This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1204
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/1204 of 9 June 2020 amending Annex I to Regulation (EU) 2019/1021 of the European Parliament and of the Council as regards the listing of dicofol (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1204 tad-9 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda tad-dicofol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1204 tad-9 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda tad-dicofol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/3645
ĠU L 270, 18.8.2020, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1204
tad-9 ta’ Ġunju 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda tad-dicofol
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (2) (“il-Konvenzjoni”) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (3) (“il-Protokoll”). |
(2) |
L-Anness A tal-Konvenzjoni (“l-Eliminazzjoni”) fih lista ta’ sustanzi kimiċi li kull Parti għall-Konvenzjoni hija mitluba li tipprojbixxihom u/jew twettaq il-miżuri legali u amministrattivi meħtieġa biex jiġu eliminati l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom. |
(3) |
Fid-disa’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ġie deċiż li l-Anness A tal-Konvenzjoni jiġi emendat biex id-dicofol ikun inkluż f’dak l-Anness, f’konformità mal-Artikolu 8(9) tal-Konvenzjoni. |
(4) |
Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, li fiha lista tas-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll, kif ukoll is-sustanzi li huma elenkati biss fil-Konvenzjoni, jenħtieġ li tiġi emendata wkoll biex tkun tinkludi d-dicofol. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, tiżdied l-entrata li ġejja:
Sustanza |
Nru CAS |
Nru KE |
Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
“Dicofol |
115-32-2 |
204-082-0 |
Xejn” |