This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1055
Regulation (EU) 2020/1055 of the European Parliament and of the Council of 15 July 2020 amending Regulations (EC) No 1071/2009, (EC) No 1072/2009 and (EU) No 1024/2012 with a view to adapting them to developments in the road transport sector
Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq
Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq
PE/26/2020/INIT
ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/17 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1055 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 (4) u (KE) Nru 1072/2009 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill uriet li r-regoli f’dawk ir-regolamenti joffru lok għal titjib f’għadd ta’ punti. |
(2) |
Sa issa, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq bl-użu biss ta’ vetturi bil-mutur b’massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li ma jaqbżux dan il-limitu. L-għadd ta’ tali impriżi li huma attivi f’operazzjonijiet tat-trasport kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali qed jiżdied. B’riżultat ta’ dan, diversi Stati Membri ddeċidew li japplikaw ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq, previsti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għal dawk l-impriżi. Sabiex jiġu evitati lakuni possibbli u biex jiġi żgurat livell minimu ta’ professjonalizzazzjoni tas-settur bl-użu ta’ vetturi bil-mutur maħsuba esklużivament għat-trasport tal-merkanzija u b’massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati permezz ta’ regoli komuni, u biex b’hekk titwettaq l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi emendat. Ir-rekwiżiti għall-aċċess għall-professjoni jenħtieġ li jsiru obbligatorji għal operaturi li jużaw vetturi bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi maħsuba esklużivament għat-trasport tal-merkanzija u b’massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali. |
(3) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 ċerti attivitajiet internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija huma eżentati mill-ħtieġa ta’ liċenzja Komunitarja sabiex jidħlu fis-suq Ewropew tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Fil-qafas tal-organizzazzjoni ta’ dak is-suq, l-impriżi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jġorru merkanzija b’vetturi bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi li jkollhom massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati jenħtieġ li jkunu eżentati mill-ħtieġa ta’ liċenzja Komunitarja jew awtorizzazzjoni ta’ trasport oħra. |
(4) |
Għalkemm il-vetturi li jkollhom massa mgħobbija permissibbli taħt ċertu limitu huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, dak ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li japplikaw parzjalment jew totalment id-dispożizzjonijiet tiegħu għal tali vetturi. |
(5) |
Bħalissa, l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu l-aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq suġġett għal rekwiżiti li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Din il-possibbiltà ma ntweriex li hija meħtieġa sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet imperattivi u wasslet għal diverġenzi fir-rigward ta’ tali aċċess. Għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħa. |
(6) |
Sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-hekk imsejħa “kumpaniji fantażma” u biex tkun garantita kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f’dak l-Istat Membru u li jmexxu n-negozju ta’ trasport tagħhom minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ stabbiliment effettiv u stabbli filwaqt li tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż amministrattiv sproporzjonat. |
(7) |
Il-preżenza reali u kontinwa fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għandha b’mod partikolari teħtieġ li l-impriża twettaq operazzjonijiet tat-trasport bit-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f’dak l-Istat Membru. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jirrikjedi li l-impriżi jwettqu b’mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tagħhom bit-tagħmir u l-faċilitajiet tekniċi xierqa f’ċentru operattiv li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, u jippermetti li jkun hemm rekwiżiti addizzjonali fil-livell nazzjonali, bl-aktar komuni jkun rekwiżit li jkollhom spazji ta’ parkeġġ disponibbli fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti applikati b’mod mhux uniformi, ma kinux biżżejjed biex jiżguraw rabta ġenwina ma’ dak l-Istat Membru sabiex jiġu miġġielda b’mod effiċjenti l-kumpaniji fantażma u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kabotaġġ sistematiku u xufiera nomadiċi organizzati minn impriża li lejha l-vetturi ma jirritornawx. Meta jitqies li, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-qasam tat-trasport, jista’ jkun hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-forniment ta’ servizzi, huwa xieraq li jiġu armonizzati aktar ir-rekwiżiti ta’ stabbiliment u li jissaħħu r-rekwiżiti marbuta mal-preżenza tal-vetturi użati mill-operatur tat-trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Id-definizzjoni ta’ intervall minimu ċar li matulu l-vettura trid tirritorna tikkontribwixxi wkoll biex jiġi żgurat li dawk il-vetturi tkun tista’ ssirilhom manutenzjoni b’mod korrett bit-tagħmir tekniku li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u tiffaċilita l-kontrolli. Iċ-ċiklu għal dawn ir-ritorni jenħtieġ li jiġi sinkronizzat mal-obbligu fuq l-impriża tat-trasport fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li torganizza l-operazzjonijiet tagħha b’mod li jippermetti lix-xufier jirritorna d-dar mill-inqas kull erba’ ġimgħat, sabiex iż-żewġ obbligi jkunu jistgħu jiġu ssodisfati permezz tar-ritorn tax-xufier flimkien mal-vettura mill-inqas ma’ kull tieni ċiklu ta’ erba’ ġimgħat. Din is-sinkronizzazzjoni ssaħħaħ id-dritt tax-xufier li jirritorna u tnaqqas ir-riskju li l-vettura jkollha tirritorna biss biex tissodisfa dan ir-rekwiżit ġdid dwar l-istabbiliment. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ ritorn lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment jenħtieġ li ma jirrikjedix li jitwettqu għadd speċifiku ta’ operazzjonijiet fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jew li b’xi mod ieħor jillimita l-possibbiltà tal-operaturi li jipprovdu servizzi fis-suq intern kollu. |
(9) |
Sa fejn l-aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq jiddependi fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża kkonċernata, huma meħtieġa kjarifiki rigward il-persuni li l-aġir tagħhom irid jiġi kkunsidrat, il-proċeduri amministrattivi li jridu jiġu segwiti u l-perijodi ta’ stennija fir-rigward tar-riabilitazzjoni ladarba maniġer tat-trasport jitlef ir-reputazzjoni tajba. |
(10) |
Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b’mod konsiderevoli l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport bit-triq, jenħtieġ li l-każijiet ta’ ksur serju tar-regoli tat-taxxa nazzjonali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba. |
(11) |
Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b’mod konsiderevoli s-suq tat-trasport bit-triq u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fit-trasport tat-triq, il-kabotaġġ u l-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba. |
(12) |
Minħabba l-importanza ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq intern, il-ksur tar-regoli tal-Unjoni li huwa rilevanti għal din il-kwistjoni, inkluż ir-regoli dwar l-aċċess għas-suq bħar-regoli dwar il-kabotaġġ, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport u tal-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li t-termini tal-għoti tas-setgħa li permezz tagħha l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-grad ta’ serjetà tal-każijiet ta’ ksur rilevanti jiġi ċċarat skont il-każ. |
(13) |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabu diffikultajiet biex jidentifikaw id-dokumenti li l-impriżi jistgħu jippreżentaw bħala prova tal-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ kontijiet annwali ċċertifikati. Jenħtieġ li r-regoli dwar l-evidenza meħtieġa bħala prova tal-pożizzjoni finanzjarja jiġu ċċarati. |
(14) |
Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta’ vetturi bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi maħsuba esklużivament għat-trasport tal-merkanzija, involuti fit-trasport internazzjonali u li jkollhom massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jkollhom kapaċità finanzjarja minima biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu l-operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul. Madankollu, peress li l-operazzjonijiet imwettqa b’dawn il-vetturi huma ġeneralment ta’ daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti għall-kapaċità finanzjarja jkunu inqas stretti minn dawk li japplikaw għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi li jaqbżu dak il-limitu. Jenħtieġ li l-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jiġu kkunsidrati meta wieħed ikun qed jiddetermina l-kapaċità finanzjarja meħtieġa. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tapplika l-livell ta’ rekwiżit finanzjarju ogħla jekk il-massa mgħobbija permissibbli tal-kombinazzjoni ta’ vetturi taqbeż it-3,5 tunnellati. |
(15) |
Sabiex iżommu u joħolqu standards għoljin għall-impriżi mingħajr ma joħolqu impatti negattivi fuq is-suq intern tat-trasport bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw ir-rekwiżiti finanzjarji li jirreferu għall-użu ta’ vetturi tqal anki għall-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom fir-rigward ta’ vetturi li jkollhom massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. |
(16) |
Sabiex jiġi żgurat settur affidabbli tat-trasport bit-triq u biex jitjieb il-ġbir tad-djun dovut lill-korpi irregolati mid-dritt pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirrikjedu konformità mal-obbligi tal-ħlas lejn entitajiet pubbliċi, bħad-djun tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u li jirrikjedu li l-impriżi ma jkunux suġġetti għal proċedimenti li jkunu ġew introdotti biex jipproteġu l-assi tagħhom. |
(17) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kemm jista’ jkun kompluta u aġġornata sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista’ jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B’mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi u l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-operaturi għandhom jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 u (KE) Nru 1072/2009 fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell transfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan. |
(18) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta fost l-oħrajn il-proċeduri tekniċi għall-konsultazzjoni elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra. Dan jista’ jinvolvi proċeduri meħtieġa biex jiġi żgurat li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għall-klassifikazzjoni tar-riskju armonizzata ta’ impriża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(19) |
Id-definizzjoni tal-aktar ksur serju b’rabta mal-qbiż tal-ħin tas-sewqan ta’ kuljum, kif previst fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, ma taqbilx mad-dispożizzjoni rilevanti eżistenti stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 561/2006. Dik l-inkonsistenza twassal għal inċertezza u għal prattiki diverġenti fost l-awtoritajiet nazzjonali li jirriżultaw f’diffikultajiet fl-infurzar tar-regoli inkwistjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-definizzjoni tiġi ċċarata sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn iż-żewġ Regolamenti. |
(20) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport mhux residenti fi Stat Membru ospitanti (“kabotaġġ”) ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati, filwaqt li jżommu wkoll il-livell ta’ liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa. |
(21) |
Jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jgħinu biex jiżdied il-fattur ta’ tagħbija ta’ vetturi heavy-duty u jitnaqqsu l-vjaġġi bla tagħbija, u jenħtieġ li jiġu permessi sakemm dawn ma jitwettqux b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat. Biex ikun żgurat li ma jsirux operazzjonijiet ta’ kabotaġġ b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa, jenħtieġ li l-operaturi tat-trasport ma jitħallewx iwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-istess Stat Membru fi żmien ċertu perijodu wara t-tmiem ta’ perijodu ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. |
(22) |
Filwaqt li l-liberalizzazzjoni ulterjuri stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (9), meta mqabbla mal-kabotaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, kienet ta’ benefiċċju fil-promozzjoni tat-trasport ikkombinat u għandha, fil-prinċipju, tinżamm, jinħtieġ li jiġi żgurat li ma tintużax ħażin. L-esperjenza turi li, f’ċerti partijiet tal-Unjoni, dik id-dispożizzjoni intużat b’mod sistematiku biex tiġi evitata n-natura temporanja tal-kabotaġġ u bħala l-bażi għall-preżenza kontinwa ta’ vetturi fi Stat Membru li mhux dak tal-istabbiliment tal-impriża. Tali prattiki inġusti jwasslu għal dumping soċjali u jipperikolaw ir-rispett għall-qafas legali relatat mal-kabotaġġ. Jenħtieġ għalhekk li jkun possibbli li l-Istati Membri jidderogaw mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE u japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-kabotaġġ fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 sabiex jindirizzaw tali problemi billi jintroduċu limitu proporzjonat għall-preżenza kontinwa ta’ vetturi fit-territorju tagħhom. |
(23) |
L-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tkun disponibbli l-kapaċità ta’ infurzar, biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u, b’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u medji, biex jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b’riskju għoli u biex jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq jenħtieġ li jkunu bbażati fuq id-dokumenti tat-trasport u, jekk ikunu disponibbli, ir-reġistri tat-takografu. Sabiex jiġi ssimplifikat l-għoti ta’ evidenza rilevanti u t-trattament tagħha mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-użu u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta’ prova tal-konformità. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta’ informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. |
(24) |
L-impriżi tat-trasport huma d-destinatarji tar-regoli dwar it-trasport internazzjonali u, bħala tali, huma suġġetti għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe ksur li jistgħu jwettqu. Madankollu, sabiex jiġi evitat l-abbuż minn impriżi b’kuntratt ta’ servizzi ta’ trasport minn operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu wkoll regoli ċari u prevedibbli dwar sanzjonijiet kontra l-ispedituri, l-ispedizjoniera, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi f’każijiet fejn dawn kienu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti messhom kienu jafu, li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jinvolvu ksur tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. |
(25) |
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li l-ambitu tal-attivitajiet tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ikopri r-Regolament (KE) Nru 1071/2009, ser ikollha rwol importanti biex tassisti lill-Istati Membri biex jinfurzaw b’mod adegwat ir-regoli ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rwol ser jikkonċerna b’mod partikolari l-verifiki miftiehma, il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-taħriġ u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. |
(26) |
Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu emendati l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u biex jiġu emendati l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(27) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ grad ta’ armonizzazzjoni f’ċerti oqsma li sa issa għadhom ma ġewx armonizzati mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport b’vetturi kummerċjali ħfief u l-prattiki ta’ infurzar, u l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-titjib tal-infurzar, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-natura tal-għanijiet mixtieqa flimkien man-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa. |
(28) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 2; |
(3) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-istabbiliment 1. Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-impriża għandha:
2. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li impriża jkollha, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment:
|
(4) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-fini li tingħata liċenzja lil impriża ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li topera biss vetturi bil-mutur jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li l-massa awtorizzata tagħhom meta mgħobbija ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) persuni li juru provi li għall-perijodu ta’ 10 snin qabel l-20 ta’ Awwissu 2020, kienu b’mod kontinwu mmaniġġaw impriża tal-istess tip.”; |
(8) |
fl-Artikolu 11(4) jitħassar it-tielet subparagrafu; |
(9) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(11) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom sal-4 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti ta’ kuntatt kollha u tibgħatha lill-Istati Membri. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jipprovdu lil xulxin mingħajr dewmien b’assistenza reċiproka u bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kundanni jew pieni għal kwalunkwe ksur serju msemmi fl-Artikolu 6(2). Stat Membru li jirċievi notifika għal ksur serju msemmi fl-Artikolu 6(2) li rriżulta f’kundanna jew f’piena fi Stat Membru ieħor matul is-sentejn ta’ qabel għandu jirreġistra dak il-ksur fir-reġistru elettroniku nazzjonali tiegħu. 4. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandhom iwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet dwar il-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq stabbiliti fit-territorju tagħhom mar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1). Talbiet bħal dawn għal informazzjoni jistgħu jinkludu aċċess għal dokumenti meħtieġa biex tingħata prova li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 jkunu ssodisfati. It-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu debitament ġustifikati u motivati. Għal dan l-għan, it-talbiet għandhom jinkludu indikazzjonijiet kredibbli ta’ ksur possibbli tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1), jindikaw l-iskop tat-talba u jispeċifikaw f’dettall suffiċjenti l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba. 5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħra skont il-paragrafu 4 fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. Jista’ jiġi miftiehem limitu ta’ żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. 6. Meta l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien 10-t ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja aktar it-talba. Meta l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba ma jkunx jista’ jissostanzja aktar it-talba, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista’ jiċħad it-talba. 7. Meta jkun diffiċli li tinkiseb konformità ma’ talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba, u jagħti r-raġunijiet għad-diffikultà. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma’ xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista’ titqajjem. Fil-każ ta’ dewmien persistenti fil-forniment tal-informazzjoni lill-Istat Membru li jagħmel it-talba, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata u għandha tieħu miżuri xierqa. 8. L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jseħħ permezz tas-sistema għall-iskambju tal-messaġġi, jiġifieri r-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU - European Registers of Road Transport Undertakings) stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 (*2). Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri previsti fil-paragrafi 4 sa 7 għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). Għal dan l-għan, kull Stat Membru jista’ jinnomina l-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 bħala l-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan permezz tal-IMI. 9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trażmessa lilhom skont dan l-Artikolu tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/għalihom tkun intalbet. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali għandu jsir biss għall-finijiet ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u għandu jkun skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). 10. Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-assistenza reċiproka għandhom jingħataw bla ħlas. 11. Talba għal informazzjoni ma għandhiex tipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu miżuri b’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti biex jinvestigaw u jipprevjenu ksur allegat ta’ dan ir-Regolament. (*2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21)." (*3) Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (‘ir-Regolament tal-IMI’) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)." (*4) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" |
(14) |
fl-Artikolu 23, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2), sal-21 ta’ Mejju 2022 impriżi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali permezz biss ta’ vetturi bil-mutur jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li l-massa awtorizzata tagħhom meta mgħobbija ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm il-liġi tal-Istat Membru ta’ stabbilitiment ma tipprovdix mod ieħor. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 16(2), ir-rekwiżit li tiġi inkluża l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi fir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandu japplika minn 14-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni fuq formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE.”; |
(15) |
l-Artikolu 24 jitħassar; |
(16) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 24a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(9) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-20 ta’ Awwissu 2020. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(9) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*5). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(17) |
l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14b biex temenda l-Anness III bl-għan li tadattah għall-progress tekniku.”; |
(4) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a Kontrolli 1. Sabiex jiġu infurzati aktar l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija nazzjonali koerenti ta’ infurzar fit-territorju tagħhom. Dik l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi b’rata għolja ta’ riskju kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). 2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu kontroll fuq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fejn rilevanti. 3. Tal-inqas darbtejn fis-sena, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma mal-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, b’kull awtorità nazzjonali topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw dawk l-attivitajiet ma’ dawk previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali nominati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta’ ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma mal-ġenb tat-triq. (*8) Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).”;" |
(7) |
jiddaħħlu l-Artikolili ġejjin: “Artikolu 14a Responsabbiltà L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta’ konformità mal-Kapitoli II u III, f’każijiet fejn kienu jafu, jew fejn, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti kellhom ikunu jafu, li s-servizzi tat-trasport li kkummissjonaw involvew ksur ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 14b Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4) u fl-Artikolu 5(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-20 ta’ Awwissu 2020. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4) u fl-Artikolu 5(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*9). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(8) |
l-Artikolu 15 jitħassar; |
(9) |
l-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Rapportar u rieżami 1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ operaturi tat-trasport li jkollhom liċenzji Komunitarji fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull waħda mis-sentejn preċedenti u bl-għadd ta’ kopji veri attestati li jikkorrispondu għall-vetturi li jkun hemm fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data. Rapporti marbuta mal-perijodu ta’ wara l-20 ta’ Mejju 2022 għandhom jinkludu wkoll tqassim ta’ dawn il-punti skont l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali permezz ta’ vetturi li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom ma taqbiżx it-3,5 tunnellati biss, u operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jifdal. 2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa f’kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti, kif ukoll l-għadd totali ta’ attestazzjonijiet tax-xufiera li jkun hemm fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull waħda mis-sentejn ta’ qabel. Rapporti marbuta mal-perijodu ta’ wara l-20 ta’ Mejju 2022 għandhom jinkludu wkoll tqassim ta’ dawn il-punti skont l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali permezz biss ta’ vetturi li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, u l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jifdal. 3. Sal-21 ta’ Awwissu 2022, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istrateġija nazzjonali tagħhom tal-infurzar adottata skont l-Artikolu 10a. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ infurzar imwettqa fis-sena kalendarja preċedenti skont l-Artikolu 10a, inkluż, fejn xieraq, l-għadd ta’ kontrolli mwettqa. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru ta’ vetturi kkontrollati. 4. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-istat tas-suq tat-trasport bit-triq tal-Unjoni sal-21 ta’ Awwissu 2024. Ir-rapport għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi fil-professjoni. 5. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-impatt tal-emendi tal-Artikolu 8 introdotti bir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) sal-21 ta’ Awwissu 2023 u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 6. Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fuq bażi regolari u għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 7. Fejn ikun xieraq, ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi rilevanti. (*10) Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17).”." |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdied il-punt li ġej:
“15. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (*11): l-Artikolu 18(8)._ |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.
Gћall-Parlament Ewropew
Il-President
D.M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
J. KLOECKNER
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-7 ta’ April 2020 (ĠU C 153, 7.5.2020, p. 1).Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(5) Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(6) Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(7) Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbilment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(10) Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).