EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0764

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/764 tal-10 ta’ Ġunju 2020 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/3668

ĠU L 183, 11.6.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI)
ĠU L 183, 11.6.2020, p. 1–3 (SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/764/oj

11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/764

tal-10 ta’ Ġunju 2020

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (2) fiha l-iżbalji fl-entrati 1.10.1, 3.7.1 sa 3.7.5, 5.38.1, 6.8.1 u 7.1.5 tat-tabella stabbilita fil-Parti C tal-Anness ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tal-ismijiet tal-materjali tal-għalf elenkati f’dawk l-entrati.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħrajn tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 mhumiex affettwati minn dawk l-iżbalji fil-Parti C tal-Anness tiegħu.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


Top