Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1093

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1093 tal-24 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4947

    ĠU L 241, 27.7.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1093/oj

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 241/13


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1093

    tal-24 ta’ Lulju 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid. Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028 għadha ma ġietx allokata lil Stat Membru relatur jew lil Stat Membru korelatur, jixraq li din l-allokazzjoni ssir.

    (2)

    Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni ssir b’tali mod li jinkiseb bilanċ fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012, li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat kif ġej:

    Tiżied il-Parti D li ġejja:

    “Parti D

    L-allokazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028

    Sustanza attiva

    Stat Membru Relatur

    Stat Membru Korelatur

    Alfa-ċipermetrin

    FR

    AT

    Ir-razza D747 tal-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum

    NL

    SK

    Ir-razza MBI 600 tal-Bacillus amyloliquefaciens

    NL

    SK

    Ir-razza NPP111B005 tal-Beauveria bassiana

    BE

    RO

    Ir-razza 147 tal-Beauveria bassiana

    BE

    RO

    Bentażon

    PL

    EL

    Taħlita Bordeaux

    IT

    PL

    Kromafenożid

    CZ

    MT

    Idrossidu tar-ram

    IT

    PL

    Ossidu tar-ram

    IT

    PL

    Ossiklorur tar-ram

    IT

    PL

    Ċjantraniliprol

    ES

    FI

    Fenpikossammid

    SE

    BG

    Flupiradifuron

    EL

    PL

    Gamma-ċjalotrina

    DE

    ES

    Ħalauksifen-metil

    HU

    SE

    Isofetammid

    PT

    IE

    Mandestrobin

    SE

    NO

    Meptildinokap

    HR

    DE

    Metossifenożid

    FR

    HU

    Ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola

    NL

    HR

    Oksatijapiprolin

    NO

    CZ

    Pinoksaden

    FI

    BE

    Propiżammid

    DK

    DE

    Reskalur

    IE

    PT

    Sulfoksaflor

    AT

    ES

    Taħlita ta’ terpenojdi QRD 460

    FR

    DK

    Sulfat tar-ram tribażiku

    IT

    PL”


    Top