Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0510

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/510 tas-7 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ST/6115/2020/INIT

    ĠU L 113, 8.4.2020, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/510/oj

    8.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 113/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/510

    tas-7 ta’ April 2020

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha għandhom jiġġeddu sat-13 ta’ April 2021.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw 82 persuna inklużi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jenħtieġ li jiġu aġġornati.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GRLIĆ RADMAN


    (1)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).


    ANNESS

    L-entrati għall-persuni li ġejjin kif jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    AHMADI-MOQADDAM Esmail

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1961

    Sess: raġel

    Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta’ Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkat) minn Jannar 2011 sa kmieni fl-2015 ukoll. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fil-15 ta’ Ġunju 2009. Attwalment kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b’appoġġ għall-Poplu Jemenita.

    12.4.2011

    2.

    ALLAHKARAM Hossein

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

    Data tat-twelid: 1945

    Sess: raġel

    Kap tal-Kunsill tal-Koordinazzjoni tal-Ansar-e Hezbollah u eks ġeneral fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009.

    Huwa jżomm ir-rwol għoli tiegħu f’organizzazzjoni li lesta twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-pubbliku, fosthom bit-tħeġġiġ tal-aggressjoni fuq in-nisa għall-għażla ta’ ħwejjeġ tagħhom.

    12.4.2011

    3.

    ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Brigadier Ġenerali fl-IRGC. Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

    12.4.2011

    4.

    FAZLI Ali

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Kap tal-Kulleġġ tal-Kadetti Imam Hossein (mill-2018). Eks viċi Kmandant tal-Basij (2009-2018), Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta’ Tehran u kellu rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta’ dimostranti fl-2009.

    12.4.2011

    6.

    JAFARI Mohammad-Ali (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

    Post tat-twelid: Yazd (Iran)

    Data tat-twelid: 1.9.1957

    Sess: raġel

    Direttur tal-Bażi Soċjali u Kulturali Hazrat-e Baqiatollah. Eks Kmandant tal-IRGC (Settembru 2007-April 2019). L-IRGC u l-Bażi ta’ Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Mohammad-Ali (Aziz) Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta’ attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

    12.4.2011

    7.

    KHALILI Ali

    Sess: raġel

    Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fi rwol għoli fil-Bażi ta’ Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta’ Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords mediċi lil persuni li ndarbu jew li ddaħħlu l-isptar matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    8.

    MOTLAGH Bahram Hosseini

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran. Il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti fl-2009.

    12.4.2011

    9.

    NAQDI Mohammad-Reza

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq) –

    Data tat-twelid: Madwar 1952

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Viċi Koordinatur tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij (2009-2016). Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta’ madwar 15-il persuna u l-arrest ta’ mijiet ta’ persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f’Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta’ dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    10.

    RADAN Ahmad-Reza

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran) –

    Data tat-twelid:1963

    Sess: raġel

    Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, korp marbut mal-Pulizija Nazzjonali. Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta’ dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Attwalment kmandant tal-IRGC responsabbli mit-taħriġ ta’ forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”.

    12.4.2011

    11.

    RAJABZADEH Azizollah

    Sess: raġel

    Konsulent għas-sindku ta’ Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Mitigazzjoni tad-Diżastri ta’ Tehran (2010-2013). Bħala Kap tal-Pulizija ta’ Tehran sa Jannar 2010 kien responsabbli mill-attakki vjolenti tal-pulizija fuq dimostranti u studenti. Bħala Kmandant tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh kien l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak f’Diċembru 2009.

    12.4.2011

    12.

    SAJEDI-NIA Hossein

    Sess: raġel

    Viċi Kmandant tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta’ Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

    12.4.2011

    13.

    TAEB Hossein

    Post tat-twelid: Tehran (Iran) –

    Data tat-twelid: 1963

    Sess: raġel

    Kap tal-organizzazzjoni tal-intelligence tal-IRGC minn Ottubru 2009. Ir-responsabbiltajiet tiegħu ġew estiżi f’Mejju 2019 bil-fużjoni tal-Uffiċċju tal-Viċi tal-Intelligence Strateġika tal-IRGC u l-Organizzazzjoni tal-Intelligence tal-IRGC. Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta’ persuni li pprotestaw b’mod paċifiku.

    12.4.2011

    14.

    SHARIATI Seyeed Hassan

    Sess: raġel

    Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Kap tal-Ġudikatura ta’ Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    15.

    DORRI- NADJAFABADI Ghorban-Ali

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran) –

    Data tat-twelid: 1945

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta’ Markazi (“Ċentrali”) u Kap tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta’ Khatami. Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b’segwitu għall-ewwel protesti ta’ wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat.

    12.4.2011

    16.

    HADDAD Hassan (magħruf ukoll bħala Hassan ZAREH DEHNAVI)

    Sess: raġel

    Eks Viċi Uffiċjal tas-Sikurezza tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat mill-każijiet ta’ detenzjoni relatati mal-kriżijiet ta’ wara l-elezzjoni u hedded lill-familji tad-detenuti regolarment biex isikkithom. Kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni liċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    17.

    SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad

    Sess: raġel

    Kap tal-Organizzazzjoni għall-Propaganda Iżlamika fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sal-2013. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    18.

    HEYDARIFAR Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Eks imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta’ persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-ġudikatura dwar abbużi ta’ Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    19.

    JAFARI- DOLATABADI Abbas

    Post tat-twelid: Yazd (Iran) —

    Data tat-twelid: 1953

    Sess: raġel

    Eks prosekutur Ġenerali ta’ Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta’ Dolatabadi akkuża numru kbir ta’ persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta’ Karroubi f’ Settembru 2009 u l-arrest ta’ diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f’Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bl-akkuża tal-Muharebeh, jew mibegħda kontra Alla, li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-midja, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika.

    F’Ottubru 2018 huwa ħabbar lill-media li erba’ attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bit-“trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja”, akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt.

    12.4.2011

    20.

    MOGHISSEH Mohammad (magħruf ukoll bħala NASSERIAN)

    Sess: raġel

    Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta’ membri tal-komunità Bahai. Kien responsabbli għal każijiet ta’ wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi pieni tal-mewt għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

    12.4.2011

    21.

    MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

    Post tat-twelid: Ejiyeh –

    Data tat-twelid: madwar 1956

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza. Prosekutur Ġenerali għall-Iran minn Settembru 2009 u Viċi Kap u kelliem għall-Ġudikatura. Eks Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjonijiet tal-2009. Waqt li kien Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni, tortura u l-akkwist ta’ stqarrijiet foloz bl-użu ta’ pressjoni mingħand mijiet ta’ attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjonijiet insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta’ membri tal-familja.

    12.4.2011

    22.

    MORTAZAVI Said

    Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) –

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta’ mijiet ta’ attivisti, ġurnalisti u studenti. F’Jannar 2010 investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta’ tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f’Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie liberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta’ Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta’ tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009.

    12.4.2011

    23.

    PIR-ABASSI Abbas

    Sess: raġel

    Maġistrat ta’ Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta’ wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

    12.4.2011

    24.

    MORTAZAVI Amir

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Viċi Prosekutur ta’ Mashhad sa mill-inqas 2015. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    25.

    SALAVATI Abdolghassem

    Sess: raġel

    Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta’ Tehran. Inkarigat bil-każijiet ta’ wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta’ priġunerija fit-tul.

    Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr osservanza adatta tal-proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    26.

    SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar)

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

    12.4.2011

    27.

    ZARGAR Ahmad

    Sess: raġel

    Imħallef fil-tieni Fergħa tal-Qorti Speċjali tal-Korruzzjoni Ekonomika. Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Eks Imħallef, Qorti tal-Appell ta’ Tehran, fergħa 36.

    Huwa kkonferma mandati ta’ priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

    12.4.2011

    28.

    YASAGHI Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tal-44 taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Mashhad (2001-2011). Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa (sa 550 bejn is-sajf tal-2009 u s-sajf tal-2011), inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    29.

    BOZORGNIA Mostafa

    Sess: raġel

    Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta’ Evin. F’diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

    12.4.2011

    30.

    ESMAILI Gholam-Hossein

    Sess: raġel

    Kelliem tal-ġudikatura minn April 2019. Eks Kap tal-ġudikatura ta’ Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F’din il-kariga, huwa kien kompliċi fid-detenzjoni massiva ta’ persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għal ħabi ta’ abbużi mwettqa fis-sistema ta’ priġunerija.

    12.4.2011

    31

    SEDAQAT (magħruf ukoll bħala Sedaghat) Farajollah

    Sess: raġel

    Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabs f’Tehran. Kap tal-ħabs ta’ Evin, Tehran sa Ottubru 2010 fejn matul dan iż-żmien wettaq torturi. Huwa kien gwardjan, u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

    12.4.2011

    32.

    ZANJIREI Mohammad-Ali

    Sess: raġel

    Bħala Konsulent għoli għall-Kap, u Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-priġunieri. Amministra sistema li fiha l-priġunieri batew minn abbuż, tortura u trattament inuman/degradanti u tqiegħdu f’kondizzjonijiet ta’ għajxien ħżiena ħafna.

    12.4.2011

    33.

    ABBASZADEH- MESHKINI Mahmoud

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iran. Eks segretarju tal-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta’ Ilam. Eks direttur politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta’ Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta’ dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta’ partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta’ żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma’ Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta’ Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 ’il quddiem huwa rrifjuta b’mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b’hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta’ dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta’ assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    34.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

    Sess: raġel

    Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala: Kwartieri Ġenerali tal-Anti-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta’ Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta’ forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-pulizija ta’ Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f’dormitorji universitarji f’Tehran f’Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Attwalment kap tal-pulizija ferrovjarja.

    10.10.2011

    35.

    AKHARIAN Hassan

    Sess: raġel

    Gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta’ Radjaishahr, Karadj sa Lulju 2010. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu ta’ tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta’ detenut irrappurtat fil-ħabs ta’ Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b’dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tat-trattament ħażin u l-mewt ta’ detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta’ Akharian. Beikvand miet f’Settembru 2010. Priġunieri oħra jiddikjaraw b’mod kredibbli li nqatel fuq struzzjonijiet ta’ Hassan Akharian.

    10.10.2011

    36.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

    Sess: raġel

    Ministru għall-Ġustizzja. Eks Direttur tal-uffiċċju ta’ investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 il-viċi Ministru għall-Intern u l-kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta’ Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta’ Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    37.

    BANESHI Jaber

    Sess: raġel

    Kap tal-Fergħa 22 tal-Qorti tal-Appell ta’ Shiraz minn Novembru 2011. Prosekutur ta’ Shiraz sa Ottubru 2011. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta’ Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni oħra bla konnessjoni. Huwa għamel akkużi li jġorru l-piena tal-mewt u pieni severi oħra fuq minoranzi, b’tali mod li jikkostitwixxu, fost l-oħrajn, ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom għal proċess ġust u l-libertà minn detenzjoni arbitrarja.

    10.10.2011

    38.

    FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

    Post tat-twelid: Mashhad.

    Data tat-twelid: 3.2.1951

    Sess: raġel

    Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-1989 sal-2016), huwa kien l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki militari kollha, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Fl-2009, il-forzi taħt il-katina ta’ kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

    Attwalment konsulent militari għall-Mexxej Suprem u membru tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta’ Espedjenza.

    10.10.2011

    39.

    GANJI Mostafa Barzegar

    Sess: raġel

    Prosekutur Ġenerali ta’ Qom (2008-2017), issa kap tad-direttorat ġenerali għall-ħabsijiet. Huwa kien responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta’ bosta offensuri f’Qom. Huwa kien kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2009/2010.

    10.10.2011

    40.

    HABIBI Mohammad Reza

    Sess: raġel

    Avukat Ġenerali ta’ Isfahan. Eks kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f’Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta’ Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi, li ngħata l-mewt f’Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema’ u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f’Marzu 2010. Għaldaqstant huwa kien kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2011.

    10.10.2011

    41.

    HEJAZI Mohammad

    Post tat-twelid: Ispahan

    Data tat-twelid: 1956

    Sess: raġel

    Ġeneral tal-IRGC, kellu rwol ewlieni fl-intimidazzjoni u t-theddid tal-“għedewwa” tal-Iran. Eks Kap tal-Korpi ta’ Sarollah tal-IRGC f’Tehran, u dak li qabel kien il-Kap tal-Forzi ta’ Basij, kellu rwol ċentrali fir-repressjoni ta’ wara l-elezzjoni fuq persuni li pprotestaw fl-2009.

    10.10.2011

    43.

    JAVANI Yadollah

    Sess: raġel

    Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b’appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu għall-arrest ta’ Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta’ tekniki li jiksru d-drittijiet għal proċess ġust fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. Il-provi jindikaw ukoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x’aktarx li kien jaf bl-użu ta’ tekniki ħorox ta’ interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati.

    10.10.2011

    44.

    JAZAYERI Massoud

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Fi ħdan il-persunal militari konġunt tal-Forzi Armati tal-Iran, il-Brigadier Ġenerali Massaud Jazayeri kien id-deputat kap tal-persunal għall-affarijiet kulturali u tal-midja (magħruf wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat). Huwa kkollabora b’mod attiv fir-ripressjoni tal-protesti tal-2009 bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f’intervista f’Kayhan li ħafna dimostranti ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun.

    Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta’ kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma’ sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

    10.10.2011

    45.

    JOKAR Mohammad Saleh

    Sess: raġel

    Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni. Mill-2011 sal-2016 deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Yazd u Membru tal-Kumitat parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta’ Basij.

    F’dan ir-rwol huwa kien involut b’mod attiv fis-soppressjoni tal-protesti u l-indottrinazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ħsieb li jkompli bis-soppressjoni tal-libertà tal-espressjoni u ta’ min ma jaqbilx. Bħala membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija huwa appoġġa pubblikament is-soppressjoni tal-oppożizzjoni għall-gvern.

    10.10.2011

    46.

    KAMALIAN Behrouz

    (Magħruf ukoll bħala: Hackers Brain, Behrooz_Ice)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1983

    Sess: raġel

    Kap taċ-ċibergrupp “Ashiyaneh” b’rabta mar-reġim Iranjan. Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Il-ħidma tal-organizzazzjoni Ashiyaneh ta’ Kamalian assistiet lir-reġim fir-repressjoni tal-oppożizzjoni li kienet tinvolvi ħafna ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

    10.10.2011

    47.

    KHALILOLLAHI Moussa (magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil)

    Sess: raġel

    Prosekutur ta’ Tabriz. Huwa kien involut fil-każ ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

    10.10.2011

    48.

    MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-twelid: 1959/60

    Sess: raġel

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u membru attwali tal-Kunsill ta’ Espedjenza u Viċi Kap tal-Front ta’ Perseveranza. Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fl-14 ta’ Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta’ taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b’mod sever fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta’ Mahsouli.

    10.10.2011

    49.

    MALEKI Mojtaba

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta’ Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta’ Kermanshah. Kellu rwol fl-għadd kbir ta’ pieni tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta’ seba’ priġunieri misjuba ħatja ta’ traffikar ta’ drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta’ Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta’ Kermanshah.

    10.10.2011

    50.

    OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza)

    Sess: raġel

    Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Kien responsabbli għal eluf ta’ investigazzjonijiet u akkużi ta’ riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa kien responsabbli għal ksur gravi ta’ drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta’ persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni matul u wara l-Moviment Aħdar tal-2009.

    10.10.2011

    51.

    SALARKIA Mahmoud

    Sess: raġel

    Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta’ Tehran “Persepolis”

    Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta’ Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009. Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati kienu, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f’iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta’ żmien li jvarja, spiss f’kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma ġewx avżati bl-arrest. Attwalment jaħdem bħala avukat.

    10.10.2011

    52.

    KHODAEI SOURI Hojatollah

    Post tat-twelid: Selseleh (Iran) —

    Data tat-twelid: 1964

    Sess: raġel

    Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà. Kap tal-ħabs ta’ Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta’ Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f’oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

    10.10.2011

    53.

    TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

    Sess: raġel

    Sindku ta’ Eslamshahr. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta’ Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F’Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta’ wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    54.

    TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan

    Data tat-twelid: 1959

    Sess: raġel

    Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta’ Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta’ repressjoni li saru mill-IRGC fil-provinċja ta’ Tehran, inkluż ir-repressjoni ta’ protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f’Khajeh Nasireddin Tusi.

    10.10.2011

    55.

    ZEBHI Hossein

    Sess: raġel

    L-Ewwel Viċi Konsulent għall-Ġudikatura u Mħallef tal-Qorti Suprema. Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran (2007-2015). F’dan ir-rwol huwa kien responsabbli mill-każijiet ġudizzjarji li tressqu wara l-protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009 li twettqu bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. F’dan ir-rwol ukoll huwa appoġġa l-kastigi eċċessivi għal reati ta’ drogi.

    10.10.2011

    56.

    BAHRAMI Mohammad- Kazem

    Sess: raġel

    Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva. Huwa kien kompliċi fir-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi fl-2009 bħala kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

    10.10.2011

    57.

    HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1948

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta’ Tehran. Matul il-ħidma tiegħu għall-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f’diversi kawżi ta’ proċess kontra d-dimostranti, b’mod partikolari dik ta’ Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f’Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu.

    10.10.2011

    58.

    BAGHERI Mohammad- Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema minn Diċembru 2015. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li rrikonoxxa, f’Ġunju 2011, 140 eżekuzzjoni għal reati li jġorru l-piena tal-mewt bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perijodu u fl-istess provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu, li jikkontribwixxi għal għadd kbir ta’ pieni tal-mewt.

    10.10.2011

    59.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashhad (Iran)

    Data tat-twelid: 1952

    Sess: raġel

    President tal-Fondazzjoni għall-Għajnuna Imam Khomeini (minn Lulju 2019). Eks viċi kustodju tas-Santwarju ta’ Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta’ priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta’ qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

    10.10.2011

    60.

    HOSSEINI Dr Mohammad (Magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

    Data tat-twelid: 1961

    Sess: raġel

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti

    10.10.2011

    61.

    MOSLEHI Heydar (magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-twelid: 1956

    Sess: raġel

    Rappreżentant tal-Bureau Ideoloġiku-Politiku tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-2018). Eks konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta’ detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta’ dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta’ Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta’ oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence ssoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali.

    10.10.2011

    62.

    ZARGHAMI Ezzatollah

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 22 ta’ Lulju 1959

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta’ detenuti u serje ta’ “proċessi finta” f’Awwissu 2009 u f’Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut.

    23.3.2012

    63.

    TAGHIPOUR Reza

    Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

    Data tat-twelid: 1957

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

    Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta’ kull tip ta’ komunikazzjoni (b’mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta’ detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F’diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati u l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità.

    23.3.2012

    64.

    KAZEMI Toraj

    Sess: raġel

    Kap tad-diviżjoni ta’ Greater Tehran tal-Pulizija Ċibernetika ddeżinjata mill-UE. F’din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta’ hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti “perikolużi”.

    23.3.2012

    65.

    LARIJANI Sadeq

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

    Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961

    Sess: raġel

    Nominat Kap tal-Kunsill ta’ Espedjenza fid-29 ta’ Diċembru 2018. Kap tal-Ġudikatura mill-2009. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (tpattija), hodoud (reat kontra Alla) u ta’zirat (reati kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F’dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta’ piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta’ minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta’ eluf ta’ nies. Għalhekk, huwa kkontribwixxa għal għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta’ kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċidu f’għajnejn l-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta’ priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust.

    23.3.2012

    66.

    MIRHEJAZI Ali

    Sess: raġel

    Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli mit-tfassil tas-soppressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009, u assoċjat ma’ dawk responsabbli sabiex joħonqu l-protesti.

    23.3.2012

    67.

    SAEEDI Ali

    Sess: raġel

    Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta’ din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta’ trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta’ repressjoni tal-Pasdaran.

    23.3.2012

    68.

    RAMIN Mohammad-Ali

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 1954

    Sess: raġel

    Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli biex jorganizza f’isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta’ bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti.

    23.3.2012

    69.

    MORTAZAVI Seyyed Solat

    Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) - (Iran)-

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Sa Novembru 2019 Direttur tal-fergħa ta’ Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment iseħħu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F’din il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi repressjoni ta’ persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

    23.3.2012

    73

    FAHRADI Ali

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ Tehran. Eks prosekutur ta’ Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn ingħatat il-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta’ Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

    23.3.2012

    74.

    REZVANMA- NESH Ali

    Sess: raġel

    Viċi prosekutur fil-provinċja ta’ Karaj, reġjun ta’ Alborz. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta’ persuna minorenni.

    23.3.2012

    75.

    RAMEZANI Gholamhossein

    Sess: raġel

    Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma’ dawk responsabbli għall-arresti ta’ bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta’ protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009.

    23.3.2012

    76.

    SADEGHI Mohamed

    Sess: raġel

    Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta’ analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta’ bloggers/ġurnalisti.

    23.3.2012

    77.

    JAFARI Reza

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2012. Membru tal-“Kumitat għad-Determinazzjoni tal-Kontenut Kriminali fuq il-Web”, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta’ espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta’ ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.

    23.3.2012

    78.

    RESHTE-AHMADI Bahram

    Sess: raġel

    Imħallef ta’ qorti ordinarja tat-Tramuntana ta’ Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f’Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta’ Tehran. Eks Viċi Prosekutur f’Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta’ Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta’ drittijiet, inkluż drittijiet ta’ żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

    23.3.2012

    79.

    RASHIDI AGHDAM Ali Ashraf

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Ħabs ta’ Evin, maħtur f’nofs l-2012. Matul il-kariga tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F’Ottubru 2012, disa’ priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

    12.3.2013

    80.

    KIASATI Morteza

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 4, li kkundanna għall-mewt erba’ priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tliet aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Saret referenza għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta’ proċess korrett f’rapport tat-13 ta’ Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta’ Awwissu 2012.

    12.3.2013

    81.

    MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha’bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta’ Marzu 2012 għal “attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali” u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta’ Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

    12.3.2013

    82.

    SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

    Post tat-twelid: Tehran

    Data tat-twelid: madwar 1963

    Post ta’ Residenza: Tehran

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) (2014-2016). Eks Kap ta’ IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma’ IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inkluż dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta’ kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta’ Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta’ proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    83.

    JAFARI Asadollah

    Sess: raġel

    Bħala l-Prosekutur tal-Provinċja ta’ Mazandaran, Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f’każijiet li kien ipprosegwa, li rriżulta f’ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi u f’ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta’ Baha’i minn arrest inizjali saż-żamma tagħhom f’iżolament fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-Intelligence.

    12.3.2013

    84.

    EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

    Post tat-twelid: Hamedan

    Data tat-twelid: madwar 1973

    Post tar-residenza: Tehran

    Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

    Sess: raġel

    Direttur ta’ Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta’ Press TV.

    Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta’ drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta’ konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    85.

    HAMLBAR Rahim

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta’ għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f’Awwissu 2012) li tahom kundanni ta’ ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f’assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.”

    12.3.2013

    86.

    MUSAVI- TABAR Seyyed Reza

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta’ Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha’i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta’ Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha’i Raha Sabet għal tliet snin f’iżolament.

    12.3.2013

    87.

    KHORAMABADI Abdolsamad

    Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”.

    Sess: raġel

    Viċi Direttur għas-Sorveljanza Ġudizzjarja (mit-13 ta’ Ottubru 2018). Eks Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta’ għadd ta’ kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Huwa responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta’ diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta’ NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f’detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f’Novembru 2012. B’hekk il-Kummissjoni li qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

    12.3.2013”.


    Top