This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1064
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1064 of 13 July 2020 conferring protection under Article 99 of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council on the name ‘delle Venezie’/‘Beneških okolišev’ (PDO)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1064 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1064 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP)
C/2020/4928
ĠU L 232, 20.7.2020, p. 41–41
(CS, DA, DE, EN, FR, SV)
ĠU L 232, 20.7.2020, p. 42–42
(HU, SK)
ĠU L 232, 20.7.2020, p. 45–45
(BG, ES, ET, EL, HR, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SL, FI)
In force
20.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/45 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1064
tat-13 ta’ Lulju 2020
li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” jenħtieġ li jkun protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP) b’dan huwa protett.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni