Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0996

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/996 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4559

    ĠU L 221, 10.7.2020, p. 87–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/06/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/996/oj

    10.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 221/87


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/996

    tad-9 ta’ Lulju 2020

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd, li jridu jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Mejju 2019 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li aktarx ma jkunx hemm esponiment għall-utenti min-nifs u li ma setgħet tasal għal ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda jew tal-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-titjib tal-prestazzjoni żooteknika fit-tiġieġ għat-tismin u din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u li trid tiġi estrapolata għal speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2019;17(6):5724.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

     

     

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri żootekniċi)

    4d20

    Biomin GmbH

    Preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’:

    karvakrol (120-160 mg/g)

    timol (1-3 mg/g)

    D-karvon (3-6 mg/g)

    saliċilat tal-metil (10-35 mg/g)

    L-mentol (30-55 mg/g)

    siliċe amorfa (massima 100 mg/g)

    żejt veġetali idroġenat (massimu 700 mg/g)

    Forma inkapsulata solida

    Tiġieġ għat-tismin

    Tiġieġ imrobbija għall-bajd

    Speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd

    65

    105

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

    2.

    L-addittiv ma għandux jintuża ma’ sorsi oħra tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kważi għalkollox permezz ta’ proċeduri u ta’ miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, li jinkludi protezzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn.

    30.7.2030

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Karvakrol (Numru CAS: 499-75-2)

    Timol (Numru CAS: 89-83-8)

    D-Karvon (Numru CAS:2244-16-8) Saliċilat tal-metil (Numru CAS: 119-36-8)

    L-Mentol (Numru CAS: 2216-51-8)

    Metodu analitiku  (1)

    Għall-kwantifikazzjoni tas-sustanzi attivi:

    Kromatografija b’fażi gassuża b’individwazzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID).


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top