This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1040
Regulation (EU) 2020/1040 of the European Parliament and of the Council of 15 July 2020 amending Regulation (EU) 2016/1628 as regards its transitional provisions in order to address the impact of the COVID-19 crisis (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2020/1040 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tiegħu biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2020/1040 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tiegħu biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PE/21/2020/REV/1
ĠU L 231, 17.7.2020, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1040 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tiegħu biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti gassużi u partikolati u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal diversi kategoriji ta’ magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq. |
(2) |
Id-dati applikabbli għall-valuri tal-limitu l-ġodda tal-emissjonijiet, identifikati bħala –“Stadju V” fir-Regolament (UE) 2016/1628, huma stabbiliti biex il-fabbrikanti jingħataw informazzjoni ċara u komprensiva, kif ukoll perijodu ta’ żmien xieraq għat-tranżizzjoni lejn l-Istadju V, filwaqt li fl-istess ħin il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni jitnaqqas b’mod sostanzjali. |
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 ikkawżat interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista ta’ parts u komponenti kritiċi, u dan wassal għal dewmien għall-magni u għall-makkinarju mgħammar b’dawk il-magni li jikkonformaw ma’ valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet li huma inqas stretti minn dawk tal-Istadju V u li jeħtieġ jitqiegħdu fis-suq qabel id-dati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1628. |
(4) |
Bħala riżultat tal-interruzzjonijiet ikkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, huwa probabbli ħafna li l-fabbrikanti tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, imsemmija bħala “fabbrikanti ta’ tagħmir oriġinali” jew “OEMs” fir-Regolament (UE) 2016/1628, ma jkunux jistgħu jiżguraw li l-magni u l-makkinarju mgħammar b’dawk il-magni li jibbenefikaw mill-perijodu ta’ tranżizzjoni taħt ir-Regolament (UE) 2016/1628 jirrispettaw l-iskadenzi stabbiliti f’dak ir-Regolament mingħajr ma dawn il-fabbrikanti jsofru ħsarat ekonomiċi serji. |
(5) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi kurrenti, u biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, biex tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali u biex jiġu evitati interruzzjonijiet potenzjali fis-suq, jeħtieġ li jittawwal iż-żmien ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (UE) 2016/1628. |
(6) |
Minħabba li l-prolongazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji mhi se jkollha l-ebda impatt ambjentali, peress li l-magni ta’ tranżizzjoni kkonċernati diġà ġew prodotti, flimkien mal-fatt li huwa diffiċli li tiġi mbassra d-durata eżatta tad-dewmien ikkawżat mill-interruzzjonijiet ikkawżati mill-COVID-19, l-estensjoni tal-perijodu rilevanti jenħtieġ li tkun ta’ 12-il xahar. |
(7) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jittawwal iż-żmien ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (UE) 2016/1628, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(8) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, tqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1628 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Fid-dawl tal-fatt li l-perijodu ta’ tranżizzjoni previst fir-Regolament (UE) 2016/1628 għal ċerti subkategoriji ta’ magni se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020 u li l-OEMs kellhom sat-30 ta’ Ġunju 2020 biex jipproduċu makkinarju mobbli mhux tat-triq li jkun mgħammar b’magni ta’ tranżizzjoni ta’ dawk is-subkategoriji, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Lulju 2020. Tali applikazzjoni hija ġġustifikata min-natura imprevedibbli u ħesrem tat-tifqigħa tal-COVID-19 kif ukoll mill-ħtieġa li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali tal-OEMs irrispettivament minn jekk dawn jipproduċux makkinarju mobbli mhux tat-triq qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/1628 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fil-paragrafu 7, jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
J. KLOECKNER
(1) Opinjoni tal-11 ta’ Ġunju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju.
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).