jsir it-trasferiment tal-iskoperturi, id-debituri għamlux mill-inqas pagament wieħed.

    Konferma dwar jekk tapplikax l-eżenzjoni skont l-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 u 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS33

    Artikolu 20(13)

    Ripagament tad-detenturi ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod predominanti fuq il-bejgħ tal-assi.

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata tal-grad ta’ dipendenza tar-ripagamenti tad-detenturi tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi li jiżguraw l-iskoperturi sottostanti.

    Entrata 3.4.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS34

    Artikolu 21(1)

    Konformità mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar kif l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta’ titolizzazzjoni li mhijiex ABCP jikkonformaw mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Indikazzjoni ta’ liema entità żżomm l-interess ekonomiku nett materjali u liema għażla tintuża għar-ritenzjoni tar-riskju:

    (1)

    is-segment vertikali skont l-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (2)

    is-sehem tal-bejjiegħ skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (3)

    l-iskoperturi magħżula b’mod każwali miżmuma fuq karta bilanċjali, skont l-Artikolu 6(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (4)

    is-segment tal-ewwel telf skont l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (5)

    l-iskopertura għall-ewwel telf f’kull assi skont l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (6)

    l-ebda konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (7)

    għażliet oħra li jintużaw.

    Entrata 3.1 tal-Anness 9 u l-Entrata 3.4.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS35

    Artikolu 21(2)

    Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX)

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju humiex mitigati kif xieraq u li qed jittieħdu miżuri biex jiġu mitigati tali riskji u kkonferma li tali miżuri huma disponibbli għall-investituri.

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS36

    Artikolu 21(2)

    Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE

     

     

    Dikjarazzjoni qasira li l-SSPE ma kkonkludietx kuntratti derivattivi ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 21(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS37

    Artikolu 21(2)

    Derivattivi permezz ta’ standards komuni

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe strument tal-iħħeġġjar li jintuża huwiex sottoskrit u ddokumentat skont standards aċċettati b’mod komuni.

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS38

    Artikolu 21(3)

    Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni jiġix ikkalkolat b’referenza għal rati tal-imgħax tas-suq li jintużaw b’mod ġenerali jew rati settorjali li jintużaw b’mod ġenerali li jirriflettu l-kost tal-fondi u kif dan isir.

    Entrata 2.2.2 u 2.2.13 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS39

    Artikolu 21(4)

    Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni

     

     

    Dikjarazzjoni f’termini ġenerali li kull rekwiżit tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa ssodisfat.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS40

    Artikolu 21(4)

    (a)Ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jiġi maqbud

     

     

    Konferma li l-ebda flus kontanti mhuma se jinqabdu wara l-forniment tal-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS41

    Artikolu 21(4)

    (b) rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri

     

     

    Konferma li r-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti jgħaddu lill-investituri permezz ta’ amortizzazzjoni sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS42

    Artikolu 21(4)

    (c) ripagament ma għandux jitreġġa’ lura fir-rigward tas-superjorità

     

     

    Konferma li r-ripagament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux jitreġġa’ lura fir-rigward tas-superjorità tagħhom.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS43

    Artikolu 21(4)

    (b) ma għandu jkun hemm l-ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq

     

     

    Konferma li l-ebda dispożizzjoni ma teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS44

    Artikolu 21(5)

    Titolizzazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti

     

     

    Konferma li t-tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti jinkludu skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f’li tiġi invertita l-prijorità ta’ pagamenti għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità.

    Konferma li tali skattaturi jinkludu mill-inqas id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti taħt limitu minimu predefinit.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS45

    Artikolu 21(6)

    Titolizzazzjonijiet rotanti b’avvenimenti ta’ amortizzazzjoni antiċipata għat-terminazzjoni ta’ perjodu rotanti abbażi ta’ skattaturi preskritti

     

     

    Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni.

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS46

    Artikolu 21(6)(a)

    (a) deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti

     

     

    Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni.

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS47

    Artikolu 21(6)(b)

    (b) l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-servizzjant

     

     

    Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 21(6)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni.

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS48

    Artikolu 21(6)(c)

    (c) il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmuma mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit

     

     

    Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 21(6)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni, permezz ta’ kontoreferenzi għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti fejn tista’ tinstab l-informazzjoni

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS49

    Artikolu 21(6)(d)

    (d) nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (skattatur għat-tmiem tal-perjodu rotanti)

     

     

    Spjegazzjoni qasira, fejn applikabbli, dwar kif id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 21(6)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma riflessi fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni.

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS50

    Artikolu 21(7)(a)

    (a) Informazzjoni dwar l-obbligi kuntrattwali tas-servizzjant, tat-trustee u ta’ fornituri ta’ servizzi anċillari oħrajn

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika r-rekwiżiti kollha skont l-Artikolu 21(7)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS51

    Artikolu 21(7)(b)

    (b) Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tissodisfa b’mod espliċitu r-rekwiżiti tal-Artikolu 21(7)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS52

    Artikolu 21(7)(c)

    (c) Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tal-Kontropartijiet Derivattivi

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tissodisfa l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 21(7)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS53

    Artikolu 21(7)(c)

    (c) Dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-fornituri tal-likwidità u tal-banek tal-kontijiet

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tissodisfa l-informazzjoni kollha skont l-Artikolu 21(7)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS54

    Artikolu 21(8)

    Għarfien espert meħtieġ mis-servizzjant u politiki u proċeduri u kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskju xierqa fis-seħħ

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif ir-rekwiżiti tal-Artikolu 21(8) huma ssodisfati. Bħala parti mill-ispjegazzjoni, inkludi referenza għal kwalunkwe politika u proċedura maħsuba biex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

    Entrata 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS55

    Artikolu 21(9)

    Definizzjonijiet ċari u konsistenti relatati mal-indirizzar ta’ self problematiku

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni sottostanti tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti, definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet relatati mas-sitwazzjonijiet ta’ dejn stabbiliti fl-Artikolu 21(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS56

    Artikolu 21(9)

    Prijoritajiet ta’ pagament u eventi skattaturi

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi skont l-Artikoli 21(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.4.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS57

    Artikolu 21(10)

    Soluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn il-klassijiet ta’ investituri u responsabbiltajiet ta’ trustee

     

     

    Konferma li d-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 21(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402 relatati mas-soluzzjoni f’waqtha tal-kunflitti huma ssodisfati.

    Entrati 3.4.7 u 3.4.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS58

    Artikoli 22(1)

    Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf

     

     

    Konferma li d-data meħtieġa li ssir disponibbli skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 hija disponibbli, billi tiddikjara b’mod ċar fejn tista’ tinstab l-informazzjoni.

    Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSS59

    Artikolu 22(2)

    Kampjun tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifiki esterni

     

     

    Konferma li kampjun tal-iskoperturi sottostanti kien soġġett għal verifika esterna qabel ma nħarġu t-titoli minn parti xierqa u indipendenti.

    Mhux Applikabbli

    STSS60

    Artikolu 22(3)

    Disponibbiltà ta’ mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali

     

     

    Konferma li huwa disponibbli mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar u ddikjara b’mod ċar fejn hija disponibbli din l-informazzjoni. Wara l-ipprezzar, konferma li tali informazzjoni saret disponibbli għal investituri potenzjali fuq talba.

    Mhux Applikabbli

    STSS61

    Artikolu 22(4)

    Pubblikazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk l-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati permezz ta’ self residenzjali, jew self jew lokazzjonijiet tal-karozzi hijiex disponibbli skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u dikjarazzjoni fejn għandha tinstab dik l-informazzjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSS62

    Artikolu 22(5)

    Oriġinatur u sponsor responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7

     

     

    Konferma li:

    l-oriġinatur u l-isponsor qed jikkonformaw mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1)(a) saret disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba;

    l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(1)(b) sa (d) saret disponibbli qabel l-ipprezzar mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew inizjali.

    Mhux Applikabbli


    (1)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 26-176).

    (3)  Ir-Regolament Dlegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1224 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni u d-dettalji biex titolizzazzjoni ssir disponibbli mill-oriġinatur, sponsor u SSPE (ĠU L 289, 3.9.2020, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12-82).

    (5)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (ĠU L 280, 6.11.2019, p. 1).

    (7)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

    (8)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).


    ANNESS II

    Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar titolizzazzjonijiet ABCP

    Informazzjoni ġenerali

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (1)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSAT0

    Artikolu 27(1)

    L-ewwel punt ta’ kuntatt

    L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.

    STSAT1

    Mhux Applikabbli

    Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

    Meta disponibbli, il-kodiċi jew il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Meta ma jkun hemm l-ebda ISIN, mela kwalunkwe kodiċi tat-titoli uniku ieħor, assenjat għat-titolizzazzjonijiet ABCP.

    Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT2

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI)

    Meta disponibbli, il-LEI tal-orġinatur(i) u/jew tal-isponsor(s).

    Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT3

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tan-notifika

    Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement.

    Mhux Applikabbli

    STSAT4

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur uniku

    L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta lil din it-tranżizzjoni ABCP skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224

    Mhux Applikabbli

    STSAT5

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tal-prospett

    Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    Mhux Applikabbli

    STSAT6

    Mhux Applikabbli

    Repożitorju tat-Titolizzazzjoni

    Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSAT7

    Mhux Applikabbli

    Isem tat-titolizzazzjoni

    Meta disponibbli, l-isem tat-titolizzazzjoni jew fin-nuqqas ta’ dan, l-isem tal-kodiċi u l-isem li jintuża.

    Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT8

    Artikolu 18 u 27(3)

    Pajjiż ta’ stabbiliment

    Meta disponibbli, il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-orġinatur(i), l-isponsor(s), u l-SSPE(s).

    Mhux Applikabbli

    STSAT9

    Mhux Applikabbli

    Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni

    It-tip ta’ titolizzazzjoni:

    mhux ABCP;

    ABCP;

    programm ABCP.

    Mhux Applikabbli

    STSAT10

    Mhux Applikabbli

    Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti

    It-tip ta’ skoperturi sottostanti fosthom:

    1.

    self residenzjali li huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkwalifika għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

    2.

    self kummerċjalili huwa titolizzat minn self ipotekarju wieħed jew aktar dwar proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

    3.

    faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, familjari jew ta’ unitajiet domestiċi;

    4.

    faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni;

    5.

    self/lokazzjonijiet għal karozzi;

    6.

    riċevibbli tal-karti ta’ kreditu;

    7.

    riċevibbli tan-negozju;

    8.

    skoperturi sottostanti oħrajn li jitqiesu mill-oriġinatur jew l-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ ass distint abbażi tal-metodoloġiji u l-parametri interni.

    Mhux Applikabbli

    STSAT11

    Mhux Applikabbli

    Data tal-ħruġ

    Meta jitfassal prospett f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129, id-data li fiha jkun ġie approvat il-prospett.

    Jekk le, id-data tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni ABCP.

    Mhux Applikabbli

    STSAT12

    Mhux Applikabbli

    Data tan-notifika

    Id-data ta’ notifika lill-ESMA.

    Mhux Applikabbli

    STSAT13

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STA ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata.

    Mhux Applikabbli

    STSAT14

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-parti terza u l-pajjiż ta’ stabbiliment tagħha.

    Mhux Applikabbli

    STSAT15

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Jekk parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tat-Titolizzazzjoni, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha.

    Mhux Applikabbli

    STSAT16

    Artikolu 27(5)

    Status STS

    Jekk l-oriġinatur u/jew l-isponsor innotifikawx li t-titolizzazzjoni ABCP m’għandhiex tibqa’ titqies bħala STS u r-raġunijiet għal tali notifika.

    Mhux Applikabbli

    STSAT17

    Artikolu 27(3)

    Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) mhux istituzzjoni ta’ kreditu

    Dikjarazzjoni “Iva” jew “Le” fir-rigward ta’ jekk l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali huwiex istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment stabbilita fl-Unjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSAT18

    Artikolu 27(3)

    Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu

    Meta t-tweġiba għall-qasam STSS17 tkun “Le”, konferma li l-kriterji, il-proċessi u s-sistemi fis-seħħ għall-għoti ta’ kreditu tal-orġinatur jew tal-mutwant oriġinali jitwettqu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSAT19

    Artikolu 27(3)

    Konferma li l-għoti ta’ kreditu huwa soġġett għal superviżjoni

    Meta t-tweġiba għall-entrata STSS17 tkun “Le”, konferma li l-għoti ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huwa soġġett għal superviżjoni.

    Mhux Applikabbli

    Informazzjoni speċifika

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    Konferma

    Spjegazzjoni qasira

    Spjegazzjoni dettaljata

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (2)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSAT20

    Artikolu 24(1)

    Skoperturi sottostanti li jinkisbu permezz ta’ bejgħ veru

     

     

    Spjegazzjoni qasira ta’ kif isir it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ bejgħ veru jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li huwa infurzabbli fil-konfront tal-bejjiegħ jew ta’ kwalunkwe parti terza.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT21

    Artikolu 24(2)

    Ebda rkupru serju

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe waħda mid-dispożizzjoni ta’ rkupru serju msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402 tinstabx fit-titolizzazzjoni, u jekk japplikawx id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT22

    Artikolu 24(3)

    Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar ta’ insolvenza

     

     

    Flimkien mal-STSS21, fejn xieraq, konferma li ma hemm l-ebda ċirkostanza li tista’ tagħti lok għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru skont l-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT23

    Artikolu 24(4)

    Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali

     

     

    Meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali, dikjarazzjoni li tikkonferma li t-titolizzazzjoni tikkonforma mal-Artikoli 24(1) sa 24(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT24

    Artikolu 24(5)

    Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjament u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard

     

     

    Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard mill-għeluq tat-titolizzazzjoni, ipprovdi spjegazzjoni qasira dwar jekk il-perfezzjoni hijiex affettwata mill-inqas mill-iskattaturi tal-eventi minimi meħtieġa predeterminati kif elenkat fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u kif dan isir.

    Entrata 3.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT25

    Artikolu 24(6)

    Rappreżentazzjonijiet u garanziji

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk hemmx rappreżentazzjonijiet u garanziji pprovduti mill-bejjiegħ li l-assi inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwata b’mod negattiv l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjazzjoni jew it-trasferiment bl-istess effett legali.

    Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT26

    Artikolu 24(7)

    Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk:

    l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE jissodisfawx kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali;

    l-għażla u t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni humiex ibbażati fuq proċessi ċari li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ liema skoperturi huma magħżula għat-titolizzazzjoni jew trasferiti fiha u li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv fuq bażi diskrezzjonali.

    Taqsima 2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT27

    Artikolu 24(8)

    Ebda rititolizzazzjoni

     

     

    Konferma li l-iskoperturi sottostanti ma jinkludu l-ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u li t-titolizzazzjoni notifikata mhijiex għalhekk rititolizzazzjoni.

    Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT28

    Artikolu 24(9)

    Skoperturi sottostanti ttrasferiti mingħajr skoperturi inadempjenti

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif l-iskoperturi sottostanti ttrasferiti ma jinkludux, fil-mument tal-għażla, skoperturi inadempjenti jew skoperturi ristrutturati kif stabbilit fl-Artikolu 24(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402, kif applikabbli. Fejn xieraq, dikjarazzjoni ċara ta’ jekk it-titolizzazzjoni tinkludix xi indeboliment ta’ kreditu fil-mument tat-titolizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 24(9)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Konferma li:

    fil-mument tal-oriġini, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 24(9) (b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati;

    fil-mument tal-għażla, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 24(9) (c) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati;

    Entrata 2.2.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT29

    Artikolu 24(10)

    Mill-inqas pagament wieħed fil-mument tat-trasferiment

     

     

    Konferma dwar jekk, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, id-debituri għamlux mill-inqas pagament wieħed.

    Meta ma jkun sar l-ebda pagament, għandha tapplika spjegazzjoni dwar għaliex dan huwa l-każ, inkluża dikjarazzjoni dwar jekk ir-raġuni hijiex waħda mill-eċċezzjonijiet permessi skont l-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.3 u 3.4.6 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT30

    Artikolu 24(11)

    Ripagament tad-detenturi ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod predominanti fuq il-bejgħ tal-assi.

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata tal-grad tad-dipendenza tar-ripagamenti tad-detenturi tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi li jiżguraw l-iskoperturi sottostanti. Fejn xieraq, spjegazzjoni dettaljata dwar jekk ir-ripagamenti tal-investituri jitqisux li jiddependu fuq il-bejgħ tal-assi, kif speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.4.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT31

    Artikolu 24(12)

    Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX)

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju humiex immitigati kif xieraq u kif dan isir u kkonferma li l-miżuri għal dak il-għan huma ddivulgati.

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe strument tal-iħħeġġjar li jintuża huwiex sottoskrit u ddokumentat skont standards aċċettati b’mod komuni.

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT32

    Artikolu 24(12)

    Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE

     

     

    Ħlief għall-fini tal-iħħeġġjar ta’ rati tal-imgħax jew riskju tal-kambju, spjegazzjoni qasira dwar jekk l-SSPE kkonkludietx kuntratti derivattivi

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT33

    Artikolu 24(12)

    Derivattivi fi Skoperturi Sottostanti

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar il-preżenza ta’ kwalunkwe derivattiva fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti.

    Entrati 3.4.2 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT34

    Artikolu 24(12)

    Derivattivi permezz ta’ standards komuni

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe derivattiva permessibbli skont l-Artikolu 24(12) hijiex sottoskritta u ddokumentata skont standards komuni fil-finanzi internazzjonali.

    Entrati 3.4.7 u 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT35

    Artikolu 24(13)

    Definizzjonijiet ċari u konsistenti relatati mal-indirizzar tas-self problematiku

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni sottostanti tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti, definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet relatati mas-sitwazzjonijiet ta’ dejn stabbiliti fl-Artikolu 24(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT36

    Artikolu 24(13)

    Prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi skont l-Artikolu 24(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrati 3.4.7 u 3.4.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT37

    Artikolu 24(14)

    Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf

     

     

    Konferma li d-data meħtieġa li ssir disponibbli skont l-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402 hija disponibbli u dikjarazzjoni ċara ta’ fejn l-informazzjoni hija disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar.

    Meta l-isponsor ma jkollux aċċess għal tali data, konferma li l-bejjiegħ ipprovda aċċess għal data kif speċifikat skont l-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Konferma li d-data hija disponibbli u ddikjara b’mod ċar, fejn hija disponibbli l-informazzjoni u li d-data ma tkoprix perjodu iqsar minn ħames snin ħlief għar-riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħra fuq terminu qasir li għalihom il-perjodu storiku mhuwiex inqas minn tliet snin.

    Entrata 2.2.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT38

    Artikolu 24(15)

    Omoġeneità tal-assi

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif it-titolizzazzjoni hija appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tipi ta’ assi differenti inklużi l-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament tagħhom.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT39

    Artikolu 24(15)

    Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti

     

     

    Konferma li l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha ħajja medja ponderata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin.

    Konferma dwar jekk id-deroga fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, ta’ lokazzjonijiet tal-karozzi jew tranżazzjonijiet għall-kiri ta’ tagħmir tapplikax, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT40

    Artikolu 24(15)

    Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti

     

     

    Konferma, fejn xieraq, li l-iskoperturi sottostanti:

    ma jinkludux self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013  (3);

    jinkludu ċerti obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn assi li jiggarantixxu tali pagamenti;

    ma jinkludux titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE  (4) ħlief bonds korporattivi, li mhumiex elenkati f’ċentru tan-negozjar.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT41

    Artikolu 24(16)

    Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni ABCP jiġix ikkalkolat b’referenza għal rati tal-imgħax tas-suq li jintużaw b’mod ġenerali jew rati settorjali li jintużaw b’mod ġenerali li jirriflettu l-kost tal-fondi u kif dan isir.

    Entrata 2.2.2 u 2.2.13 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT42

    Artikolu 24(17)

    Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk huwiex issodisfat kull rekwiżit tal-Artikolu 24(17) tar-Regolament (UE) 2017/2402, inkluża spjegazzjoni qasira tal-każijiet fejn jistgħu jinqabdu tali flus kontanti.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT43

    Artikolu 24(17)

    (a) Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew l-aċċellerazzjoni

     

     

    Konferma li l-ebda flus kontanti mhuma se jinqabdu wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT44

    Artikolu 24(17)

    (b) Rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri

     

     

    Konferma li r-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti jgħaddu lill-investituri permezz ta’ ammortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT45

    Artikolu 24(17)

    (c) Ebda dispożizzjoni ma għandha tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq

     

     

    Konferma li l-ebda dispożizzjoni ma teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

    Entrata 3.4.5 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT46

    Artikolu 24(18)

    Solidità tal-istandards ta’ sottoskrizzjoni

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk l-iskoperturi sottostanti oriġinawx fil-kors tan-negozju ordinarju tal-bejjiegħ, filwaqt li tispeċifika jekk l-istandard sottostanti humiex inqas strinġenti minn dawk applikati għall-iskoperturi li ma ġewx titolizzati.

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk kwalunkwe bidla materjali mill-istandards preċedenti ta’ sottoskrizzjoni ġietx iddivulgata lill-isponsor u lil partijiet oħra esposti direttament għat-titolizzazzjoni ABCP.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT47

    Artikolu 24(18)

    Għarfien espert tal-bejjiegħ

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk il-bejjiegħ għandux l-għarfien espert meħtieġ fl-oriġinazzjoni tal-iskoperturi ta’ għamla simili għal dawk titolizzati.

    Entrata 2.2.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT48

    Artikolu 24(19)

    Titolizzazzjoni ABCP/skattatur tal-kwalità kreditizja rotanti

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif id-dispożizzjonijiet jew l-iskattaturi fl-Artikolu 24(19)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma inklużi fid-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni.

    Entrati 2.3 u 2.4 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT49

    Artikolu 24(20)

    Dmirijiet ta’ Parteċipant għat-Titolizzazzjoni

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-isponsor, tas-servizzjant u tat-trustee, jekk applikabbli, u fornitur tas-servizz ieħor anċillari.

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT50

    Artikolu 24(20)

    Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi l-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex jiġi żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-servizzjant ma tirriżultax f’terminazzjoni tas-servizzjar.

    Entrata 3.7 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT51

    Artikolu 24(20)

    Dispożizzjonijiet tal-kontinwità tal-kontropartijiet derivattivi u tal-banek tal-kontijiet

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u l-bank tal-kontijiet mal-inadempjenza, l-insolvenza tagħhom u avvenimenti oħra speċifikati, fejn applikabbli.

    Entrata 3.8 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAT52

    Artikolu 24(20)

    Sodezza tal-Isponsor

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar kif l-isponsor jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980


    (1)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

    (2)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


    ANNESS III

    Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-ESMA skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dwar programmi ABCP

    Informazzjoni ġenerali

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (1)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSAP0

    Artikolu 27(1)

    L-ewwel punt ta’ kuntatt

    L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt u l-isem tal-awtorità kompetenti rilevanti

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.

    STSAP1

    Mhux Applikabbli

    Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

    Fejn applikabbli, il-kodiċijiet internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) assenjati għall-programmi ABCP.

    Meta disponibbli skont l-Entrata 3.1 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.

    STSAP2

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI)

    Meta disponibbli, il-LEI tal-isponsor(s) u/jew tal-programmi(i) ABCP.

    Entrata 4.2 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAP3

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tan-notifika

    Meta tirrapporta aġġornament, in-numru uniku ta’ referenza assenjat mill-ESMA għan-notifika STS notifikata preċedentement.

    Mhux Applikabbli

    STSAP4

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur uniku

    L-identifikatur uniku assenjat mill-entità li tirrapporta lil dan il-programm ABCP skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224

    Mhux Applikabbli

    STSAP5

    Mhux Applikabbli

    Identifikatur tal-prospett

    Meta disponibbli, l-identifikatur tal-prospett kif ipprovdut mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    Mhux Applikabbli

    STSAP6

    Mhux Applikabbli

    Repożitorju tat-Titolizzazzjoni

    Meta disponibbli, l-isem tar-repożitorju rreġistrat tat-titolizzazzjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSAP7

    Mhux Applikabbli

    Isem tat-titolizzazzjoni

    L-isem tal-programm ABCP

    Taqsima 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAP8

    Artikolu 18 u 27(3)

    Pajjiż ta’ stabbiliment

    Il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-isponsor(s).

    Entrata 4.3 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAP9

    Mhux Applikabbli

    Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni

    It-tip ta’ titolizzazzjoni (mhux ABCP, ABCP, programm ABCP)

    Mhux Applikabbli

    STSAP10

    Mhux Applikabbli

    Data tal-ħruġ

    Id-data tal-ewwel ħarġa tal-programm ABCP.

    Entrata 4 tal-Anness 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAP11

    Mhux Applikabbli

    Data tan-notifika

    Id-data tan-notifika STS lill-ESMA

    Mhux Applikabbli

    STSAP12

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STA ġiet ikkonfermata minn dik id-ditta tal-parti terza awtorizzata.

    Mhux Applikabbli

    STSAP13

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun pprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem u l-post ta’ stabbiliment tal-parti terza.

    Mhux Applikabbli

    STSAP14

    Artikolu 27(2)

    Parti Terza awtorizzata

    Meta parti terza awtorizzata tkun ipprovdiet servizzi ta’ verifika STS skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-isem tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha.

    Mhux Applikabbli

    STSAP15

    Artikolu 27(5)

    Status STS

    Notifika mill-isponsor li l-programm ABCP ma għandux jibqa’ jitqies bħala STS u r-raġunijiet għal din il-bidla.

    Mhux Applikabbli

    Tagħrif speċifiku

    Numru tal-qasam

    Artikolu tar-Regolament (UE) 2017/2402

    ISEM TAL-QASAM

    Konferma

    Spjegazzjoni qasira

    Spjegazzjoni dettaljata

    KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT  (2)

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    STSAP16

    Artikolu 25(1)

    Sponsor li għandu jkun istituzzjoni ta’ kreditu sorveljata

     

     

    Konferma li l-isponsor tal-programm huwa istituzzjoni ta’ kreditu sorveljata u link għal dokument li jikkonferma tali status.

    Mhux Applikabbli

    STSAP17

    Artikolu 25(2)

    Appoġġ ta’ sponsor bħala fornitur tal-faċilità tal-likwidità

     

     

    Konferma li l-isponsor tal-programm ABCP jipprovdi faċilità ta’ likwidità u li jappoġġja l-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni fir-rigward tal-programm ABCP, inkluża deskrizzjoni tal-faċilità ta’ likwidità u link għal kwalunkwe dokument li juri tali dispożizzjoni.

    Mhux Applikabbli

    STSAP18

    Artikolu 25(3)

    Dimostrazzjoni għall-Awtorità kompetenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu

     

     

    Konferma li fir-rigward tar-rwol tagħha bħala sponsor, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tipperikolax is-solvenza u l-likwidità tagħha, u link, meta disponibbli, għad-dokument li jappoġġjaha jkun wera din il-pożizzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha.

    Mhux Applikabbli

    STSAP19

    Artikolu 25(4)

    Konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-isponsor

     

     

    Konferma tal-konformità tal-isponsor mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, kif applikabbli. Konferma li l-isponsor ivverifika l-bejjiegħ għandu l-kapaċitajiet ta’ servizzjar u l-proċessi ta’ ġbir meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (i) sa (p) tal-Artikolu 265(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

    Mhux Applikabbli

    STSAP20

    Artikolu 25(5)

    Il-bejjiegħ (fil-livell tat-tranżazzjoni) jew l-isponsor (fil-livell tal-programm ABCP) għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 6

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar kif il-bejjiegħ (titolizzazzjoni ABCP) u l-isponsor (programm ABCP) jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 li jispeċifika l-għażla li tintuża għar-ritenzjoni tar-riskju fosthom:

    (1)

    is-segment vertikali - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (2)

    is-sehem tal-bejjiegħ - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (3)

    l-iskoperturi magħżula b’mod każwali miżmuma fuq karta bilanċjali - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (4)

    is-segment tal-ewwel telf - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (5)

    l-iskopertura għall-ewwel telf f’kull assi - jiġifieri l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (6)

    l-ebda konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (7)

    oħrajn.

    Entrata 3.4.3 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980

    STSAP21

    Artikolu 25(6)

    Konformità fil-livell tal-programm ABCP mal-Artikolu 7 (rekwiżiti ta’ trasparenza)

     

     

    Konferma li:

    l-isponsor huwa responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    l-isponsor qed jikkonforma mal-Artikolu 7 fil-livell tal-programm ABCP;

    l-isponsor għamel disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar u fuq it-talba tagħhom: l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew inizjali.

    Mhux Applikabbli

    STSAP22

    Artikolu 25(7)

    Prelevament tal-faċilità ta’ likwidità, meta l-impenji ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità ma jiġġeddux mill-isponsor

     

     

    Spjegazzjoni qasira mill-isponsor dwar jekk il-faċilità ta’ likwidità hijiex se tkun prelevata u jekk it-titoli li jimmaturaw humiex se jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità tal-likwidità qabel ma jiskadi.

    Mhux Applikabbli

    STSAP23

    Artikolu 26(1)

    Konformità tat-titolizzazzjonijiet ABCP fi ħdan programm ABCP mal-Artikolu 24(1) sa (8) u (12) sa (20)

     

     

    Konferma dwar jekk it-titolizzazzjonijiet ABCP kollha fil-programm jissodisfawx ir-rekwiżiti li ġejjin:

    l-Artikolu 24(1) sa (8)tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    l-Artikolu 24(12) sa (20)tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSAP24

    Artikolu 26(1), it-tieni u t-tielet paragrafi

    Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għall-ABCP jista’ ma jkunx konformi temporanjament ma’ ċerti rekwiżiti

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata, jekk applikabbli, dwar liema wieħed mir-rekwiżiti tal-Artikoli 24(9), (10) jew (11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 mhuwiex qed jiġi osservat temporanjament u l-perċentwal tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjonijiet ABCP li jirrappreżenta u r-raġuni għaliex il-programm kiser temporanjament dawk ir-rekwiżiti. Konferma li kampjun tal-iskoperturi sottostanti huwa soġġett għal verifika esterna regola dwar il-konformità minn parti xierqa u indipendenti.

    Mhux Applikabbli

    STSAP25

    Artikolu 26(2)

    Il-ħajja medja ponderata li jifdal (WAL) tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP ma għandhiex tkun aktar minn sentejn.

     

     

    Konferma li l-ħajja medja ponderata li jifdal tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP mhijiex aktar minn sentejn.

    Mhux Applikabbli

    STSAP26

    Artikolu 26(3)

    Programm ABCP appoġġjat bis-sħiħ (appoġġ tal-isponsor)

     

     

    Spjegazzjoni qasira dwar jekk il-programm ABCP huwiex appoġġjat bis-sħiħ minn sponsor skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSAP27

    Artikolu 26(4)

    Ebda rititolizzazzjoni u l-ebda tisħiħ fil-kreditu li jistabbilixxu t-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm ABCP

     

     

    Konferma li l-programm ABCP ma jinkludi l-ebda rititolizzazzjoni u li t-tisħiħ fil-kreditu ma jistabbilix it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.

    Mhux Applikabbli

    STSAP28

    Artikolu 26(5)

    Ebda opzjoni ta’ xiri

     

     

    Konferma li l-programm ABCP ma jinkludix opzjoni ta’ xiri jew klawsoli b’effett tal-maturità finali tat-titoli skont id-diskrezzjoni tal-bejjiegħ, tal-isponsor jew l-SSPE.

    Mhux Applikabbli

    STSAP29

    Artikolu 26(6)

    Rati tal-imgħax u riskji tal-kambju fil-programm ABCP immitigati u ddokumentati kif xieraq.

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar jekk ir-rati tal-imgħax u r-riskji tal-kambju li jirriżultaw fil-livell tal-programm ABCP humiex immitigati kif xieraq u l-mod li bih dan isir kif ukoll il-miżuri li jintużaw biex jiġu mmitigati tali riskji, inkluż jekk l-SSPE tikkonkludix kuntratti derivattivi għajr għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u deskrizzjoni ta’ kif dawn id-derivattivi huma sottoskritti u dokumentati, b’mod partikolari jekk dan isirx skont standards komuni fil-finanzi internazzjonali.

    Mhux Applikabbli

    STSAP30

    Artikolu 26(7)(a)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (responsabbiltajiet tat-trustee fil-konfront tal-investituri)

     

     

    Konferma li r-responsabbiltajiet tat-trustee u entitajiet oħra bi dmirijiet fiduċjarji, jekk applikabbli fil-konfront tal-investituri huma speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-programm ABCP.

    Mhux Applikabbli

    STSAP31

    Artikolu 26(7)(b)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (obbligi kuntrattwali tal-isponsor)

     

     

    Konferma li l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-isponsor, it-trustee u fornituri ta’ servizzi anċillari oħra, jekk applikabbli, huma speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-programm ABCP.

    Mhux Applikabbli

    STSAP32

    Artikolu 26(7)(c)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċess u responsabbiltajiet fil-każ ta’ servizzjant inadempjenti)

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi proċessi u responsabbiltajiet li jkopru l-inadempjenza jew l-insolvenza tas-servizzjant biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzjar.

    Mhux Applikabbli

    STSAP33

    Artikolu 26(7)(d)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u l-bank tal-kontijiet)

     

     

    Konferma li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 26(7)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati rigward id-dispożizzjoni għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi, u l-bank tal-kontijiet fil-livell tal-programm ABCP mal-inadempjenza, l-insolvenza tagħhom u eventi oħra speċifikati, meta l-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali eventi.

    Mhux Applikabbli

    STSAP34

    Artikolu 26(7)(e)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċeduri biex tiġi żgurata l-kollateralizzazzjoni tal-finanzjament impenjat)

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi proċeduri li jiżguraw li malli jseħħu eventi speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità.

    Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni sottostanti oħra li jinkludu l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(7)(e) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSAP35

    Artikolu 26(7)(f)

    Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (faċilità ta’ likwidità u titoli li jimmaturaw li għandhom jitħallsu lura meta l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel ma jiskadi)

     

     

    Konferma li d-dokumentazzjoni tal-programm ABCP tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u li t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel ma jiskadi.

    Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni oħra sottostanti li jinkludu l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(7)(f) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Mhux Applikabbli

    STSAP36

    Artikolu 26(8)

    Għarfien espert tas-servizzjant

     

     

    Spjegazzjoni ddettaljata dwar kif ir-rekwiżiti tal-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402 huma ssodisfati, inklużi l-politiki u l-proċeduri li jiżguraw konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti

    Dikjarazzjoni li tindika l-paġni rilevanti tal-prospett jew ta’ dokumentazzjoni oħra sottostanti li jinkludu l-ispjegazzjonijiet applikabbli biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402 (kif applikabbli) (“għarfien espert, politiki, proċeduri, u mmaniġġjar tar-riskju tas-servizzjant”).

    Entrata 3.2 tal-Anness 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980.


    (1)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

    (2)  Fejn xieraq, inkludi referenza għat-taqsimiet rilevanti tad-dokumentazzjoni sottostanti meta l-informazzjoni tkun disponibbli.


    Top