This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1201
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1201 of 14 August 2020 as regards measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Xylella fastidiosa (Wells et al.)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
C/2020/5520
ĠU L 269, 17.8.2020, pp. 2–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
24/11/2025
|
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1201
tal-14 ta’ Awwissu 2020
rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2) ilha tiġi applikata minn Mejju 2015 bl-għan li jiġi evitat it-tixrid ulterjuri u l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (“il-pest speċifikat”). Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġiet aġġornata f’diversi okkażjonijiet biex titqies l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli f’dak iż-żmien. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat Opinjoni Xjentifika (3) ġdida dwar ir-riskju għas-saħħa tal-pjanti ppreżentat mill-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, b’fokus fuq l-istabbiliment potenzjali, il-firxa fuq medda qasira u medda twila, it-tul tal-perjodu asintomatiku; l-impatt tal-pest speċifikat u aġġornament dwar il-possibbiltajiet għat-tnaqqis tar-riskju. Fil-15 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità ppubblikat rapport xjentifiku (4) dwar l-effettività ta’ miżuri ta’ kontroll in planta għall-pest speċifikat, fejn ġie kkonfermat dak li kien iddikjarat qabel li attwalment ma humiex disponibbli miżuri ta’ kontroll biex il-pest speċifikat jiġi eliminat minn pjanta marida f’kundizzjonijiet fil-miftuħ. Fil-25 ta’ Ġunju 2019, l-Awtorità ppubblikat karta ta’ stħarriġ dwar il-pesti (5) rigward il-pest speċifikat, fejn ipprovdiet aktar elementi biex jiġu żgurati attivitajiet ta’ stħarriġ aktar immirati. Fit-28 ta’ April 2020, l-Awtorità aġġornat il-bażi ta’ data ta’ speċijiet ta’ pjanti li nstabu infettati mill-pest speċifikat madwar id-dinja (6). Barra minn hekk, fit-8 ta’ Ġunju 2020, l-Awtorità ppubblikatil-Linji Gwida għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa (7) li se jgħinu lill-Istati Membri jimplimentaw il-livell ta’ affidabbiltà, il-prevalenza tad-disinn proposta u t-tħejjija tal-attivitajiet ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fi ħdan u barra ż-żoni demarkati, fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-iżviluppi xjentifiċi reċenti, l-eżitu tal-awditi mwettqa mill-Kummissjoni fl-Istati Membri kkonċernati u l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 jindikaw il-ħtieġa li dawk il-miżuri jiġu aġġornati sabiex jiġi żgurat approċċ aktar immirat għall-kontroll tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ pjanti ospitanti tirreferi għall-ispeċijiet jew il-ġeneri kollha ta’ pjanti li jinstabu infettati mill-pest speċifikat madwar id-dinja, filwaqt li jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ pjanti speċifikati tirreferi biss għal dawk il-pjanti ospitanti li jkunu nstabu infettati minn sottospeċi partikolari tal-pest speċifikat. F’dan il-kuntest, u sabiex tiġi żgurata ċerta proporzjonalità, jenħtieġ li xi miżuri minn dan ir-Regolament japplikaw biss għall-pjanti ospitanti u oħrajn japplikaw għall-pjanti speċifikati biss. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata stampa ġenerali aħjar tal-preżenza tal-pest speċifikat, l-Istati Membri jenħtieġ li jintensifikaw l-istħarriġ annwali għal dik il-preżenza f’konformità mal-informazzjoni xjentifika u teknika l-aktar reċenti. |
|
(6) |
Sabiex jinqered il-pest speċifikat u biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tiegħu fil-bqija tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu żoni demarkati li jikkonsistu minn żona infettata u żona ta’ lqugħ, u japplikaw miżuri ta’ qerda. Il-wisa’ taż-żoni ta’ lqugħ jenħtieġ li tkun proporzjonali mal-livell ta’ riskju u l-kapaċità ta’ tixrid tal-vettur. |
|
(7) |
Madankollu, f’każijiet iżolati tal-pest speċifikat, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ l-istabbiliment ta’ żona demarkata jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat minn dawk il-pjanti introdotti reċentement li jinstab fuqhom. Dan ikun l-approċċ l-aktar proporzjonat dment li l-istħarriġ imwettaq fiż-żona kkonċernata jwassal għall-konklużjoni li l-pest speċifikat ma jkunx ġie stabbilit. |
|
(8) |
F’ċerti żoni tal-Unjoni, jixraq li jiġi konkluż li l-qerda tal-pest speċifikat ma tkunx għadha possibbli. Għalhekk, minflok qerda, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew japplikaw miżuri għat-trażżin ta’ dak il-pest f’dawk iż-żoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu inqas stretti mill-miżuri għall-qerda, iżda jenħtieġ li jiżguraw approċċ ta’ stħarriġ diliġenti u aktar azzjonijiet ta’ prekawzjoni fiż-żoni ta’ lqugħ rispettivi u fil-parti esterna taż-żoni infettati, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati u jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-monitoraġġ taż-żoni demarkati jitwettaq kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jiffoka wkoll fuq vetturi preżenti fiż-żona demarkata sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri mill-vetturi u biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll fitosanitarju applikati kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha. |
|
(10) |
F’konformità mal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, l-esperjenza tikkonferma li l-kontroll tal-vettur, flimkien mat-tneħħija immedjata tal-inokulu batteriku, huwa essenzjali biex jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni xierqa tat-trattamenti fitosanitarji, kemm qabel it-tneħħija tal-pjanti kif ukoll matul is-sena, kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha. Dawk it-trattamenti jenħtieġ li jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, bi preferenza għal soluzzjonijiet mhux kimiċi, kull fejn ikun possibbli. |
|
(11) |
Huwa aktar probabbli li speċijiet ta’ pjanti magħrufa bħala suxxettibbli għas-sottospeċijiet tal-pest speċifikat identifikati fiż-żona demarkata u li għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata, jew li jkunu għaddew minn ġo żona bħal din, ikunu ġew infettati bil-pest speċifikat. Għalhekk, huwa proporzjonali li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-moviment fl-Unjoni fejn dan jirrigwarda l-pjanti speċifikati biss. Huwa proporzjonali wkoll li jiġu applikati rekwiżiti inqas stretti għall-moviment ta’ dawk il-pjanti fi ħdan iż-żoni infettati, jew miż-żoni infettati lejn iż-żoni ta’ lqugħ, milli r-rekwiżiti applikati għall-moviment tagħhom lejn iż-żoni demarkati. |
|
(12) |
Bl-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ filwaqt li tiġi protetta s-saħħa tal-pjanti, u filwaqt li titqies in-natura tal-pest speċifikat, meta jiġu introdotti fl-Unjoni l-pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn dak il-pest ma jkunx preżenti, jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi dikjarazzjoni addizzjonali li tgħid li l-pajjiż huwa ħieles mill-pest speċifikat. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-pjanti ospitanti introdotti fl-Unjoni minn żoni ta’ pajjiżi terzi fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat ikunu ħielsa mill-pest speċifikat, ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu simili għal dawk stipulati għall-moviment ta’ pjanti speċifikati li joriġinaw minn żoni demarkati. |
|
(14) |
Fid-dawl tal-evidenza xjentifika u teknika l-aktar reċenti, jenħtieġ li jiġu intensifikati wkoll l-attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa minn pajjiżi terzi biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-pest speċifikat f’żoni tat-territorju tagħhom jew f’siti ta’ produzzjoni awtorizzati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(15) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti tal-pjanti speċifikati ’l barra miż-żoni demarkati lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, u fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jkunu proporzjonali, effettivi u jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), applikabbli milll-14 ta’ Diċembru 2019. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789. |
|
(17) |
Rigward attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn ikun magħruf li l-pest ma jeżistix, jew fejn tiġi applikata deroga għall-istabbiliment taż-żoni demarkati, kif ukoll f’żoni jew siti ta’ produzzjoni ta’ pajjiżi terzi, huwa xierqa li jitħalla biżżejjed ħin biex l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jfasslu dawk l-attivitajiet sabiex jipprovdu l-livell ta’ affidabbiltà meħtieġ fl-istatistika. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti relatati ma’ dawk l-attivitajiet ta’ stħarriġ japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“pest speċifikat” tfisser Xylella fastidiosa (Wells et al.) u kwalunkwe wieħed mis-sottospeċi tiegħu; |
|
(b) |
“pjanti ospitanti” tfisser il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri jew l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I; |
|
(c) |
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti ospitanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri jew l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II u li huma magħrufa bħala suxxettibbli għas-sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat. |
KAPITOLU II
STĦARRIĠ ANNWALI GĦALL-PREŻENZA TAL-PEST SPEĊIFIKAT U PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA
Artikolu 2
Stħarriġ dwar il-pest speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali tal-pjanti ospitanti għall-identifikazzjoni tal-pest speċifikat fit-territorju tagħhom.
2. Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq mill-awtoritajiet kompetenti jew inkella taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti.
3. Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq abbażi tal-livell ta’ riskju. Dan għandu jsir fil-beraħ, inklużi għelieqi tal-kultivazzjoni, ġonna, vinji, kif ukoll mixtlijiet, ċentri tal-ġardinaġġ u/jew ċentri kummerċjali, żoni naturali u postijiet rilevanti oħra.
4. Dak l-istħarriġ għandu jikkonsisti mill-ġbir ta’ kampjuni u mill-ittestjar tal-pjanti għat-tħawwil. B’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid tal-kampjuni li ntużat se jkunu jistgħu jidentifikaw fl-Istat Membru kkonċernat, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
5. Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa matul is-sena rigward il-possibbiltà li jiġi identifikat il-pest speċifikat, filwaqt li titqies il-bijoloġija ta’ dak il-pest u l-vetturi tiegħu, il-preżenza tiegħu u l-bijoloġija tal-pjanti ospitanti, kif ukoll l-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa.
6. Il-preżenza tal-pest speċifikat għandha tiġi mmonitorjata minn wieħed mit-testijiet molekulari elenkati fl-Anness IV. F’każ ta’ riżultati pożittivi identifikati f’żoni għajr iż-żoni demarkati, il-preżenza tal-pest speċifikat għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ test molekulari pożittiv ieħor elenkat f’dak l-Anness, li jkun immirat lejn partijiet differenti tal-ġenoma. Dawk it-testijiet għandhom jitwettqu fuq l-istess kampjun ta’ pjanti jew, jekk ikun xieraq għat-test molekulari konfermatorju li jintuża, fuq l-istess estratt tal-pjanta.
7. L-identifikazzjoni tas-sottospeċijiet tal-pest speċifikat għandha titwettaq fuq kull speċi ta’ pjanti li tinsab infettata mill-pest speċifikat fiż-żona demarkata kkonċernata. Dik l-identifikazzjoni għandha titwettaq permezz tat-testijiet molekulari elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV.
8. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 3
Pjanijiet ta’ kontinġenza
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ kontinġenza. Dak il-pjan ta’ kontinġenza għandu jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu rigward:
|
(a) |
il-qerda tal-pest speċifikat, kif stipulat fl-Artikoli 7 sa 11; |
|
(b) |
il-movimenti tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, kif stipulat fl-Artikoli 19 sa 26; |
|
(c) |
il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq il-movimenti ta’ pjanti speċifikati fl-Unjoni u ta’ pjanti ospitanti fl-Unjoni, kif stipulat fl-Artikoli 32 u 33. |
Kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan ta’ kontinġenza tiegħu, kif jixraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza stabbiliti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandhom jiġu aġġornati sal-31 ta’ Diċembru 2020.
2. Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-pjan ta’ kontinġenza għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
|
(a) |
ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex dawn ir-riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest speċifikat; |
|
(b) |
ir-regoli li jiddettaljaw il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li jridu jitneħħew, għan-notifika tal-ordni ta’ tneħħija u għall-aċċess għal proprjetajiet privati. |
KAPITOLU III
ŻONI DEMARKATI
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
1. Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi żona demarkata minnufih.
Meta tiġi kkonfermata biss il-preżenza ta’ sottospeċi partikolari waħda jew aktar tal-pest speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi żona demarkata fir-rigward ta’ dawk is-sottospeċijiet biss.
Meta l-konferma tal-preżenza ta’ sottospeċi tkun pendenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi żona demarkata fir-rigward tal-pest speċifikat u tas-sottospeċijiet kollha possibbli tiegħu.
2. Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn żona infettata u żona ta’ lqugħ.
Iż-żona infettata għandu jkollha raġġ ta’ mill-inqas 50 m madwar il-pjanta li tinstab infettata mill-pest speċifikat.
Iż-żona ta’ lqugħ għandha tkun tal-wisa’ li ġejja:
|
(a) |
mill-inqas 2,5 km fil-każ ta’ żona infettata stabbilita bl-għan li jittieħdu l-miżuri ta’ qerda msemmija fl-Artikoli 7 sa 11; |
|
(b) |
mill-inqas 5 km fil-każ ta’ żona infettata stabbilita bl-għan li jittieħdu l-miżuri ta’ trażżin imsemmija fl-Artikoli 12 sa 17. |
3. Il-Kummissjoni għandha taġġorna u tippubblika lista taż-żoni demarkati stabbiliti mill-Istati Membri, kif innotifikat skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 5
Derogi għall-istabbiliment ta’ żoni demarkati
1. B’deroga mill-Artikolu 4, iż-żona ta’ lqugħ ta’ madwar iż-żona infettata stabbilita għall-finijiet ta’ qerda tista’ titnaqqas għal wisa’ ta’ mhux inqas minn 1 km fejn ikun hemm grad għoli ta’ affidabbiltà li l-preżenza inizjali tal-pest speċifikat ma jkunx irriżulta fit-tixrid tiegħu u fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati kollha li jkunu jinsabu fiż-żona infettata, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, ikunu ġew ikkampjunati u tneħħew minnufih; |
|
(b) |
l-ebda pjanta oħra ma tkun instabet infettata mill-pest speċifikat fiż-żona infettata wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ qerda, abbażi ta’ testijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba matul is-sena, filwaqt li jittieħed kont tal-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa; |
|
(c) |
ikun twettaq stħarriġ mill-inqas darba matul l-ewwel sena wara l-identifikazzjoni tal-pest speċifikat f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 2,5 km madwar iż-żona infettata, li juri li l-pest speċifikat ma jkunx instab f’dik iż-żona. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti li jinsabu f’dik iż-żona. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, filwaqt li jittieħed kont li l-ewwel 400 m madwar il-pjanti infettati għandhom riskju ogħla meta mqabbel mal-parti l-oħra ta’ dik iż-żona; |
|
(d) |
l-ebda vettur li jġorr il-pest speċifikat ma jkun ġie identifikat fiż-żona infettata u fil-viċinanza immedjata tagħha wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ qerda, abbażi ta’ testijiet imwettqa darbtejn matul l-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, u f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji. Dawk it-testijiet għandhom iwasslu għall-konklużjoni li t-tixrid naturali tal-pest speċifikat huwa eskluż. |
2. Meta titnaqqas il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għal dak it-tnaqqis.
3. B’deroga mill-Artikolu 4, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona reċentement flimkien mal-pjanti li jkun instab fuqhom, jew li l-pest speċifikat ikun instab f’sit bi protezzjoni fiżika mill-vetturi ta’ dak il-pest; |
|
(b) |
ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ spezzjoni jindikaw li dawk il-pjanti jkunu ġew infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata; |
|
(c) |
ma jkunux instabu vetturi li jġorru l-pest speċifikat, abbażi ta’ testijiet imwettqa fil-viċinanza ta’ dawk il-pjanti. |
4. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu:
|
(a) |
iwettaq, fiż-żona fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata għall-ewwel darba, stħarriġ annwali għal mill-inqas sentejn biex jiġi ddeterminat jekk ikunux ġew infettati xi pjanti oħra u jekk jenħtieġx li jittieħdu aktar miżuri; |
|
(b) |
jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ġustifikazzjoni għalfejn ma tiġix stabbilita żona demarkata, kif ukoll l-eżitu tal-istħarriġ imsemmi fil-punt (a) malli dan isir disponibbli. |
Artikolu 6
Tneħħija taż-żoni demarkati
1. Meta, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 10, il-pest speċifikat ma jkunx ġie identifikat f’żona demarkata għal perjodu ta’ erba’ snin, din id-demarkazzjoni tista’ titneħħa. F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, f’każ li l-Istat Membru kkonċernat ikun naqqas il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ għal mhux inqas minn 1 km, f’konformità mal-Artikolu 5(1), l-Istat Membru jista’ jneħħi ż-żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
b’riżultat tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5(1), jiġi konkluż b’livell għoli ta’ affidabbiltà li l-preżenza inizjali tal-pest speċifikat kienet każ iżolat u li ma seħħx tixrid ulterjuri fiż-żona demarkata rispettiva; |
|
(b) |
kemm jista’ jkun viċin tal-ħin tat-tneħħija, ikunu twettqu testijiet uffiċjali fi ħdan iż-żona demarkata, filwaqt li titqies il-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità dwar il-Xylella fastidiosa. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %. |
3. Meta titneħħa żona demarkata skont il-paragrafu 2, il-pjanti speċifikati li jkunu jinsabu fiż-żona demarkata stabbilita preċedentement għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ intensiv matul is-sentejn ta’ wara. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
4. Meta titneħħa ż-żona demarkata wara 12-il xahar mill-identifikazzjoni inizjali tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ġustifikazzjoni għal dik it-tneħħija.
KAPITOLU IV
MIŻURI TA’ QERDA
Artikolu 7
Tneħħija ta’ pjanti
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jneħħi minnufih miż-żona infettata:
|
(a) |
pjanti li jkun magħruf li jkunu infettati mill-pest speċifikat; |
|
(b) |
pjanti li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak il-pest jew li jkun suspettat li huma infettati minn dak il-pest; |
|
(c) |
pjanti li jappartjenu għall-istess speċi tal-pjanta infettata, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom; |
|
(d) |
pjanti ta’ speċijiet oħra għajr tal-pjanta infettata li jkunu nstabu infettati f’partijiet oħra taż-żona demarkata; |
|
(e) |
pjanti speċifikati, għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d), li ma jkunux ġew soġġetti minnufih għat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar molekulari u li ma jkunux instabu ħielsa mill-pest speċifikat. |
2. Meta jitneħħew il-pjanti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, u għandu jorganizza t-tneħħija abbażi tal-livell ta’ riskju ppreżentat minn dawk il-pjanti
3. B’deroga mill-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li pjanti speċifikati individwali uffiċjalment iddeżinjati bħala pjanti b’valur storiku ma jkollhomx għalfejn jitneħħew, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati kkonċernati jkunu soġġetti għall-ispezzjoni, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar annwali permezz ta’ wieħed mit-testijiet molekulari elenkati fl-Anness IV, u jiġi kkonfermat li dawn ma jkunux infettati bil-pest speċifikat; |
|
(b) |
il-pjanti speċifikati individwali jew iż-żona kkonċernata jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-popolazzjoni tal-vetturi tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali. |
Artikolu 8
Miżuri kontra l-vetturi tal-pest speċifikat
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa fiż-żona infettata fl-istadji, kontra l-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha. Huwa għandu japplika dawk it-trattamenti qabel u matul it-tneħħija tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 7(1). Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.
2. L-Istat Membru kkonċernat japplika prattiki agrikoli għall-kontroll tal-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha, fiż-żona infettata u fiż-żona ta’ lqugħ. Huwa għandu japplika dawk il-prattiki fl-aktar żmien xieraq matul is-sena, irrispettivament mit-tneħħija tal-pjanti kkonċernati. Dawk il-prattiki għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, kif xieraq, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.
Artikolu 9
Qerda ta’ pjanti
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jeqred il-pjanti u l-partijiet tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 7(1) b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jinxteridx, u dan għandu jsir jew in situ jew inkella f’xi post fil-qrib iddeżinjat għal dan il-għan fiż-żona infettata jew, dment li dawk il-pjanti jew partijiet tal-pjanti jkunu koperti bix-xibka kontra l-vetturi, fl-iqsar distanza minn dak il-post.
2. Abbażi tal-livell ta’ riskju, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jillimita l-qerda għall-fergħat u l-weraq biss, u jissuġġetta l-injam relatat għal trattament fitosanitarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1). Ix-xniexel ta’ dawk il-pjanti għandhom jew jitneħħew jew inkella titnaqqsilhom il-vitalità tagħhom permezz ta’ trattament fitosanitarju, sabiex jiġi evitat li jerġgħu jinbtu.
Artikolu 10
Sorveljanza annwali taż-żona demarkata
Fiż-żona demarkata kollha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja, fl-aktar żminijiet xierqa, il-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ stħarriġ annwali f’konformità mal-Artikolu 2(5) u (6), u dan b’kont meħud tal-informazzjoni msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tirrigwarda l-Xylella fastidiosa.
Fiż-żoni infettati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti, inklużi l-pjanti speċifikati li ma jkunux tneħħew skont l-Artikolu 7(1). Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 0,5 %.
Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti kif ukoll pjanti oħra li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli jew li jkun hemm suspett li jkunu infettati b’dak il-pest. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, filwaqt li jittieħed kont li l-ewwel 400 m madwar iż-żoni infettati għandhom riskju ogħla.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja wkoll il-preżenza tal-pest speċifikat fil-vetturi li jinsabu fiż-żona demarkata sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri ppreżentat mill-vetturi u biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll fitosanitarji applikati f’konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 11
Miżuri oħra rilevanti għall-qerda tal-pest speċifikat
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kwalunkwe miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-pest speċifikat f’konformità mal-Istandard Internazzjonali Nru 9 għal Miżuri Fitosanitarji (“ISPM”) (9), u jikkontribwixxi biex japplika approċċ integrat f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (10).
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri li jindirizzaw kwalunkwe partikolarità jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija b’mod raġonevoli li tipprevjeni, ixxekkel jew iddewwem il-qerda, b’mod partikolari dawk relatati mal-qerda adegwata tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li dwarhom ikun hemm suspett li jistgħu jkunu infettati, jew aċċessibbiltà għal fejn jinsabu, mas-sjieda pubblika jew privata tagħhom jew mal-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq investigazzjonijiet xierqa biex jidentifika l-oriġini tal-infezzjoni. Huwa għandu jintraċċa l-pjanti ospitanti assoċjati mal-każ ta’ infezzjoni kkonċernat, inkluż dawk li jkunu ġew imċaqilqa qabel l-istabbiliment ta’ żona demarkata. Ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li fihom joriġinaw dawk il-pjanti kkonċernati, lill-Istati Membri li jkunu għaddew minnhom dawk il-pjanti u lill-Istati Membri lejn fejn ikunu marru dawn il-pjanti.
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ TRAŻŻIN
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet ġenerali
F’żona infettata elenkata fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li tapplika l-miżuri ta’ trażżin stipulati fl-Artikoli 13 sa 17, minflok miżuri ta’ qerda.
Artikolu 13
Tneħħija ta’ pjanti f’żona infettata elenkata fl-Anness III
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jneħħi l-pjanti kollha li jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat abbażi tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 15(2).
Dik it-tneħħija għandha ssir immedjatament wara l-identifikazzjoni uffiċjali tal-preżenza tal-pest speċifikat jew, jekk il-pest speċifikat jinstab barra mill-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, dik it-tneħħija għandha ssir qabel l-istaġun ta’ migrazzjoni li jmiss tal-vettur. Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat u tal-vetturi tiegħu matul it-tneħħija u anke wara.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal finijiet xjentifiċi, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li ma jneħħix pjanti li jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat fis-siti ta’ pjanti b’valur kulturali u soċjali partikolari, imsemmija fl-Artikolu 15(2)(b).
Artikolu 14
Miżuri kontra l-vetturi tal-pest speċifikat fiż-żoni infettati elenkati fl-Anness III
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa tal-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha, fuq il-pjanti msemmija fl-Artikolu 13(1) qabel it-tneħħija tagħhom u madwar il-pjanti msemmija fl-Artikolu 13(2). Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.
2. Fiż-żoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika prattiki agrikoli għall-kontroll tal-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha, fl-aktar żmien xieraq ta’ kull sena. Dawk il-prattiki għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.
Artikolu 15
Sorveljanza annwali taż-żoni infettati elenkati fl-Anness III
1. L-Istat Membru kkonċernat, għall-inqas fil-partijiet taż-żona infettata msemmija fil-paragrafu 2 fi ħdan raġġ ta’ 50 m madwar il-pjanti li jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat, għandu jieħu kampjun u jittestja minnufih il-pjanti li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati kollha li jappartjenu għall-ispeċijiet tal-pjanti speċifikati li jkunu nstabu infettati fl-istess żona demarkata; u |
|
(b) |
l-pjanti l-oħra kollha li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak il-pest jew li jkun suspettat li huma infettati minn dak il-pest. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja l-preżenza tal-pest speċifikat, fl-iktar żminijiet xierqa, il-preżenza tal-pest speċifikat mill-istħarriġiet annwali, filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa. Dak il-monitoraġġ għandu jseħħ mill-inqas fil-partijiet li ġejjin taż-żona infettata elenkata fl-Anness III:
|
(a) |
f’żona li tkun mill-inqas 5 km ’il bogħod mill-fruntiera taż-żona infettata maż-żona ta’ lqugħ; |
|
(b) |
fil-prossimità tas-siti ta’ pjanti b’valur kulturali u soċjali partikolari li jinsabu barra ż-żona msemmija fil-punt (a) u ddeżinjati kif meħtieġ mill-Istat Membru. |
F’dawk il-partijiet taż-żona infettata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jwettaq ittestjar tal-ispeċijiet ta’ pjanti ospitanti li jkunu nstabu infettati fiż-żona demarkata, f’konformità mal-Artikolu 2(6). Għal dak il-għan, b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 0,7 %. Għandu wkoll jieħu kampjuni u jittestja l-popolazzjoni tal-vettur għall-preżenza tal-pest speċifikat.
3. Il-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandux japplika f’każ ta’ gżejjer li jkunu kompletament taħt miżuri ta’ trażżin u li jkunu jinsabu aktar minn 5 km bogħod mill-eqreb art fit-territorju tal-Unjoni.
4. Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti, kif ukoll pjanti oħra li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak il-pest jew li jkun suspettat li jkunu infettati minn dak il-pest. Għal dak il-għan, b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, filwaqt li jittieħed kont li l-ewwel 400 m li jmissu maż-żoni infettati huma ta’ riskju ogħla.
5. L-Istat Membru għandu jimmonitorja l-preżenza tal-pesti speċifikati f’vetturi fil-partijiet taż-żona infettata msemmija fil-paragrafu 2 u fiż-żona ta’ lqugħ sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri ppreżentat mill-vetturi u biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll fitosanitarji applikati f’konformità mal-Artikolu 14.
Artikolu 16
Qerda ta’ pjanti
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jeqred, in situ jew f’post fil-qrib iddeżinjat għal dan il-għan fi ħdan iż-żona infettata elenkata fl-Anness III, pjanti u partijiet minn pjanti li jkunu instabu infettati mill-pest speċifikat, u dan b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jinxteridx.
2. Fejn jikkonkludi li dawk il-pjanti ma jippreżentawx riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-pest speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jillimita l-qerda għall-fergħat u l-weraq biss, u jissuġġetta l-injam relatat għal trattamenti fitosanitarji xierqa f’konformità mal-Artikolu 14(1). Ix-xniexel ta’ dawk il-pjanti għandhom jew jitneħħew jew inkella titnaqqsilhom il-vitalità tagħhom permezz ta’ trattament fitosanitarju sabiex jiġi evitat li jerġgħu jinbtu.
Artikolu 17
Miżuri rilevanti oħra għat-trażżin tal-pest speċifikat
L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri li jindirizzaw kwalunkwe partikolarità jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija b’mod raġonevoli li tipprevjeni, ixxekkel jew iddewwem il-konteniment, b’mod partikolari dawk relatati mal-qerda adegwata tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li dwarhom ikun hemm suspett li jistgħu jkunu infettati, jew aċċessibbiltà għal fejn jinsabu, mas-sjieda pubblika jew privata tagħhom jew mal-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.
KAPITOLU VI
TĦAWWIL TA’ PJANTI SPEĊIFIKATI F’ŻONI INFETTATI
Artikolu 18
Awtorizzazzjoni li tikkonċerna t-tħawwil ta’ pjanti speċifikati f’żoni infettati
It-tħawwil ta’ pjanti speċifikati f’żoni infettati jista’ jiġi awtorizzat biss mill-Istat Membru kkonċernat f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
dawk il-pjanti speċifikati jitkabbru f’siti ta’ produzzjoni protetti mill-insetti u mill-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu; |
|
(b) |
dawk il-pjanti preferibbilment ikunu jappartjenu għal varjetajiet ivvalutati bħala reżistenti jew tolleranti għall-pest speċifikat u jitħawlu fiż-żoni infettati elenkati fl-Anness III, iżda barra miż-żona msemmija fl-Artikolu 15(2)(a); |
|
(c) |
dawk il-pjanti speċifikati jappartjenu għall-istess speċijiet ta’ pjanti li jkunu ġew ittestjati u li jkunu nstabu ħielsa mill-pest speċifikat abbażi tal-attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa għal mill-inqas is-sentejn l-aktar reċenti f’konformità mal-Artikolu 10, u jitħawlu fiż-żoni infettati stabbiliti għal finijiet ta’ qerda. |
KAPITOLU VII
MOVIMENT FL-UNJONI TAL-PJANTI SPEĊIFIKATI
Artikolu 19
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru f’siti ta’ produzzjoni awtorizzati li jinsabu f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru f’sit ta’ produzzjoni li jinsab f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
matul iċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ tagħhom, il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jkun ġie awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 24 jew ikunu ilhom preżenti f’tali sit għal mill-inqas it-tliet snin l-aktar reċenti; |
|
(b) |
matul iż-żmien tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, la l-preżenza tal-pest speċifikat u lanqas dik tal-vetturi tiegħu ma tkun instabet fis-sit; |
|
(c) |
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu, kif xieraq, metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali; |
|
(d) |
il-pjanti speċifikati jiġu ttrasportati fiż-żona demarkata f’kontenituri jew f’imballaġġ magħluqa, filwaqt li jiġi żgurat li ma tkunx tista’ sseħħ infezzjoni mill-pest speċifikat jew minn kwalunkwe wieħed mill-vetturi tiegħu; |
|
(e) |
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għall-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat abbażi ta’ test elenkat fl-Anness IV, u dan bl-użu ta’ skema tat-teħid ta’ kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %. |
Artikolu 20
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu nstabu infettati f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żona infettata rispettiva għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu nstabu infettati f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur professjonali rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(b) |
il-pjanti speċifikati jkunu jappartjenu għal speċijiet ta’ pjanti li għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata u li, matul tliet snin mill-istabbiliment taż-żona demarkata, ikunu ġew soġġetti għal attivitajiet ta’ stħarriġ kif imsemmi fl-Artikoli 10 u 15, u qatt ma jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat; |
|
(c) |
l-ispeċijiet tal-pjanti speċifikati msemmija fil-punt (b) jiġu ppubblikati fil-bażi ta’ data tal-Kummissjoni ta’ pjanti ospitanti li mhumiex magħrufa bħala infettati f’dik iż-żona demarkata speċifika; |
|
(d) |
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Kif xieraq, dawk it-trattamenti għandhom jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet lokali; |
|
(e) |
kemm jista’ jkun qrib il-ħin tal-moviment, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati kienu soġġetti għal spezzjoni u ttestjar molekolari mill-awtorità kompetenti, bl-użu ta’ skema tat-teħid tal-kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %; |
|
(f) |
kemm jista’ jkun qrib il-ħin tal-moviment, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-vetturi tal-pest speċifikat. |
Artikolu 21
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni kollu f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni in vitro sħiħ ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
għaċ-ċiklu kollu ta’ produzzjoni tagħhom, il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jkun ġie awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 24; |
|
(b) |
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’kontenitur trasparenti f’kundizzjonijiet sterili u jkunu jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
il-pjanti speċifikati jiġu ttrasportati minn ġo jew fi ħdan iż-żoni demarkati f’kontenitur f’kundizzjonijiet sterili, li jipprekludi l-possibbiltà ta’ infezzjoni mill-pest speċifikat permezz tal-vetturi tiegħu. |
Artikolu 22
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti inattivi tal- Vitis li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti inattivi tal-Vitis intenzjonati għat-tħawwil, għajr żrieragħ, u li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata u jkunu elenkati bħala pjanti speċifikati għal dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(b) |
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti jkunu ġew soġġetti għal trattament xieraq ta’ termoterapija f’faċilità tat-trattament awtorizzata u sorveljata mill-awtorità kompetenti għal dak il-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f’ilma msaħħan sa 50 °C. |
Artikolu 23
Moviment fiż-żoni infettati, fiż-żoni ta’ lqugħ, u miż-żoni ta’ lqugħ fiż-żoni infettati rispettivi tagħhom, ta’ pjanti speċifikati li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata
Il-moviment fiż-żoni infettati, fiż-żoni ta’ lqugħ, u miż-żoni ta’ lqugħ għaż-żoni infettati rispettivi tagħhom, ta’ pjanti speċifikati li, għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata, huwa permissibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(b) |
dak il-post ikun suġġett għall-kampjunar u l-ittestjar mill-awtorità kompetenti għall-preżenza tal-pest speċifikat filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-ispezzjoni annwali u tal-ittestjar ta’ kampjun rappreżentattiv jikkonfermaw in-nuqqas tal-pest speċifikat; |
|
(d) |
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu, kif xieraq, metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali; |
|
(e) |
l-operaturi professjonisti għandhom jitolbu lill-persuna li tirċievi dawk il-pjanti biex tiffirma dikjarazzjoni li dawk il-pjanti ma jkunux se jinħarġu minn dawk iż-żoni. |
Artikolu 24
Awtorizzazzjoni ta’ siti ta’ produzzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza sit ta’ produzzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 19 u 21 biss meta dan ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(b) |
ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti bħala sit protett fiżikament kontra l-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu; |
|
(c) |
ikun ġie suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet fis-sena mill-awtorità kompetenti, mwettqa fl-aktar żmien xieraq. |
2. Meta, matul l-ispezzjonijiet annwali, l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat, jew id-danni għall-protezzjoni fiżika msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, dawn għandhom jirrevokaw minnufih l-awtorizzazzjoni tas-sit u jissospendu temporanjament il-moviment tal-pjanti speċifikati ’l barra miż-żoni demarkati kkonċernati, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ.
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jaġġorna lista tas-siti kollha awtorizzati f’konformità mal-paragrafu 1.
Huwa għandu jittrażmetti l-lista lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara l-istabbiliment jew l-aġġornament ta’ dik il-lista.
Artikolu 25
Moviment fl-Unjoni ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu tkabbru f’żona demarkata
1. Pjanti speċifikati li qatt ma jkunu tkabbru f’żoni demarkati jistgħu jiġu mċaqilqa fl-Unjoni biss meta jkunu tkabbru f’sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun jappartjeni għal operatur professjonist irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u jkun suġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
ikun suġġett, skont il-livell tar-riskju, għat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ test elenkat fl-Anness IV, u filwaqt li titqies l-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta’ Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L. u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jistgħu jiġu mċaqilqa fl-Unjoni għall-ewwel darba meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu tkabbru f’sit li jkun suġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
dak is-sit ikun suġġett għat-teħid ta’ kampjuni għall-preżenza tal-pest speċifikat, filwaqt li titqies l-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa, kif ukoll permezz ta’ skema tal-ikkampjunar li tkun kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %. |
Artikolu 26
Moviment fl-Unjoni ta’ pjanti omm prebażiċi jew ta’ materjal prebażiku li jkunu tkabbru barra minn żona demarkata
Pjanti omm prebażiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE (11) jew materjal prebażiku kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (12) li jappartjenu għall-ispeċijiet Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus x P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica x P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley u li jkunu tkabbru barra miż-żona demarkata u jkunu qattgħu mill-inqas parti minn ħajjithom barra faċilitajiet protetti mill-insetti, jistgħu jiġu mċaqilqa biss fl-Unjoni meta jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġew iċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 (13); |
|
(b) |
kemm jista’ jkun qabel il-ħin tal-moviment tagħhom, ikunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżwali, teħid ta’ kampjuni u ttestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat, imwettqa f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji. |
Artikolu 27
Passaporti tal-pjanti
Il-pjanti msemmija fl-Artikoli 19 sa 26 għandhom jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 78 sa 95 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Fil-każ tal-pjanti speċifikati msemmija fl-Artikolu 23, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ fejn jiċċaqalqu fiż-żoni infettati biss, l-indikazzjoni “Żona Infettata — XYLEFA” għandha tiġi inkluża ħdejn il-kodiċi ta’ traċċabbiltà msemmi fil-paragrafu 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(b) |
fil-każ fejn jiċċaqalqu fiż-żona ta’ lqugħ, jew miż-żona ta’ lqugħ fiż-żona infettata, l-indikazzjoni “Żona ta’ Lqugħ u Żona Infettata — XYLEFA” għandha tiġi inkluża ħdejn il-kodiċi ta’ traċċabbiltà msemmija fil-paragrafu 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
KAPITOLU VIII
INTRODUZZJONI FL-UNJONI TA’ PJANTI OSPITANTI
Artikolu 28
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-pest speċifikat ma jeżistix
Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-pest speċifikat ma jeżistix jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni li huwa magħruf li l-pest speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż abbażi ta’ spezzjoni, ta’ kampjunar u ta’ ttestjar molekulari, permezz ta’ test elenkat fl-Anness IV u f’konformità mal-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji. B’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati fil-livell nazzjonali ta’ 1 %; |
|
(b) |
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, li l-pest speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż; |
|
(c) |
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit li jkun soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti u, kif xieraq għal-livell ta’ riskju, bil-kampjunar u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, imwettqa fi żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-pest speċifikat; |
|
(d) |
il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jkunu tkabbru f’sit li huwa soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti, bit-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta’ skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tidentifika b’affidabbiltà ta’ 80 %, il-livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %; |
|
(e) |
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti. |
Artikolu 29
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn żona ħielsa mill-pesti ta’ pajjiż infettat
Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li jeżisti l-pest speċifikat jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti ospitanti li joriġinaw minn żona li tkun ġiet iddikjarata ħielsa mill-pest speċifikat min-naħa tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernata f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif ukoll abbażi ta’ stħarriġ uffiċjali bbażat fuq it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar bl-użu ta’ test elenkat fl-Anness IV. Filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %; |
|
(b) |
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni isem dik iż-żona; |
|
(c) |
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara, taħt l-intestatura “post ta’ oriġini”, li l-pjanti ospitanti kkonċernati jkunu qattgħu ħajjithom kollha fiż-żona msemmija fil-punt (a), b’referenza speċifika għal isem dik iż-żona; |
|
(d) |
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit li jkun soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti u, kif xieraq għal-livell ta’ riskju, bikampjunar u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, imwettqa fi żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-pest speċifikat; |
|
(e) |
il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jkunu tkabbru f’sit li huwa soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti, bit-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta’ skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tidentifika b’affidabbiltà ta’ 80 %, il-livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %; |
|
(f) |
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti. |
Artikolu 30
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn sit ta’ produzzjoni ħieles mill-pesti ta’ pajjiż infettat
1. Pjanti ospitanti li joriginaw f’pajjiż terz fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti ospitanti joriginaw minn sit ta’ produzzjoni li jkun ġie awtorizzat bħala ħieles mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31; |
|
(b) |
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni l-lista ta’ siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż; |
|
(c) |
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara dan li ġej:
|
|
(d) |
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti. |
2. Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat u li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ tagħhom ikunu tkabbru in vitro jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti ospitanti jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit ta’ produzzjoni li jkun ġie awtorizzat bħala ħieles mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31; |
|
(c) |
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni l-lista ta’ siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż; |
|
(d) |
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara dan li ġej:
|
Artikolu 31
Awtorizzazzjoni ta’ siti ta’ produzzjoni bħala ħielsa mill-pesti
Sit ta’ produzzjoni jista’ jiġi awtorizzat biss bħala ħieles mill-pesti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
is-sit ta’ produzzjoni jkun ġie ddikjarat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala sit ħieles mill-insetti u mill-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu, f’konformità mal-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji; |
|
(b) |
fis-sit tal-produzzjoni jkunu twettqu trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet lokali; |
|
(c) |
is-sit ta’ produzzjoni jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet annwali mill-awtorità kompetenti, imwettqa fiż-żmien l-aktar xieraq; |
|
(d) |
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti ospitanti li joriġinaw mis-sit ta’ produzzjoni jkunu ġew soġġetti għall-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat bl-użu ta’ test elenkat fl-Anness IV, u permezz ta’ skema tat-teħid ta’ kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %. |
Jekk matul l-ispezzjonijiet annwali, l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat, jew id-danni li jikkompromettu l-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni kontra l-insetti tas-sit ta’ produzzjoni ħieles mill-pesti, dawn għandhom jirrevokaw minnufih l-awtorizzazzjoni tas-sit u jissospendu temporanjament il-moviment tal-pjanti ospitanti. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
KAPITOLU IX
KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-MOVIMENT TA’ PJANTI SPEĊIFIKATI FL-UNJONI U TA’ PJANTI OSPITANTI LEJN L-UNJONI
Artikolu 32
Kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti ta’ pjanti speċifikati fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sistematiċi fuq pjanti speċifikati li jkunu qed jiġu mċaqilqa ’l barra minn żona demarkata jew inkella minn żona infettata lejn żona ta’ lqugħ.
2. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-inqas fil-postijiet, inklużi t-toroq, l-ajruporti u l-portijiet, fejn il-pjanti ospitanti jiġu mċaqilqa minn żoni infettati lejn żoni ta’ lqugħ jew lejn partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni.
3. Dawk il-kontrolli għandhom jinkludu kontroll dokumentarju u kontroll tal-identità tal-pjanti ospitanti.
4. Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu irrispettivament mill-oriġini ddikjarata tal-pjanti speċifikati, mis-sjieda jew mill-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.
5. Meta l-kontrolli juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 23 ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun wettaqhom għandu jeqred minnufih il-pjanta mhux konformi in situ jew f’post fil-qrib. Dik l-azzjoni għandha titwettaq bit-teħid tal-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat, u ta’ kwalunkwe vettur li ġġorr dik il-pjanta, kemm matul kif ukoll wara t-tneħħija.
Artikolu 33
Kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni
1. Kull konsenja ta’ pjanti ospitanti introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz għandha tiġi kkontrollata uffiċjalment fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit f’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (14).
2. F’każ ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn żoni fejn ikun magħruf li jeżisti l-pest speċifikat, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni li tikkonsisti mill-ikkampjunar u l-ittestjar tal-lott tal-pjanti speċifikati sabiex tikkonferma li ma jkunx hemm il-pest speċifikat, u dan permezz ta’ skema tat-teħid ta’ kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, b’kont meħud tal-ISPM Nru 31.
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal pjanti ospitanti li, għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ, ikunu tkabbru in vitro u li jiġu ttrasportati f’kontenituri trasparenti f’kundizzjonijiet sterili.
KAPITOLU X
ATTIVITAJIET TA’ KOMUNIKAZZJONI
Artikolu 34
Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-pest speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, ta’ vjaġġaturi, u ta’ operaturi tat-trasport professjonali u internazzjonali. Dawn għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fl-għamla ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati fuq is-siti web rispettivi tal-awtorità kompetenti jew fuq siti web oħra ddeżinjati minnhom.
2. Fiż-żoni demarkati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddid tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati biex jipprevienu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni. Huwa għandu jiżgura li l-pubbliku ġenerali, vjaġġaturi u l-operaturi rilevanti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żona demarkata, taż-żona infettata u taż-żona ta’ lqugħ. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma wkoll lill-operaturi rilevanti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-vettur kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 14.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 35
Rappurtar dwar il-miżuri mill-Istati Membri
1. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport dwar il-miżuri meħuda matul is-sena preċedenti, skont l-Artikoli 2, 4, 5, 7 sa 18 u 32, kif applikabbli, u dwar ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri.
Ir-riżultati tal-istħarriġiet li twettqu skont l-Artikoli 10 u 15 fiż-żoni demarkati għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni bl-użu tal-mudelli msemmija fl-Anness V.
2. Sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra pjan li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 2, 4, 5, 7 sa 18 u 32, kif applikabbli, fis-sena ta’ wara. Dak il-pjan għandu jistipula l-perjodu ta’ żmien skedat ta’ kull miżura, l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-baġit allokat għall-miżuri kollha.
3. Meta jkun iġġustifikat mill-iżvilupp tar-riskju fitosanitarju rispettiv, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-miżuri rispettivi u jaġġornaw il-pjan imsemmi fil-paragrafu 2 kif meħtieġ. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih dak l-aġġornament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe identifikazzjoni tal-preżenza tal-pest speċifikat fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2)(a).
Artikolu 36
Konformità
Fejn ikun meħtieġ, u sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iħassru jew jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-pest speċifikat. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar it-tħassir jew l-emendar ta’ dawn il-miżuri.
Artikolu 37
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija mħassra.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(4), it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1)(c), it-tieni sentenza tal-Artikolu 28(a) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 29(a) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta’ Mejju 2015 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al), ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36.
(3) EFSA Journal 2019;17(5):5665, 200 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5665
(4) EFSA Journal 2019;17(5):5666, 17 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5666
(5) Il-pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2019:EN-1667. 53 pp. https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1667
(6) EFSA Journal 2020;18(4):6114. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6114
(7) Il-pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1873. 76 pp. https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2020.EN-1873
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali), ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.
(9) Linji gwida għal programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikati fil-15 ta’ Diċembru 2011.
(10) L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikat fit-8 ta’ Jannar 2014.
(11) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali, ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22.
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.
(13) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167, ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7.
(14) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli, ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal subspeċi wieħed jew aktar tal-pest speċifikat (“pjanti ospitanti”)
Acacia
Acer
Albizia julibrissin Durazz.
Alnus rhombifolia Nutt.
Amaranthus retroflexus L.
Ambrosia
Ampelopsis arborea (L.) Koehne
Ampelopsis brevipedunculata (Maxim.) Trautv.
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Asparagus acutifolius L.
Baccharis
Brassica
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poiret) Link
Callicarpa americana L.
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Catharanthus
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene
Chamaesyce canescens (L.) Prokh.
Chenopodium album L.
Chionanthus
Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura
Cistus
Citrus
Clematis cirrhosa L.
Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash Coffea
Conium maculatum L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A.Rich.
Coronilla glauca (L.) Batt.
Coronilla valentina L.
Cyperus eragrostis Lam.
Cytisus
Digitaria
Dimorphoteca
Diospyros kaki L.f.
Diplocyclos palmatus (L.) C.Jeffrey
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa A. Gray ex Torr.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Erodium moschatum (L.) L’Hérit.
Erysimum
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fagus crenata Blume
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Fatsia japonica (Thunb.) Decne. & Planch.
Ficus carica L.
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Heliotropium europaeum L.
Hemerocallis
Hevea brasiliensis (Willd. ex A.Juss.) Müll.Arg.
Hibiscus
Humulus scandens (Lour.) Merr.
Ilex aquifolium L.
Ilex vomitoria Sol. ex Aiton
Iva annua L.
Jacaranda mimosifolia D. Don
Juglans
Juniperus ashei J. Buchholz
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Ligustrum lucidum L.
Liquidambar styraciflua L.
Lonicera japonica Thunb.
Lupinus
Magnolia grandiflora L.
Mallotus paniculatus (Lam.) Müll.Arg.
Malva parviflora L.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Mimosa
Modiola caroliniana (L.) G. Don
Morus
Myoporum insulare R. Br.
Myrtus communis L.
Nandina domestica Murray
Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.
Nerium oleander L.
Olea
Osteospermum ecklonis DC.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.
Paspalum dilatatum Poir.
Pelargonium
Persea americana Mill.
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phillyrea latifolia L.
Phlomis fruticosa L.
Phoenix reclinata Jacq.
Phoenix roebelenii O’ Brien
Pinus taeda L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala myrtifolia L.
Polygala x grandiflora Nana
Prunus
Pterospartum tridentatum (L.) Willk.
Pyrus
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus alaternus L.
Rhus
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rosmarinus officinalis L.
Rubus
Salvia mellifera Greene
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Sapindus saponaria L.
Sassafras
Setaria magna Griseb.
Solidago fistulosa Mill.
Solidago virgaurea L.
Sorghum halepense (L.) Pers.
Spartium
Stewartia pseudocamellia
Strelitzia reginae Aiton
Streptocarpus
Symphyotrichum divaricatum (Nutt.) G.L.Nesom
Teucrium capitatum L.
Trifolium repens L.
UlexUlmus
Vaccinium
Vinca
Vitis
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra R.Br.
Xanthium strumarium L.
ANNESS II
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal subspeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat (“pjanti speċifikati”)
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-subspeċifastidiosa
Acer
Ambrosia artemisiifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Cercis occidentalis Torr.
Cistus monspeliensis L.
Citrus sinensis (L.) Osbeck
Coffea arabica L.
Erysimum
Genista lucida L.
Juglans regia L.
Lupinus
Magnolia grandiflora L.
Malva parviflora L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Morus
Nerium oleander L.
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Rhamnus alaternus L.
Rosmarinus officinalis L.
Rubus rigidus Sm.
Rubus ursinus Cham. & Schldl.
Sambucus
Spartium junceum L.
Streptocarpus
Teucrium capitatum L.
Ulmus americana L.
Vinca major L.
Vitis
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-subspeċi multiplex
Acacia
Acer griseum (Franch.) Pax
Acer pseudoplatanus L.
Acer rubrum L.
Alnus rhombifolia Nutt.
Ambrosia psilostachya DC.
Ambrosia trifida L.
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Asparagus acutifolius L.
Baccharis halimifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poir.) Link
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chionanthus
Cistus
Clematis cirrhosa L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A. Rich.
Coronilla glauca (L.) Batt.
Coronilla valentina L.
Cytisus
Dimorphoteca
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa Gray ex Torr.
Erigeron karvinskianus DC.
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord.
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Ficus carica L.
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Ilex aquifolium L.
Iva annua L.
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Liquidambar styraciflua L.
Lupinus villosus Willd.
Magnolia grandiflora L.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros excelsa Rich.
Morus
Myrtus communis L.
Olea
Osteospermum ecklonis (DC.) Norl.
Pelargonium
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phlomis fruticosa L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Polygala myrtifolia L.
Polygala x grandiflora Nana
Prunus
Pterospartum tridentatum (L.) Willk.
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus alaternus L.
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rosmarinus officinalis L.
Rubus
Salvia mellifera Greene
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Sapindus saponaria L.
Solidago virgaurea L.
Spartium
Strelitzia reginae Aiton
Ulex
Ulmus americana L.
Ulmus crassifolia Nutt.
Vaccinium
Vinca
Westringia fruticosa Guerin.
Xanthium strumarium L.
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-subspeċi pauca
Acacia
Amaranthus retroflexus L.
Asparagus acutifolius L.
Catharanthus roseus (L.) G. Don
Chamaesyce canescens (L.) Prokh.
Chenopodium album L.
Cistus albidus L.
Cistus creticus L.
Citrus
Coffea
Dimorphoteca fruticosa (L.) DC.
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Heliotropium europaeum L.
Hibiscus
Laurus nobilis L.
Lavandula angustifolia Mill.
Lavandula dentata L.
Lavandula stoechas L.
Myoporum insulare Br.
Myrtus communis L.
Nerium oleander L.
Olea europaea L.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Pelargonium x fragrans Willd. (syn. Pelargonium fragrans E. Mey.)
Phillyrea latifolia L.
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Rhamnus alaternus L.
Rosmarinus officinalis L.
Spartium junceum L.
Vinca minor L.
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra Br.
ANNESS III
Żoni infettati msemmija fl-Artikolu 4(2) fejn jiġu applikati miżuri ta’ trażżin stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 17
PARTI A
Iż-żona infettata fl-Italja
Iż-żona infettata tal-Italja tinkludi ż-żoni li ġejjin:
|
1. |
Il-provinċja ta’ Lecce |
|
2. |
Il-provinċja ta’ Brindisi |
|
3. |
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Taranto:
|
|
4. |
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Bari:
|
PARTI B
Iż-żona infettata fi Franza
Iż-żona infettata fi Franza tinkludi ż-żona li ġejja:
Ir-reġjun ta’ Korsika
PARTI C
Iż-żona infettata fi Spanja
Iż-żona infettata fi Spanja tinkludi ż-żona li ġejja:
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi
ANNESS IV
Testjiet għall-identifikazzjoni tal-Xylella fastidiosau s-subspeċijiet tagħha
A. Testijiet għall-iskrinjar u l-identifikazzjoni tal-presenza tal-Xylella fastidiosa
|
1. |
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Harper et al., 2010 (u erratum 2013); |
|
2. |
Loop-mediated isothermal amplification (LAMP) abbażi ta’ primers żviluppati minn Harper et al. 2010 (u erratum 2013); |
|
3. |
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Ouyang et al., 2013 |
|
4. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Minsavage et al. 1994 |
B. Testijiet molekulari għall-identifikazzjoni tas-subspeċijiet tal-Xylella fastidiosa
|
1. |
Tipizzazzjoni sekwenzjali multilokus (MLST) abbażi ta’ Yuan et al., 2010 li jiddetermina s-subspeċijiet kollha; |
|
2. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Hernandez-Martinez et al., 2006 li jiddetermina s-subspeċijiet fastidiosa, multiplex u sandyi; |
|
3. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Pooler & Hartung 1995 li jiddetermina s-subspeċi pauca. |
ANNESS V
Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġ imwettaq skont l-Artikoli 10 u 15 f’żoni demarkati
PARTI A
Mudell għar-rapport tar-riżultati ta’ stħarriġ annwali bbażat fuq l-istatistika
|
1. Post ġeografiku taż-ŻD |
2. Id-daqs inizjali taż-ŻD (ettari) |
3. Id-daqs aġġornat taż-ŻD (ettari) |
4 .Approċċ (E/C) |
5. Żona (eż. BZ/IZ) |
6 .Siti ta’ stħarriġ |
7. Skeda |
A. Definizzjoni tal-istħarriġ (parametri tal-input għal RiBESS +) |
B. L-isforz għat-teħid tal-kampjuni |
C. Riżultati tal-istħarriġ |
23. Kummenti |
||||||||||||||||||||||||
|
8. Popolazzjoni fil-mira |
9. Unitajiet epidemjoloġiċi |
10. Metodu tal-individwazzjoni |
11. Effettività tat-teħid ta’ kampjuni |
12. Sensittività tal-metodu |
13. Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni) |
14. Numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li ġew spezzjonati |
15. Numru ta’ eżamijiet |
16. Numru ta’ kampjuni |
17. Numru ta’ testijiet |
18. Numru ta’ miżuri oħrajn |
19. Riżultati |
20. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 |
21. Livell miksub ta’ fiduċja |
22. Prevalenza prevista |
||||||||||||||||||||
|
Speċijiet ospitanti |
Żona (ettari jew unità oħra aktar rilevanti)) |
Unitajiet ta’ spezzjoni |
Deskrizzjoni |
Unitajiet |
Eżamijiet viżwali |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Numru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
|
|
Pożittiv |
Negattiv |
Mhux determinat |
Numru |
Data |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
Spjega s-suppożizzjonijiet għat-tfassil tal-istħarriġ. Iġbor fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
Il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni: |
|
— |
Il-metodu ta’ detezzjoni u s-sensittività tal-metodu: |
|
— |
Il-fattur(i) ta’ riskju, li jindika(w) il-livelli ta’ riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti: |
|
Fil-kolonna 1: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-Żona Ddemarkata (ŻD) ikkonċernata u d-data meta ġiet stabbilita. |
|
Fil-kolonni 2 u 3: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ u kwalunkwe aġġornament rilevanti. |
|
Fil-kolonna 4: |
Indika l-approċċ: Qerda (E), Trażżin (C). Jekk jogħġbok, inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
|
Fil-kolonna 5: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: [żona infettata/infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL)] billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 5 km ħdejn il-ŻI, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti. |
|
Fil-kolonna 6: |
Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda jekk ikun hemm bżonn. Jekk jogħġbok, dejjem irrapporta l-istħarriġ li jkun sar fl-imxietel f’ringiela differenti. Meta tuża l-għażla “oħrajn”, jekk jogħġbok speċifika x’inhuma:
|
|
Fil-kolonna 7: |
Indika x-xhur tas-sena li fihom sar l-istħarriġ. |
|
Fil-kolonna 8: |
Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula u pprovdi l-lista korrispondenti tal-ispeċijiet ospitanti u taż-żoni koperti. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala ġabra ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Fiż-żoni agrikoli, id-daqs tagħha normalment jiġi espress f’ettari, iżda jista’ jkun jikkonsisti minn lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li tkun saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti fil-kolonna 23 (“Kummenti”). Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni li ġew mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, jew vetturi ta’ pesti li jkunu ġew skrutinizzati għall-identifikazzjoni u d-detezzjoni tal-pesti. |
|
Fil-kolonna 9: |
Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, li jindikaw id-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġena fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, f’każ li l-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma subdiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini ta’ epidemjoloġija u li jinkludu mill-inqas pjanta waħda ospitanti. F’xi każijiet il-popolazzjoni ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Jistgħu jkunu reġjuni NUTS, żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward, irziezet, jew ċertu numru ta’ ettari. L-għażla għandha tkun ġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
Fil-kolonna 10: |
Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ. Indika “N/A” meta l-informazzjoni għal ċerta kolonna ma tkunx disponibbli. |
|
Fil-kolonna 11: |
Indika stima tal-effettività tat-teħid tal-kampjuni. L-effettività tat-teħid ta’ kampjuni tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Fil-każ tal-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jinqabad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Fil-każ tal-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. |
|
Fil-kolonna 12: |
“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jidentifika b’mod korrett il-preżenza tal-pesti. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li pjanti ospitanti tassew pożittivi jirriżultaw pożittivi meta jiġu ttestjati. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet tal-pjanti infettati minn pjanta infettata) mis-sensittività dijanjostika (ikkaratterizzata mill-ispezzjoni viżwali u/jew it-test tal-laboratorju li jintuża fil-proċess tal-identifikazzjoni). |
|
Fil-kolonna 13: |
Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’ringieli differenti, billi tuża r-ringieli kollha li għandek bżonn. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti. |
|
Fil-kolonna B: |
Agħti d-dettalji tal-istħarriġ. Indika “N/A” meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ individwazzjoni”. |
|
Fil-kolonna 19: |
Indika l-għadd ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. livell taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjuni mhux trattati minħabba li ma jkunux identifikati, kampjuni qodma, eċċ.). |
|
Fil-kolonna 20: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika ta’ tifqigħa ma għandux għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14(2), 15(2) jew 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 21 (“Kummenti”). |
|
Fil-kolonna 21: |
Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-ISPM 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub dwar il-livell tal-assenza tal-pesti jiġi kkalkulat abbażi tal-ispezzjonijiet (u/jew ta’ kampjuni) li jitwettqu minħabba s-sensittività tal-metodu u l-prevalenza prevista. |
|
Fil-kolonna 22: |
Indika l-prevalenza prevista abbażi ta’ stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-prevalenza reali probabbli tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza prevista hija stabbilita bħala l-għan tal-istħarriġ u tikkorrispondi għall-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkun hemm il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. |
PARTI B
Mudell għar-rapport tar-riżultati ta’ stħarriġ imwettaq għall-vetturi tal-insetti tal-Xylella fastidiosa
|
1. Deskrizzjoni taż-ŻD |
2.Avviċinament |
3.Żona |
4.Speċijiet Vetturi |
5.Testijiet Viżwali |
6.Tip ta’ nases (jew metodu ieħor ta’ qbid tal-vettur (eż. sweep net, eċċ.) |
7.Numru ta’ nases (jew metodi ta’ qbid oħra) |
8.Frekwenza tal-verifika tan-nases (jew metodu ieħor, jekk applikabbli) |
9.Il-ħin tal-verifika tan-nases (jew metodu ieħor, jekk applikabbli) |
10.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi miġbura |
11.Numru ta’ vetturi maqbuda |
12.Numru ta’ vetturi analizzati |
13.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi analizzati |
14.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi pożittivi |
15.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi negattivi |
16.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi mhux determinati |
17.Kummenti |
||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Skeda taż-żmien |
Numru |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
|
Fil-kolonna 1: |
Indika l-isem taż-żona, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-Żona Ddemarkata (ŻD) u d-data li fiha ġiet stabbilita. |
|
Fil-kolonna 2: |
Indika: Qerda (E), Trażżin (C). Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
|
Fil-kolonna 3: |
Indika ż-żona taż-ŻD li fiha jkun sar l-istħarriġ: [żona infettata/infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL)] billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn ikun sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 5 km, madwar mixtliet, eċċ.). |
|
Fil-kolonna 4: |
Indika l-lista ta’ speċijiet vetturi tal-pest indikat fl-ewwel kolonna, billi tuża ringieli differenti għal kull vettur. |
|
Fil-kolonna 5: |
Indika biss jekk applikabbli. |
|
Fil-kolonna 6: |
Indika t-tip ta’ metodu ta’ qbid tal-vettur. Meta jintuża aktar minn metodu wieħed għall-istess vettur, ipprovdi d-data f’ringieli separati. |
|
Fil-kolonna 7: |
Indika n-numru ta’ nases jew ta’ metodi ta’ qbid ieħor, billi tuża ringiela separata għal kull metodu. |
|
Fil-kolonna 8: |
Indika meta ġew iċċekkjati n-nases jew il-metodu ta’ qbid (eż. darba fil-ġimgħa, darba fix-xahar, erba’ darbiet fis-sena, eċċ.). |
|
Fil-kolonna 9: |
Indika x-xhur tas-sena meta n-nases tkun saritilhom verifika. |
|
Fil-kolonna 10: |
Indika n-numru ta’ kampjuni miġbura (kampjun jista’ jkun fih diversi vetturi). |
|
Fil-kolonna 11: |
Indika n-numru totali ta’ vetturi maqbuda. Jekk jogħġbok inkludi biss in-numru tal-vettur ta’ interess, u tinkludi l-ebda qabda inċidentali. |
|
Fil-kolonna 13: |
Indika n-numru ta’ kampjuni ta’ vetturi analizzati għall-pest, applikabbli meta kampjun ikun magħmul minn aktar minn vettur wieħed. |
|
Fil-kolonna 16: |
In-numru ta’ kampjuni b’riżultat mhux determinat, jiġifieri l-kampjuni analizzati iżda li għalihom, minħabba fatturi differenti, ma nkiseb l-ebda riżultat (eż. livell taħt il-livell ta’ detezzjoni, eċċ.). |