Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0626

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/626 tas-7 ta’ Mejju 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, jew jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-marda ta’ Newcastle (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/3080

    ĠU L 146, 8.5.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/626/oj

    8.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 146/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/626

    tas-7 ta’ Mejju 2020

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, jew jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-marda ta’ Newcastle

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Dan jistipula li tista’ ssir importazzjoni tal-prodotti jew li dawn jgħaddu mill-Unjoni bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti li hemm imniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikun jista’ jitqies ħieles mill-marda ta’ Newcastle.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, u t-tranżitu minnha, ta’ ċerti prodotti tat-tjur, mit-territorju kollu tagħha.

    (4)

    Fit-22 ta’ April 2020, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq ikkonfermat il-preżenza tal-marda ta’ Newcastle fi stabbiliment tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dik it-tifqigħa kkonfermata, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq ma tistax tkompli titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u għalhekk l-awtoritajiet veterinarji tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq ma jistgħux ikomplu jiċċertifikaw il-kunsinni ta’ laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi emendata l-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’dak il-pajjiż terz.

    (6)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat kif xieraq.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


    ANNESS

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

    Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

    Status ta’ tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

    Status tal-kontroll tas-salmonella(6)

    Mudell(i)

    Garanziji addizzjonali

    Data tal-għeluq(1)

    Data tal-ftuħ(2)

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    6A

    6B

    7

    8

    9

    “MK — Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

    E, EP

     

     

     

     

     

     

     

    POU

     

    P3

    22.4.2020”

     

     

     

     


    Top