“Appendiċi 1
KONTENUT TAL-PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI AJRUNAWTIKA (AIP)
PARTI 1 — ĠENERALI (GEN)
Meta l-AIP tiġi prodotta bħala volum wieħed, il-prefazjoni, ir-rekord ta’ Emendi għall-AIP, ir-rekord ta’ Supplimenti għall-AIP, il-lista ta’ kontroll tal-paġni għall-AIP u l-lista ta’ emendi kurrenti bl-idejn għandhom jidhru biss fil-Parti 1 — GEN, u l-annotazzjoni “mhux applikabbli” għandha tiddaħħal għal kull waħda minn dawk is-subsezzjonijiet fil-Partijiet 2 u 3.
Jekk AIP tiġi prodotta u titqiegħed għad-dispożizzjoni f’aktar minn volum wieħed b’kull wieħed li jkollu servizz ta’ emenda u ta’ suppliment separat, prefazjoni separata, rekord tal-Emendi għall-AIP, rekord tas-Supplimenti għall-AIP, lista ta’ kontroll tal-paġni tal-AIP u lista ta’ emendi kurrenti bl-idejn għandhom ikunu inklużi f’kull volum.
GEN 0.1 Prefazjoni
Deskrizzjoni qasira tal-AIP, li tinkludi:
1.
|
l-isem tal-organizzazzjoni li tippubblikaha;
|
2.
|
id-dokumenti applikabbli tal-ICAO;
|
3.
|
il-midja tal-pubblikazzjoni (jiġifieri stampata, online jew midja elettronika oħra);
|
4.
|
l-istruttura tal-AIP u l-intervall stabbilit ta’ emendar regolari;
|
5.
|
il-politika dwar id-dritt tal-awtur, jekk applikabbli;
|
6.
|
is-servizz li jrid jiġi kkuntattjat f’każ ta’ żbalji jew ta’ ommissjonijiet individwali tal-AIP.
|
GEN 0.2 Rekord ta’ Emendi għall-AIP
Rekord ta’ Emendi għall-AIP u ta’ Emendi għall-AIP tal-AIRAC (ippubblikati skont is-sistema tal-AIRAC) li jkun fih:
2.
|
id-data tal-pubblikazzjoni;
|
3.
|
id-data tat-tidħil (għall-Emendi għall-AIP tal-AIRAC, id-data effettiva);
|
4.
|
l-inizjali tal-uffiċjal li daħħal l-emenda.
|
GEN 0.3 Rekord ta’ Supplimenti għall-AIP
Rekord tas-Supplimenti għall-AIP maħruġa li jkun fih:
1.
|
in-numru tas-Suppliment;
|
2.
|
is-suġġett tas-Suppliment;
|
3.
|
is-sezzjoni/sezzjonijiet affettwata/i tal-AIP;
|
4.
|
il-perjodu ta’ validità;
|
GEN 0.4 Lista ta’ kontroll tal-paġni tal-AIP
Lista ta’ kontroll ta’ paġni tal-AIP li fiha:
1.
|
in-numru tal-paġna/it-titlu taċ-ċart;
|
2.
|
id-data tal-pubblikazzjoni jew effettiva (jum, xahar bl-isem u sena) tal-informazzjoni ajrunawtika.
|
GEN 0.5 Lista ta’ emendi bl-idejn għall-AIP
Lista ta’ emendi kurrenti bl-idejn għall-AIP li fiha:
1.
|
il-paġna/i affettwata/i;
|
3.
|
in-numru tal-Emenda għall-AIP li biha ġiet introdotta emenda bl-idejn.
|
GEN 0.6 Werrej għall-Parti 1
Lista ta’ sezzjonijiet u ta’ subsezzjonijiet li jinsabu fil-Parti 1 — Ġenerali (GEN).
GEN 1. REGOLAMENTI U REKWIŻITI NAZZJONALI
GEN 1.1 Awtoritajiet deżinjati
L-indirizzi tal-awtoritajiet deżinjati kkonċernati mill-faċilitazzjoni tan-navigazzjoni bl-ajru internazzjonali (avjazzjoni ċivili, meteoroloġija, dwana, immigrazzjoni, saħħa, imposti tar-rotta u tal-ajrudrom/tal-ħeliport, kwarantina agrikola u investigazzjoni tal-aċċidenti tal-inġenji tal-ajru) li, għal kull awtorità, ikun fihom:
4.
|
in-numru tat-telefown;
|
6.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-servizz ajrunawtiku fiss (AFS); u
|
8.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli.
|
GEN 1.2 Dħul, tranżitu u tluq tal-inġenji tal-ajru
Ir-regolamenti u r-rekwiżiti għan-notifika minn qabel u l-applikazzjonijiet għal permess rigward id-dħul, it-tranżitu u t-tluq ta’ inġenji tal-ajru f’titjiriet internazzjonali.
GEN 1.3 Dħul, tranżitu u tluq ta’ passiġġieri u ta’ ekwipaġġ
Ir-regolamenti (inklużi d-dwana, l-immigrazzjoni u l-kwarantina, u r-rekwiżiti għan-notifika minn qabel u l-applikazzjonijiet għal permess) rigward id-dħul, it-tranżitu u t-tluq ta’ passiġġieri mhux immigranti u ta’ ekwipaġġ.
GEN 1.4 Dħul, tranżitu u tluq tal-merkanzija
Ir-regolamenti (inklużi d-dwana, u r-rekwiżiti għan-notifika minn qabel u l-applikazzjonijiet għal permess) rigward id-dħul, it-tranżitu u t-tluq ta’ merkanzija.
GEN 1.5 Strumenti, tagħmir u dokumenti tat-titjir tal-inġenji tal-ajru
Deskrizzjoni qasira tal-istrumenti, tat-tagħmir u tad-dokumenti tat-titjir tal-inġenji tal-ajru, inklużi:
1.
|
l-istrumenti, it-tagħmir (inkluż tagħmir ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni u ta’ sorveljanza tal-inġenji tal-ajru) u d-dokumenti tat-titjir li jridu jinġarru fuq l-inġenji tal-ajru, inkluż kwalunkwe rekwiżit speċjali minbarra d-dispożizzjonijiet speċifikati fis-Subparti D tal-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; u
|
2.
|
trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT), apparati tas-sinjalar u tagħmir għas-salvataġġ tal-ħajja kif ippreżentati fil-punt CAT.IDE.A.280 tal-Anness IV (Parti-CAT) u fil-punt NCC.IDE.A.215 tal-Anness VI (Parti-NCC) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, fejn ikun iddeterminat hekk mil-laqgħat dwar in-navigazzjoni bl-ajru reġjonali, għal titjiriet fuq erjas ta’ art deżinjati.
|
GEN 1.6 Sommarju tar-regolamenti nazzjonali u tal-ftehimiet/konvenzjonijiet Internazzjonali
Lista ta’ titli u ta’ referenzi u, fejn applikabbli, ta’ sommarji ta’ regolamenti nazzjonali li jaffettwaw in-navigazzjoni bl-ajru, flimkien ma’ lista ta’ ftehimiet/konvenzjonijiet internazzjonali rratifikati mill-Istat Membru.
GEN 1.7 Differenzi mill-Istandards, mill-Prattiki Rakkomandati u mill-Proċeduri tal-ICAO
Lista tad-differenzi sinifikanti bejn ir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru u d-dispożizzjonijiet relatati tal-ICAO, inklużi:
1.
|
id-dispożizzjoni affettwata (l-Anness u n-numru tal-edizzjoni, il-paragrafu); u
|
2.
|
id-differenza f’test sħiħ.
|
Id-differenzi sinifikanti kollha għandhom jiġu elenkati f’din is-subsezzjoni. L-Annessi kollha għandhom ikunu elenkati f’ordni numeriku anki jekk ma jkun hemm l-ebda differenza għal Anness tal-ICAO, f’liema każ għandha tiġi pprovduta notifika NIL. Differenzi nazzjonali jew il-grad ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-proċeduri supplimentari reġjonali (SUPPs) għandhom jiġu nnotifikati minnufih wara l-Anness li miegħu tkun relatata l-proċedura supplimentari.
GEN 2. TABELLI U KODIĊIJIET
GEN 2.1 Sistema ta’ kejl, markar tal-inġenji tal-ajru, festi
GEN 2.1.1 Unitajiet ta’ kejl
Deskrizzjoni tal-unitajiet ta’ kejl użati inkluża tabella tal-unitajiet ta’ kejl.
GEN 2.1.2 Sistema ta’ referenza temporali
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ referenza temporali (sistema ta’ kalendarju u ta’ ħin) użata, flimkien ma’ indikazzjoni ta’ jekk tintużax is-sistema ta’ tmexxija tas-siegħa lura jew ’il quddiem u kif inhi ppreżentata s-sistema ta’ referenza temporali fi ħdan l-AIP.
GEN 2.1.3 Sistema ta’ referenza orizzontali
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ referenza (ġeodetika) orizzontali użata, inklużi:
1.
|
l-isem/id-deżinjazzjoni tas-sistema ta’ referenza;
|
2.
|
l-identifikazzjoni u l-parametri tal-projjezzjoni;
|
3.
|
l-identifikazzjoni tal-ellipsojde użata;
|
4.
|
l-identifikazzjoni tad-datum użat;
|
5.
|
l-erja(s) ta’ applikazzjoni; u
|
6.
|
spjegazzjoni, jekk applikabbli, tal-asterisk użata sabiex jiġu identifikati dawk il-koordinati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar l-akkuratezza tal-Annessi 11 u 14 tal-ICAO.
|
GEN 2.1.4 Sistema ta’ referenza vertikali
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ referenza vertikali użata, inklużi:
1.
|
l-isem/id-deżinjazzjoni tas-sistema ta’ referenza;
|
2.
|
deskrizzjoni tal-mudell ġeojd użat inklużi l-parametri meħtieġa għat-trasformazzjoni tal-għoli bejn il-mudell użat u EGM-96;
|
3.
|
spjegazzjoni, jekk applikabbli, tal-asterisk użata sabiex jiġu identifikati dawk l-elevazzjonijiet/l-undulazzjonijiet tal-ġeojd li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar l-akkuratezza tal-Anness 14 tal-ICAO.
|
GEN 2.1.5 Nazzjonalità u marki ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru
Indikazzjoni tan-nazzjonalità u tal-marki ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru adottati mill-Istat Membru.
GEN 2.1.6 Festi pubbliċi
Lista ta’ festi pubbliċi b’indikazzjoni tas-servizzi affettwati.
GEN 2.2 Abbrevjazzjonijiet użati fil-pubblikazzjonijiet tal-AIS
Lista ta’ abbrevjazzjonijiet organizzati alfabetikament u tas-sinifikati rispettivi tagħhom użati mill-Istat Membru fl-AIP tiegħu u fid-distribuzzjoni ta’ data ajrunawtika u ta’ informazzjoni ajrunawtika b’annotazzjoni xierqa għal dawk l-abbrevjazzjonijiet nazzjonali li huma differenti minn dawk li jinsabu fid-Dokument 8400 tal-ICAO “Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Abbrevjazzjonijiet u Kodiċijiet tal-ICAO (PANS-ABC)”.
GEN 2.3 Simboli taċ-ċart
Lista ta’ simboli taċ-ċart organizzata skont is-serje taċ-ċart fejn jiġu applikati s-simboli.
GEN 2.4 Indikaturi tal-post
Lista ta’ indikaturi tal-post tal-ICAO organizzati alfabetikament assenjati għall-postijiet ta’ stazzjonijiet ajrunawtiċi fissi li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ kodifikazzjoni u ta’ dekodifikazzjoni. Għandha tiġi pprovduta annotazzjoni għall-postijiet mhux konnessi mas-servizz ajrunawtiku fiss (AFS).
GEN 2.5 Lista ta’ għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju
Lista ta’ għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju organizzata alfabetikament, li jkun fiha:
3.
|
it-tip ta’ faċilità/għajnuna;
|
4.
|
indikazzjoni jekk l-għajnuna taqdix skopijiet ta’ matul ir-rotta (E), tal-ajrudrom (A) jew doppji (AE).
|
GEN 2.6 Konverżjoni tal-unitajiet ta’ kejl
It-tabelli għall-konverżjoni jew, inkella, il-formuli tal-konverżjoni bejn:
1.
|
mili nawtiċi u kilometri u viċi versa;
|
2.
|
piedi u metri u viċi versa;
|
3.
|
minuti deċimali ta’ ark u sekondi ta’ ark u viċi versa;
|
4.
|
konverżjonijiet oħra kif xieraq.
|
GEN 2.7 Tlugħ/inżul ix-xemx
Informazzjoni dwar il-ħin ta’ tlugħ u ta’ nżul ix-xemx inkluża deskrizzjoni qasira tal-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-ħinijiet mogħtija u formula sempliċi jew tabella li minnha jistgħu jiġu kkalkolati l-ħinijiet għal kwalunkwe post fi ħdan it-territorju/iż-żona ta’ inkarigu tiegħu, jew inkella lista alfabetika ta’ postijiet li għalihom il-ħinijiet jingħataw f’tabella b’referenza għall-paġna relatata fit-tabella u t-tabelli dwar tlugħ/inżul ix-xemx għall-istazzjonijiet/postijiet magħżula, inklużi:
2.
|
indikatur tal-post tal-ICAO;
|
3.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi u f’minuti;
|
4.
|
id-data/i li għalihom jingħataw il-ħinijiet;
|
5.
|
il-ħin għall-bidu tal-għabex ċivili ta’ filgħodu;
|
6.
|
il-ħin għal tlugħ ix-xemx;
|
7.
|
il-ħin għal inżul ix-xemx; u
|
8.
|
il-ħin għat-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija.
|
GEN 3. SERVIZZI
GEN 3.1 Servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika
GEN 3.1.1 Servizz responsabbli
Deskrizzjoni tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS) ipprovdut u tal-komponenti ewlenin tiegħu, inklużi:
1.
|
l-isem tas-servizz/tal-unità;
|
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli;
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi, jekk ikun hemm.
|
GEN 3.1.2 Żona ta’ inkarigu
Iż-żona ta’ inkarigu għall-AIS.
GEN 3.1.3 Pubblikazzjonijiet ajrunawtiċi
Deskrizzjoni tal-elementi tal-prodotti ta’ informazzjoni ajrunawtika, inklużi:
1.
|
is-servizz ta’ emenda għall-AIP u dak relatat;
|
2.
|
Supplimenti għall-AIP;
|
4.
|
NOTAM u bullettini ta’ informazzjoni ta’ qabel titjira (PIB);
|
5.
|
listi ta’ kontroll u listi ta’ NOTAM validi;
|
Meta tintuża AIC għall-promulgazzjoni tal-prezzijiet tal-pubblikazzjoni, din għandha tkun indikata f’din is-sezzjoni tal-AIP.
GEN 3.1.4 Sistema tal-AIRAC
Deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-AIRAC ipprovduta inkluża tabella tad-dati preżenti u fil-futur qarib tal-AIRAC.
GEN 3.1.5 Servizzi ta’ informazzjoni qabel titjira fl-ajrudromi/fil-ħeliports
Lista ta’ ajrudromi/ta’ ħeliports li fihom l-informazzjoni ta’ qabel titjira tkun disponibbli bħala rutina, inkluża indikazzjoni ta’:
1.
|
elementi rilevanti tal-prodotti ta’ informazzjoni ajrunawtika miżmuma;
|
2.
|
mapep u ċarts rilevanti miżmuma;
|
3.
|
erja ta’ kopertura ġenerali rilevanti tat-tali data.
|
GEN 3.1.6 Settijiet ta’ data diġitali
1.
|
Deskrizzjoni tas-settijiet ta’ data disponibbli, inklużi:
(a)
|
titlu tas-sett ta’ data;
|
(c)
|
is-suġġetti tad-data inklużi;
|
(e)
|
jekk applikabbli, il-limitazzjonijiet relatati mal-użu tagħhom.
|
|
2.
|
Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif jistgħu jinkisbu s-settijiet ta’ data, li jkun fihom:
(a)
|
isem l-individwu, is-servizz jew l-organizzazzjoni responsabbli;
|
(b)
|
l-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-individwu, tas-servizz jew tal-organizzazzjoni responsabbli;
|
(c)
|
in-numru tat-telefax tal-individwu, tas-servizz jew tal-organizzazzjoni responsabbli;
|
(d)
|
in-numru tat-telefown għall-kuntatt tal-individwu, tas-servizz jew tal-organizzazzjoni responsabbli;
|
(e)
|
il-ħinijiet tas-servizz (il-perjodu ta’ ħin inkluża ż-żona tal-ħin meta jista’ jsir kuntatt);
|
(f)
|
informazzjoni online li tista’ tintuża sabiex jiġu kkuntattjati l-individwu, is-servizz jew l-organizzazzjoni; u
|
(g)
|
informazzjoni supplimentari, jekk meħtieġa, dwar kif u meta jistgħu jiġu kkuntattjati l-individwu, is-servizz jew l-organizzazzjoni.
|
|
GEN 3.2 Ċarts ajrunawtiċi
GEN 3.2.1 Servizz(i) responsabbli
Deskrizzjoni tas-servizz(i) responsabbli għall-produzzjoni ta’ ċarts ajrunawtiċi, inklużi:
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli; u
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi mill-ICAO, jekk ikun hemm.
|
GEN 3.2.2 Manutenzjoni taċ-ċarts
Deskrizzjoni qasira ta’ kif iċ-ċarts ajrunawtiċi jiġu riveduti u emendati.
GEN 3.2.3 Arranġamenti ta’ xiri
Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif jistgħu jinkisbu ċ-ċarts, li jkun fihom:
1.
|
is-servizz/l-aġenzija (jew aġenziji) tal-bejgħ;
|
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli.
|
GEN 3.2.4 Serje taċ-ċarts ajrunawtiċi disponibbli
lista ta’ serje taċ-ċarts ajrunawtiċi disponibbli segwita minn deskrizzjoni ġenerali ta’ kull serje u indikazzjoni tal-użu maħsub.
GEN 3.2.5 Lista ta’ ċarts ajrunawtiċi disponibbli
Lista ta’ ċarts ajrunawtiċi disponibbli, inklużi:
3.
|
l-isem u/jew in-numru ta’ kull ċart jew kull folja f’serje;
|
4.
|
il-prezz għal kull folja;
|
5.
|
id-data tal-aħħar reviżjoni.
|
GEN 3.2.6 Indiċi għaċ-Ċart Ajrunawtika Dinjija (WAC) — ICAO 1:1 000 000
Ċart ta’ indiċi li turi l-kopertura u t-tifsila tal-folji għad-WAC 1:1 000 000 prodotta minn Stat Membru. Jekk Ċart Ajrunawtika — ICAO 1:500 000 tkun prodotta minflok WAC 1:1 000 000, iċ-ċarts tal-indiċi għandhom jintużaw sabiex jindikaw il-kopertura u t-tifsila tal-folji għaċ-Ċart Ajrunawtika — ICAO 1:500 000.
GEN 3.2.7 Ċarts topografiċi
Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif jistgħu jinkisbu ċ-ċarts topografiċi, li jkun fihom:
1.
|
isem is-servizz/l-aġenzija (jew aġenziji);
|
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli.
|
GEN 3.2.8 Korrezzjonijiet għaċ-ċarts li ma jinsabux fl-AIP
Lista ta’ korrezzjonijiet għaċ-ċarts ajrunawtiċi li ma jinsabux fl-AIP, jew indikazzjoni ta’ fejn tista’ tinkiseb it-tali informazzjoni.
GEN 3.3 Servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)
GEN 3.3.1 Servizz responsabbli
Deskrizzjoni tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u tal-komponenti ewlenin tiegħu, inklużi:
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli;
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi mill-ICAO, jekk ikun hemm;
|
9.
|
indikazzjoni jekk is-servizz ma jkunx disponibbli għal 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.
|
GEN 3.3.2 Żona ta’ inkarigu
Deskrizzjoni qasira taż-żona ta’ inkarigu li għaliha huma pprovduti ATS.
GEN 3.3.3 Tipi ta’ servizzi
Deskrizzjoni qasira tat-tipi ewlenin ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru pprovduti.
GEN 3.3.4 Koordinazzjoni bejn l-operatur u l-ATS
Il-kundizzjonijiet ġenerali li fihom tkun affettwata l-koordinazzjoni bejn l-operatur u s-servizzi tat-traffiku tal-ajru.
GEN 3.3.5 Altitudni minima tat-titjir
Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-altitudnijiet minimi tat-titjir.
GEN 3.3.6 Lista ta’ indirizz tal-unitajiet tal-ATS
Lista ta’ unitajiet tal-ATS u tal-indirizzi tagħhom organizzati b’mod alfabetiku, li jkun fiha:
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli.
|
GEN 3.4 Servizzi ta’ komunikazzjoni
GEN 3.4.1 Servizz responsabbli
Deskrizzjoni tas-servizz responsabbli għall-provvista ta’ faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni u ta’ navigazzjoni, inklużi:
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli;
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi mill-ICAO, jekk ikun hemm;
|
9.
|
indikazzjoni jekk is-servizz ma jkunx disponibbli għal 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.
|
GEN 3.4.2 Żona ta’ inkarigu
Deskrizzjoni qasira taż-żona ta’ inkarigu li għaliha huwa pprovdut servizz ta’ telekomunikazzjoni.
GEN 3.4.3 Tipi ta’ servizz
Deskrizzjoni qasira tat-tipi ewlenin ta’ servizz u tal-faċilitajiet ipprovduti, inklużi:
1.
|
servizzi tan-navigazzjoni bir-radju;
|
2.
|
servizzi ta’ kollegament bil-vuċi u/jew tad-data;
|
3.
|
is-servizz tax-xandir;
|
4.
|
il-lingwa/i użata/i; u
|
5.
|
indikazzjoni ta’ fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dettaljata.
|
GEN 3.4.4 Rekwiżiti u kundizzjonijiet
Deskrizzjoni qasira rigward ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li fihom ikun disponibbli s-servizz ta’ komunikazzjoni.
GEN 3.4.5 Mixxelanji
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali (eż. stazzjonijiet partikolari tax-xandir bir-radju, dijagramma tat-telekomunikazzjoni).
GEN 3.5 Servizzi meteoroloġiċi
GEN 3.5.1 Servizz responsabbli
Deskrizzjoni qasira tas-servizz meteoroloġiku responsabbli għall-provvista ta’ informazzjoni meteoroloġika, inklużi:
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli;
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi, jekk ikun hemm;
|
9.
|
indikazzjoni jekk is-servizz ma jkunx disponibbli għal 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.
|
GEN 3.5.2 Żona ta’ inkarigu
Deskrizzjoni qasira taż-żona u/jew tar-rotot tal-ajru li għalihom huwa pprovdut servizz meteoroloġiku.
GEN 3.5.3 Osservazzjonijiet u rapporti meteoroloġiċi
Deskrizzjoni dettaljata tal-osservazzjonijiet u tar-rapporti meteoroloġiċi pprovduti għan-navigazzjoni internazzjonali bl-ajru, inklużi:
1.
|
isem l-istazzjon u l-indikatur tal-post tal-ICAO;
|
2.
|
it-tip u l-frekwenza tal-osservazzjoni inkluża indikazzjoni tat-tagħmir awtomatiku ta’ osservazzjoni;
|
3.
|
it-tipi ta’ rapporti meteoroloġiċi u d-disponibbiltà ta’ tbassir TREND;
|
4.
|
it-tip speċifiku ta’ sistema ta’ osservazzjoni u n-numru ta’ siti ta’ osservazzjoni użati għall-osservar u għar-rapportar tar-riħ qrib l-art, tal-viżibbiltà, tal-medda viżwali tar-runway, tal-bażi tas-sħab, tat-temperatura u, fejn applikabbli, tal-gradjent tar-riħ (eż. anemometru f’intersezzjoni ta’ runways, transmissometri qrib iż-żona tat-touch down, eċċ.);
|
5.
|
il-ħinijiet tal-operat;
|
6.
|
indikazzjoni tal-informazzjoni ajrunawtika klimatoloġika ajrunawtika disponibbli.
|
GEN 3.5.4 Tipi ta’ servizzi
Deskrizzjoni qasira tat-tipi ewlenin ta’ servizz ipprovduti, inklużi dettalji tal-briefing, konsultazzjoni, wiri ta’ informazzjoni meteoroloġika, dokumentazzjoni tat-titjira disponibbli għall-operaturi u għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, u tal-metodi u tal-mezzi użati għall-provvista tal-informazzjoni meteoroloġika.
GEN 3.5.5 Notifika meħtieġa mill-operaturi
L-ammont minimu ta’ notifika minn qabel meħtieġa mill-fornitur tas-servizz meteoroloġiku minn operaturi fir-rigward tal-briefing, tal-konsultazzjoni u tad-dokumentazzjoni tat-titjira u ta’ informazzjoni meteoroloġika oħra li jeħtieġ jew ibiddel.
GEN 3.5.6 Rapporti tal-inġenji tal-ajru
Skont kif ikun hemm bżonn, ir-rekwiżiti tal-fornitur tas-servizz meteoroloġiku għat-tiswir u għat-trażmissjoni ta’ rapporti tal-inġenji tal-ajru.
GEN 3.5.7 Servizz VOLMET
Deskrizzjoni tas-servizz VOLMET u/jew D-VOLMET, inklużi:
1.
|
isem l-istazzjon tat-trażmissjoni;
|
2.
|
is-sinjal tas-sejħa jew l-identifikazzjoni u l-abbrevjazzjoni għall-emissjoni tal-komunikazzjoni bir-radju;
|
3.
|
il-frekwenza jew il-frekwenzi użati għax-xandira;
|
4.
|
il-perjodu tax-xandir;
|
5.
|
il-ħinijiet tas-serviz;
|
6.
|
il-lista ta’ ajrudromi/ħeliports li għalihom huma inklużi rapporti u/jew tbassiriet; u
|
7.
|
rapporti, tbassiriet u informazzjoni SIGMET inklużi u rimarki.
|
GEN 3.5.8 Servizz SIGMET u AIRMET
Deskrizzjoni tal-osservazzjoni meteoroloġika pprovduta fi ħdan reġjuni ta’ informazzjoni dwar titjir jew erjas ta’ kontroll li għalihom huma pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru, inkluża lista tal-uffiċċji ta’ osservazzjoni meteoroloġika flimkien ma’:
1.
|
isem l-uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika, l-indikatur tal-post tal-ICAO;
|
2.
|
il-ħinijiet tas-serviz;
|
3.
|
ir-reġjun(i) ta’ informazzjoni dwar titjir jew l-erja(s) ta’ kontroll moqdija;
|
4.
|
il-perjodi ta’ validità tas-SIGMET;
|
5.
|
il-proċeduri speċifiċi applikati għall-informazzjoni SIGMET (eż. irmied volkaniku u ċikluni tropikali);
|
6.
|
il-proċeduri applikati għall-informazzjoni AIRMET (skont il-ftehimiet dwar in-navigazzjoni bl-ajru reġjonali rilevanti);
|
7.
|
l-unità(jiet) tal-ATS ipprovduti b’informazzjoni SIGMET u AIRMET;
|
8.
|
informazzjoni addizzjonali, bħal kwalunkwe limitazzjoni tas-servizz, eċċ.
|
GEN 3.5.9 Servizzi meteoroloġiċi awtomatizzati oħra
Deskrizzjoni tas-servizzi awtomatizzati disponibbli għall-provvista ta’ informazzjoni meteoroloġika (eż. servizz awtomatizzat ta’ informazzjoni qabel titjira aċċessibbli bit-telefown u/jew b’modem tal-kompjuter) inklużi:
2.
|
l-informazzjoni disponibbli;
|
3.
|
l-erjas, ir-rotot u l-ajrudromi koperti;
|
4.
|
it-telefown u n-numru/i tat-telefax, l-indirizz tal-posta elettronika, u, jekk disponibbli, l-indirizz tas-sit web.
|
GEN 3.6 Tiftix u salvataġġ (SAR)
GEN 3.6.1 Servizz(i) responsabbli
Deskrizzjoni qasira tas-servizz(i) responsabbli għall-provvista ta’ tiftix u salvatġaġ (SAR), inklużi:
1.
|
l-isem tas-servizz/tal-unità;
|
3.
|
in-numru tat-telefown;
|
5.
|
l-indirizz tal-posta elettronika;
|
7.
|
l-indirizz tas-sit web, jekk disponibbli; u
|
8.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat is-servizz u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi mill-ICAO, jekk ikun hemm.
|
GEN 3.6.2 Żona ta’ inkarigu
Deskrizzjoni qasira taż-żona ta’ inkarigu li fiha huma pprovduti s-servizzi tal-SAR.
GEN 3.6.3 Tipi ta’ servizz
Deskrizzjoni qasira u tifsila ġeografika, fejn xieraq, tat-tip ta’ servizz u ta’ faċilitajiet ipprovduti inklużi indikazzjonijiet fejn il-kopertura fl-ajru tal-SAR tkun dipendenti fuq skjerament sinifikanti tal-inġenji tal-ajru.
GEN 3.6.4 Ftehimiet tal-SAR
Deskrizzjoni qasira tal-ftehimiet tal-SAR fis-seħħ, inklużi dispożizzjonijiet għall-faċilitazzjoni tad-dħul u tat-tluq tal-inġenji tal-ajru ta’ Stati Membri oħrajn għat-tiftix, għas-salvataġġ jew għat-tiswija b’rabta ma’ inġenji tal-ajru mitlufa jew li jġarrbu l-ħsara, b’notifika mill-ajru biss jew inkella wara notifika tal-pjan tat-titjira.
GEN 3.6.5 Kundizzjonijiet tad-disponibbiltà
Deskrizzjoni qasira tad-dispożizzjonijiet għall-SAR, inklużi l-kundizzjonijiet ġenerali li fihom is-servizz u l-faċilitajiet huma disponibbli għal użu internazzjonali, inkluża indikazzjoni ta’ jekk faċilità disponibbli għall-SAR tkunx speċjalizzata f’tekniki u f’funzjonijiet tal-SAR, jew tkunx użata b’mod partikolari għal skopijiet oħra iżda adattata għal skopijiet tal-SAR b’taħriġ u b’tagħmir, jew tkunx disponibbli okkażjonalment biss u ma jkollha l-ebda taħriġ jew tħejjija partikolari għall-ħidma ta’ SAR.
GEN 3.6.6 Proċeduri u sinjali użati
Deskrizzjoni qasira tal-proċeduri u tas-sinjali użati mill-inġenji tal-ajru ta’ salvataġġ u tabella li turi s-sinjali li jridu jintużaw mis-sopravissuti.
GEN 4. IMPOSTI GĦAL AJRUDROMI/ĦELIPORTS U GĦAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU (ANS)
Tista’ ssir referenza għal fejn jistgħu jinkisbu dettalji dwar l-imposti propji, jekk dawn ma jkunux spjegati f’dan il-kapitolu.
GEN 4.1 Imposti tal-ajrudromi/ħeliports
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ imposti li jistgħu jkunu applikabbli fl-ajrudromi/fil-ħeliports disponibbli għal użu internazzjonali, inklużi:
1.
|
l-illandjar tal-inġenji tal-ajru;
|
2.
|
l-ipparkjar, iż-żamma f’ħangar u l-ħżin fit-tul tal-inġenji tal-ajru;
|
3.
|
is-servizz tal-passiġġieri;
|
5.
|
elementi relatati mal-istorbju;
|
6.
|
oħrajn (dwana, saħħa, immigrazzjoni, eċċ.);
|
7.
|
eżenzjonijiet/tnaqqisiet; u
|
GEN 4.2 Imposti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
Deskrizzjoni qasira tal-imposti li jistgħu jkunu applikabbli għall-ANS ipprovduti għal użu internazzjonali, inklużi:
1.
|
il-kontroll tal-avviċinament;
|
3.
|
il-bażi tal-kost għall-ANS u l-eżenzjonijiet/it-tnaqqisiet;
|
PARTI 2 — MATUL IR-ROTTA (ENR)
Jekk AIP tiġi prodotta u titqiegħed għad-dispożizzjoni f’aktar minn volum wieħed b’kull wieħed li jkollu servizz ta’ emenda u ta’ suppliment separat, prefazjoni separata, rekord tal-Emendi għall-AIP, rekord tas-Supplimenti għall-AIP, lista ta’ kontroll tal-paġni tal-AIP u lista ta’ emendi kurrenti bl-idejn għandhom ikunu inklużi f’kull volum. Fil-każ ta’ AIP li tiġi ppubblikata bħala volum wieħed, l-annotazzjoni “mhux applikabbli” għandha tiddaħħal f’kull waħda mis-subsezzjonijiet ta’ hawn fuq.
ENR 0.6 Werrej għall-Parti 2
Lista ta’ sezzjonijiet u ta’ subsezzjonijiet li jinsabu fil-Parti 2 — Matul ir-rotta.
ENR 1. REGOLI U PROĊEDURI ĠENERALI
ENR 1.1 Regoli ġenerali
Ir-regoli ġenerali għandhom jiġu ppubblikati kif applikati fi ħdan l-Istat Membru.
ENR 1.2 Regoli tat-titjir viżwali
Ir-regoli tat-titjir viżwali għandhom jiġu ppubblikati kif applikati fi ħdan l-Istat Membru.
ENR 1.3 Regoli tat-titjir bl-istrumenti
Ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti għandhom jiġu ppubblikati kif applikati fi ħdan l-Istat Membru.
ENR 1.3.1 Regoli applikabbli għat-titjiriet IFR kollha
ENR 1.3.2 Regoli applikabbli għat-titjiriet IFR fi ħdan spazju tal-ajru kkontrollat
ENR 1.3.3 Regoli applikabbli għat-titjiriet IFR barra spazju tal-ajru kkontrollat
ENR 1.3.4 Proċeduri ġenerali ta’ spazju tal-ajru b’rotot liberi (FRA)
Proċeduri relatati mal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi, inklużi spjegazzjonijiet u definizzjonijiet tal-punti rilevanti applikati tal-FRA. Fil-każ ta’ implimentazzjoni transfruntiera tal-FRA, l-FIRs/UIRs jew is-CTAs/il-UTAs involuti għandhom ikunu indikati fil-punt ENR 1.3.
ENR 1.4 Klassifikazzjoni u deskrizzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-ATS
ENR 1.4.1 Klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-ATS
Id-deskrizzjoni tal-klassijiet ta’ spazju tal-ajru tal-ATS fil-forma ta’ tabella ta’ klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-ATS fl-Appendiċi 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, annotata kif xieraq sabiex tindika dawk il-klassijiet tal-ispazju tal-ajru li ma jintużawx mill-Istat Membru.
ENR 1.4.2 Deskrizzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-ATS
Deskrizzjonijiet oħra tal-ispazju tal-ajru tal-ATS, kif applikabbli, inklużi deskrizzjonijiet testwali ġenerali.
ENR 1.5 Proċeduri ta’ żamma, ta’ avviċinament u ta’ tluq
ENR 1.5.1 Ġenerali
Ir-rekwiżit huwa għal dikjarazzjoni li tikkonċerna l-kriterji li fuqhum huma stabbiliti l-proċeduri ta’ żamma, ta’ avviċinament u ta’ tluq.
ENR 1.5.2 Titjiriet li jaslu
Għandhom jiġu ppreżentati l-proċeduri (navigazzjoni konvenzjonali jew tal-erja jew it-tnejn li huma) għal titjiriet li jaslu li huma komuni għal titjiriet fl-istess tip ta’ spazju tal-ajru jew fi ħdanu. Jekk japplikaw proċeduri differenti fi ħdan spazju tal-ajru tat-terminal, għandha tingħata nota dwar dan flimkien ma’ referenza għal fejn jistgħu jinstabu l-proċeduri speċifiċi.
ENR 1.5.3 Titjiriet li jitilqu
Għandhom jiġu ppreżentati l-proċeduri (navigazzjoni konvenzjonali jew tal-erja jew it-tnejn li huma) għal titjiriet li jitilqu li huma komuni għal titjiriet li jitilqu minn kwalunkwe ajrudrom/ħeliport.
ENR 1.5.4 Informazzjoni u proċeduri rilevanti oħra
Deskrizzjoni qasira ta’ informazzjoni addizzjonali, eż. proċeduri tad-dħul, allinjament tal-avviċinament finali, proċeduri ta’ żamma u xejriet.
ENR 1.6 Servizzi u proċeduri ta’ sorveljanza tal-ATS
ENR 1.6.1 Radar primarju
Deskrizzjoni tas-servizzi u tal-proċeduri tar-radar primarju, inklużi:
1.
|
servizzi supplimentari;
|
2.
|
l-applikazzjoni ta’ servizz ta’ kontroll bir-radar;
|
3.
|
proċeduri ta’ ħsara fil-komunikazzjoni bir-radar u mill-ajru għall-art;
|
4.
|
rekwiżiti ta’ rapportar tal-pożizzjoni tal-komunikazzjonijiet b’kollegament bil-vuċi u tad-data bejn il-kontrollur u l-bdot (CPDLC); u
|
5.
|
turija grafika tal-erja tal-kopertura tar-radar.
|
ENR 1.6.2 Radar ta’ sorveljanza sekondarja (SSR)
Deskrizzjoni tal-proċeduri operazzjonali tar-radar ta’ sorveljanza sekondarja (SSR), inklużi:
1.
|
il-proċeduri f’emerġenza;
|
2.
|
il-proċeduri fil-każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni mill-ajru għall-art u fil-każ ta’ interferenza illegali;
|
3.
|
is-sistema ta’ assenjament ta’ kodiċi tal-SSR;
|
4.
|
ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-pożizzjoni bil-vuċi u bis-CPDLC; u
|
5.
|
turija grafika tal-erja tal-kopertura tal-SSR.
|
ENR 1.6.3 Sorveljanza dipendenti awtomatika — xandira (ADS-B)
Deskrizzjoni tal-proċeduri operazzjonali tas-sorveljanza dipendenti awtomatika — xandira (ADS-B), inklużi:
1.
|
il-proċeduri f’emerġenza;
|
2.
|
il-proċeduri fil-każ ta’ ħsara fil-komunikazzjoni mill-ajru għall-art u fil-każ ta’ interferenza illegali;
|
3.
|
ir-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
|
4.
|
ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-pożizzjoni bil-vuċi u bis-CPDLC; u
|
5.
|
turija grafika tal-erja tal-kopertura tal-ADS-B.
|
ENR 1.6.4 Informazzjoni u proċeduri rilevanti oħra
Deskrizzjoni qasira tal-informazzjoni u tal-proċeduri addizzjonali, eż. proċeduri f’każ ta’ ħsara fir-radar u proċeduri f’każ ta’ ħsara fit-transponder.
ENR 1.7 Proċeduri ta’ ssettjar tal-altimetru
Għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni tal-proċeduri ta’ ssettjar tal-altimetru użati, inklużi:
1.
|
introduzzjoni qasira b’dikjarazzjoni dwar id-dokumenti tal-ICAO li fuqhom huma bbażati l-proċeduri b’differenzi mid-dispożizzjonijiet tal-ICAO, jekk ikun hemm;
|
2.
|
il-proċeduri bażiċi ta’ ssettjar tal-altimetru;
|
3.
|
deskrizzjoni tar-reġjun(i) ta’ ssettjar tal-altimetru;
|
4.
|
il-proċeduri applikabbli għall-operaturi (inklużi l-bdoti); u
|
5.
|
tabella tal-livelli tal-cruising.
|
ENR 1.8 Proċeduri supplimentari reġjonali tal-ICAO
Għandhom jiġu ppreżentati l-proċeduri supplimentari reġjonali (SUPPs) li jaffettwaw iż-żona ta’ inkarigu sħiħa.
ENR 1.9 Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM) u tal-ispazju tal-ajru
Deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-ATFM u tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, inklużi:
1.
|
l-istruttura tal-ATFM, l-erja tas-servizz, is-servizz ipprovdut, il-post tal-unità(jiet) u l-ħinijiet tal-operat;
|
2.
|
it-tipi ta’ messaġġi ta’ fluss u d-deskrizzjonijiet tal-formats; u
|
3.
|
il-proċeduri applikabbli għat-titjiriet li sejrin, li jkun fihom:
(a)
|
is-servizz responsabbli għall-provvista ta’ informazzjoni dwar il-miżuri applikati tal-ATFM;
|
(b)
|
ir-rekwiżiti tal-pjan tat-titjira; u
|
(c)
|
l-allokazzjonijiet tal-islotts.
|
|
4.
|
informazzjoni dwar ir-responsabbiltà ġenerali rigward il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru fi ħdan l-FIR(s), dettalji tal-allokazzjoni tal-ispazju tal-ajru ċivili/militari u koordinazzjoni tal-ġestjoni, l-istruttura tal-ispazju tal-ajru maniġġjabbli (allokazzjoni u bidliet fl-allokazzjoni) u proċeduri operazzjonali ġenerali.
|
ENR 1.10 Ippjanar tat-titjiriet
Għandha tkun indikata kwalunkwe restrizzjoni, limitazzjoni jew informazzjoni konsultattiva relatata mal-istadju ta’ ppjanar tat-titjira li tista’ tassisti lill-utent fil-preżentazzjoni tal-operazzjoni maħsuba tat-titjir, inklużi:
1.
|
il-proċeduri għas-sottomissjoni ta’ pjan tat-titjira;
|
2.
|
is-sistema ripetittiva tal-pjan tat-titjira; u
|
3.
|
il-bidliet fil-pjan tat-titjira sottomess.
|
ENR 1.11 Indirizzar tal-messaġġi tal-pjan tat-titjira
Għandha tkun inkluża indikazzjoni, f’forma tabulari, tal-indirizzi allokati għall-pjanijiet tat-titjiriet, li turi:
1.
|
il-kategorija tat-titjira (IFR, VFR jew it-tnejn li huma);
|
2.
|
ir-rotta (fl-FIR u/jew fit-TMA jew permezz tagħhom); u
|
3.
|
l-indirizz tal-messaġġ.
|
ENR 1.12 Interċettazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili
Dikjarazzjoni kompluta tal-proċeduri ta’ interċettazzjoni u tas-sinjali viżwali li għandhom jintużaw għandha tkun indikata b’indikazzjoni ċara ta’ jekk id-dispożizzjonijiet tal-ICAO humiex applikati u, jekk le, li jeżistu differenzi.
ENR 1.13 Interferenza illegali
Għandhom jiġu ppreżentati l-proċeduri xierqa li jridu jiġu applikati f’każ ta’ interferenza illegali.
ENR 1.14 Inċidenti tat-traffiku tal-ajru
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ rapportar tal-inċidenti tat-traffiku tal-ajru, inklużi:
1.
|
definizzjoni ta’ inċidenti tat-traffiku tal-ajru;
|
2.
|
użu tal-“Formola ta’ Rapportar ta’ Inċidenti tat-Traffiku tal-Ajru”;
|
3.
|
il-proċeduri ta’ rapportar (inklużi proċeduri matul it-titjira); u
|
4.
|
l-iskop tar-rapportar u tal-immaniġġjar tal-formola.
|
ENR 2. SPAZJU TAL-AJRU TAS-SERVIZZI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
ENR 2.1 FIR, UIR, TMA u CTA
Deskrizzjoni dettaljata tar-reġjuni ta’ informazzjoni dwar titjir (FIRs), tar-reġjuni superjuri ta’ informazzjoni dwar titjir (UIRs), u tal-erjas ta’ kontroll (CTAs) (inklużi CTAs speċifiċi bħal TMAs), inklużi:
1.
|
l-isem, il-koordinati ġeografiċi fi gradi u f’minuti tal-limiti laterali tal-FIR/UIR u fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-limiti laterali, tal-limiti vertikali u tal-klassi tal-ispazju tal-ajru tas-CTA;
|
2.
|
identifikazzjoni tal-unità li tipprovdi s-servizz;
|
3.
|
is-sinjal tas-sejħa tal-istazzjon ajrunawtika li taqdi l-unità u l-lingwa/i użata/i, filwaqt li jiġu speċifikati l-erja u l-kundizzjonijiet, meta u fejn għandu jintuża, jekk applikabbli;
|
4.
|
il-frekwenzi, u jekk applikabbli n-numru SATVOICE, supplimentati b’indikazzjonijiet għal skopijiet speċifiċi; u
|
Iż-żoni ta’ kontroll madwar il-bażijiet tal-ajru militari li mhumiex deskritti b’xi mod ieħor fl-AIP għandhom jiġu inklużi f’din is-subsezzjoni. Meta r-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 li jikkonċernaw pjanijiet tat-titjiriet, komunikazzjonijiet bidirezzjonali u rapportar tal-pożizzjoni jkunu japplikaw għat-titjiriet kollha sabiex tiġi eliminata jew titnaqqas il-ħtieġa għal interċettazzjonijiet u/jew fejn tkun teżisti l-possibbiltà ta’ interċettazzjoni u tkun meħtieġa l-manutenzjoni ta’ għassa fuq il-kanal ta’ emerġenza b’VHF 121.500 MHz, dikjarazzjoni f’dan ir-rigward għandha tkun inkluża għall-erja(s) rilevanti jew għall-parti(jiet) rilevanti tagħha.
Deskrizzjoni tal-erjas deżinjati li fuqhom huwa meħtieġ il-ġarr ta’ trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT) u fejn l-inġenji tal-ajru għandhom jgħassu kontinwament il-frekwenza ta’ emerġenza b’VHF 121.500 MHz, ħlief għal dawk il-perjodi meta l-inġenji tal-ajru jwettqu komunikazzjonijiet fuq kanali oħrajn b’VHF jew meta l-limitazzjonijiet tat-tagħmir fl-ajru jew id-doveri tal-kabina tal-bdot ma jippermettux tgħassis simultanju ta’ żewġ kanali.
ENR 2.2 Spazju tal-ajru rregolat ieħor
Deskrizzjoni dettaljata taż-żoni obbligatorju tar-radju (RMZs) u taż-żoni obbligatorji tat-transponder (TMZs), inklużi:
1.
|
l-isem, il-koordinati ġeografiċi fi gradi u f’minuti tal-limiti laterali tal-RMZ/TMZ;
|
2.
|
il-limiti vertikali fil-livelli tat-titjiriet, jew f’piedi;
|
Meta stabbiliti, deskrizzjoni dettaljata ta’ tipi oħra ta’ spazju tal-ajru rregolati u ta’ klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru.
ENR 3. ROTOT TAL-ATS
ENR 3.1 Rotot inferjuri tal-ATS
Deskrizzjoni dettaljata tar-rotot inferjuri tal-ATS, inklużi:
1.
|
deżinjatur tar-rotta, deżinjazzjoni tal-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni tal-komunikazzjoni meħtieġa (RCP), speċifikazzjoni(jiet) tan-navigazzjoni u/jew speċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni ta’ sorveljanza meħtieġa (RSP) applikabbli għal segment(i) speċifikati, ismijiet, deżinjaturi kodifikati jew kodiċijiet bl-isem u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-punti sinifikanti kollha li jiddefinixxu r-rotta inklużi punti ta’ rapportar “obbligatorji” jew “fuq talba”;
|
2.
|
trajettorji jew radjali tal-VOR sal-eqreb grad, id-distanza ġeodesika sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ kilometru jew wieħed minn għaxra ta’ mil nawtiku bejn kull punt sinifikanti ddeżinjat suċċessiv u, fil-każ ta’ radjali tal-VOR, il-punti ta’ bidla;
|
3.
|
il-limiti superjuri u inferjuri jew l-altitudnijiet minimi matul ir-rotta, sal-eqreb l-ogħla 50 m jew 100 pied, u l-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
4.
|
limiti laterali u altitudnijiet minimi tal-qtugħ mill-ostakoli;
|
5.
|
id-direzzjoni tal-livelli tal-cruising;
|
6.
|
ir-rekwiżit ta’ akkuratezza tan-navigazzjoni għal kull segment tar-rotta tatan-naigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) (RNAV jew RNP); u
|
7.
|
rimarki, inklużi indikazzjoni tal-unità li tikkontrolla, il-kanal operazzjonali tagħha u, jekk applikabbli, l-indirizz tal-illoggjar tagħha, in-numru tas-SATVOICE, u kwalunkwe limitazzjoni għan-navigazzjoni, l-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-RCP u tal-RSP.
|
ENR 3.2 Rotot superjuri tal-ATS
Deskrizzjoni dettaljata tar-rotot superjuri tal-ATS, inklużi:
1.
|
deżinjatur tar-rotta, deżinjazzjoni tal-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni tal-komunikazzjoni meħtieġa (RCP), speċifikazzjoni(jiet) tan-navigazzjoni u/jew speċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni ta’ sorveljanza meħtieġa (RSP) applikabbli għal segment(i) speċifikati, ismijiet, deżinjaturi kodifikati jew kodiċijiet bl-isem u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-punti sinifikanti kollha li jiddefinixxu r-rotta inklużi punti ta’ rapportar “obbligatorji” jew “fuq talba”;
|
2.
|
trajettorji jew radjali tal-VOR sal-eqreb grad, id-distanza ġeodesika sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ kilometru jew wieħed minn għaxra ta’ mil nawtiku bejn kull punt sinifikanti ddeżinjat suċċessiv u, fil-każ ta’ radjali tal-VOR, il-punti ta’ bidla;
|
3.
|
il-limiti superjuri u inferjuri u l-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
5.
|
id-direzzjoni tal-livelli tal-cruising;
|
6.
|
ir-rekwiżit ta’ akkuratezza tan-navigazzjoni għal kull segment tar-rotta tal-PBN (RNAV jew RNP); u
|
7.
|
rimarki, inklużi indikazzjoni tal-unità li tikkontrolla, il-kanal operazzjonali tagħha u, jekk applikabbli, l-indirizz tal-illoggjar tagħha, in-numru tas-SATVOICE, u kwalunkwe limitazzjoni għan-navigazzjoni, l-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-RCP u tal-RSP.
|
ENR 3.3 Rotot tan-navigazzjoni tal-erja
Deskrizzjoni dettaljata tar-rotot tal-PBN (RNAV u RNP), inklużi:
1.
|
deżinjatur tar-rotta, deżinjazzjoni tal-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni tal-komunikazzjoni meħtieġa (RCP), speċifikazzjoni(jiet) tan-navigazzjoni u/jew speċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni ta’ sorveljanza meħtieġa (RSP) applikabbli għal segment(i) speċifikati, ismijiet, deżinjaturi kodifikati jew kodiċijiet bl-isem u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-punti sinifikanti kollha li jiddefinixxu r-rotta inklużi punti ta’ rapportar “obbligatorji” jew “fuq talba”;
|
2.
|
fir-rigward tal-waypoints li jiddefinixxu rotta ta’ navigazzjoni tal-erja, b’mod addizzjonali skont kif ikun applikabbli:
(a)
|
l-identifikazzjoni tal-istazzjon tal-VOR/tad-DME ta’ referenza;
|
(b)
|
il-bering sal-eqreb grad u d-distanza sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ kilometru jew wieħed minn għaxra ta’ mil nawtiku mill-VOR/mid-DME ta’ referenza jekk il-waypoint ma jiġix kollokat magħha; u
|
(c)
|
l-elevazzjoni tal-antenna trażmittenti tad-DME sal-eqreb 30 m (100 pied);
|
|
3.
|
il-bering manjetiku sal-eqreb grad, id-distanza ġeodesika sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ kilometru jew wieħed minn għaxra ta’ mil nawtiku bejn il-punti tat-tmiem definiti u d-distanza bejn kull punt sinifikanti ddeżinjat suċċessiv;
|
4.
|
il-limiti superjuri u inferjuri u l-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
5.
|
id-direzzjoni tal-livelli tal-cruising;
|
6.
|
ir-rekwiżit ta’ akkuratezza tan-navigazzjoni għal kull segment tar-rotta tal-PBN (RNAV jew RNP); u
|
7.
|
rimarki, inklużi indikazzjoni tal-unità li tikkontrolla, il-kanal operazzjonali tagħha u, jekk applikabbli, l-indirizz tal-illoggjar tagħha, in-numru tas-SATVOICE, u kwalunkwe limitazzjoni għan-navigazzjoni, l-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-RCP u tal-RSP.
|
ENR 3.4 Rotot tal-ħelikopter
Deskrizzjoni dettaljata tar-rotot tal-ħelikopter, inklużi:
1.
|
deżinjatur tar-rotta, deżinjazzjoni tal-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni tal-komunikazzjoni meħtieġa (RCP), speċifikazzjoni(jiet) tan-navigazzjoni u/jew speċifikazzjoni(jiet) tal-prestazzjoni ta’ sorveljanza meħtieġa (RSP) applikabbli għal segment(i) speċifikati, ismijiet, deżinjaturi kodifikati jew kodiċijiet bl-isem u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-punti sinifikanti kollha li jiddefinixxu r-rotta inklużi punti ta’ rapportar “obbligatorji” jew “fuq talba”;
|
2.
|
trajettorji jew radjali tal-VOR sal-eqreb grad, id-distanza ġeodesika sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ kilometru jew wieħed minn għaxra ta’ mil nawtiku bejn kull punt sinifikanti ddeżinjat suċċessiv u, fil-każ ta’ radjali tal-VOR, il-punti ta’ bidla;
|
3.
|
il-limiti superjuri u inferjuri u l-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
4.
|
l-altitudnijiet minimi tat-titjir sal-eqreb l-ogħla 50 m jew 100 pied;
|
5.
|
ir-rekwiżit ta’ akkuratezza tan-navigazzjoni għal kull segment tar-rotta tal-PBN (RNAV jew RNP); u
|
6.
|
rimarki, inklużi indikazzjoni tal-unità li tikkontrolla, il-kanal operazzjonali tagħha u, jekk applikabbli, l-indirizz tal-illoggjar tagħha, in-numru tas-SATVOICE, u kwalunkwe limitazzjoni għan-navigazzjoni, l-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-RCP u tal-RSP.
|
ENR 3.5 Rotot oħra
Ir-rekwiżit huwa li jiġu deskritti rotot iddeżinjati b’mod speċifiku oħrajn li huma obbligatorji fi ħdan l-erja(s) speċifikata/i.
Deskrizzjoni tal-ispazju tal-ajru (FRA), bħala l-ispazju tal-ajru speċifikat li fih l-utenti jistgħu jippjanaw liberament rotot diretti bejn punt tad-dħul definit u punt tal-ħruġ definit, inkluża informazzjoni dwar ir-rotot diretti, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ waypoints għar-rotot diretti u l-indikazzjoni fil-pjan tat-titjira (attribut 15). Għandhom jiġu deskritti l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzonijiet tal-ATC.
ENR 3.6 Żamma matul ir-rotta
Ir-rekwiżit huwa għal deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta’ żamma matul ir-rotta, li jkun fiha:
1.
|
l-identifikazzjoni taż-żamma (jekk teżisti) u l-punt ta’ referenza taż-żamma (għajnuna għan-navigazzjoni) jew il-waypoint b’koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi;
|
2.
|
it-trajettorja f’direzzjoni ’l ġewwa;
|
3.
|
id-direzzjoni tad-dawra tal-proċedura;
|
4.
|
il-veloċità ajrudinamika massima indikata;
|
5.
|
il-livell minimu u massimu taż-żamma;
|
6.
|
il-ħin/distanza f’direzzjoni ’l barra; u
|
7.
|
indikazzjoni tal-unità tal-kontroll u l-frekwenza operazzjonali tagħha.
|
ENR 4. GĦAJNUNIET/SISTEMI TAN-NAVIGAZZJONI BIR-RADJU
ENR 4.1 Għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju — matul ir-rotta
Lista ta’ stazzjonijiet li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bir-radju stabbiliti għal skopijiet matul ir-rotta u mqassma b’mod alfabetiku skont l-isem tal-istazzjon, inklużi:
1.
|
isem l-istazzjon u l-varjazzjoni manjetika sal-eqreb grad u għall-VOR, id-deklinazzjoni tal-istazzjon sal-eqreb grad, użata għal allinjar tekniku tal-għajnuna;
|
3.
|
il-frekwenza/il-kanal għal kull element;
|
4.
|
il-ħinijiet tal-operat;
|
5.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-pożizzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni;
|
6.
|
l-elevazzjoni tal-antenna trażmittenti tad-DME sal-eqreb 30 m (100 pied); u
|
Jekk l-awtorità operazzjonali tal-faċilità ma tkunx l-awtorità ddeżinjata, l-isem tal-awtorità operazzjonali għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki. Il-kopertura tal-faċilità għandha tkun indikata fil-kolonna tar-rimarki.
ENR 4.2 Sistemi speċjali tan-navigazzjoni
Deskrizzjoni tal-istazzjonijiet assoċjati mas-sistemi speċjali tan-navigazzjoni, inklużi:
1.
|
isem l-istazzjon jew il-katina;
|
2.
|
it-tip ta’ servizz disponibbli (sinjal prinċipali, sinjal subordinat, kulur);
|
3.
|
il-frekwenza (numru tal-kanal, ir-rata tal-pulsazzjoni bażika, ir-rata ta’ rikorrenza, kif applikabbli);
|
4.
|
il-ħinijiet tal-operat;
|
5.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-pożizzjoni tal-istazzjon tat-trażmissjoni; u
|
Jekk l-awtorità operazzjonali tal-faċilità ma tkunx l-awtorità ddeżinjata, l-isem tal-awtorità operazzjonali għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki. Il-kopertura tal-faċilità għandha tkun indikata fil-kolonna tar-rimarki.
ENR 4.3 Sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS)
Lista u deskrizzjoni tal-elementi tas-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) li jipprovdu s-servizz tan-navigazzjoni stabbilit għal skopijiet ta’ matul ir-rotta u mqassma b’mod alfabetiku skont l-isem tal-element, inklużi:
1.
|
l-isem tal-element tal-GNSS (GPS, GLONASS, EGNOS, MSAS, WAAS, eċċ.);
|
2.
|
il-ferkwenza/i, kif ikun xieraq;
|
3.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-erja tas-servizz nominali u tal-erja tal-kopertura; u
|
Jekk l-awtorità operazzjonali tal-faċilità ma tkunx l-awtorità ddeżinjata, l-isem tal-awtorità operazzjonali għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki.
ENR 4.4 Deżinjaturi tal-kodiċi tal-isem għal punti sinifikanti
Lista mqassma alfabetikament ta’ deżinjaturi tal-kodiċi tal-isem (“kodiċi bl-isem” pronunzjabbli b’ħames ittri) stabbiliti għal punti sinifikanti f’pożizzjonijiet mhux immarkati mis-sit ta’ għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju, inklużi:
1.
|
deżinjatur tal-kodiċi bl-isem;
|
2.
|
il-koordinati ġeografiċi tal-pożizzjoni fi gradi, f’minuti u f’sekondi;
|
3.
|
referenza għall-ATS u għal rotot oħra fejn jinsab il-punt; u
|
4.
|
rimarki, inkluża definizzjoni supplimentari tal-pożizzjonijiet, fejn meħtieġa.
|
ENR 4.5 Dawl ajrunawtiku fuq l-art — matul ir-rotta
Lista ta’ dawl ajrunawtiku fuq l-art u ta’ sinjali oħra tad-dawl li jiddeżinjaw pożizzjonijiet ġeografiċi li jintgħażlu mill-Istat Membru bħala sinifikanti, inklużi:
1.
|
isem il-belt jew il-belt żgħira jew identifikazzjoni oħra tas-sinjal;
|
2.
|
it-tip ta’ sinjal u l-intensità tad-dawl f’eluf ta’ kandeli;
|
3.
|
il-karatteristiċi tas-sinjal;
|
4.
|
il-ħinijiet operazzjonali; u
|
ENR 5. TWISSIJIET DWAR IN-NAVIGAZZJONI
ENR 5.1 Erjas ipprojbiti, ristretti u ta’ periklu
Deskrizzjoni, supplimentata minn turija grafika, fejn xieraq, ta’ erjas ipprojbiti, ristretti u ta’ periklu flimkien ma’ informazzjoni rigward l-istabbiliment u l-attivazzjoni tagħhom, inklużi:
1.
|
l-identifikazzjoni, l-isem u l-koordinati ġeografiċi tal-limiti laterali fi gradi, f’minuti u f’sekondi, jekk ġewwa, u fi gradi u f’minuti, jekk barra mil-limiti tal-erjas ta’ kontroll/taż-żoni ta’ kontroll;
|
2.
|
il-limiti superjuri u inferjuri; u
|
3.
|
rimarki, inkluż il-ħin tal-attività.
|
It-tip ta’ restrizzjoni jew in-natura tal-periklu u r-riskju ta’ interċettazzjoni fil-każ ta’ penetrazzjoni għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki.
ENR 5.2 Żoni ta’ eżerċizzju u ta’ taħriġ militari u żona ta’ identifikazzjoni għad-difiża tal-ajru (ADIZ)
Deskrizzjoni, supplimentata b’turija grafika, fejn xieraq, tal-erjas ta’ taħriġ militari u ta’ eżerċizzji militari stabbiliti li jseħħu f’intervalli regolari, u żona ta’ identifikazzjoni għad-difiża tal-ajru (ADIZ) stabbilita, inklużi:
1.
|
il-koordinati ġeografiċi tal-limiti laterali fi gradi, f’minuti u f’sekondi, jekk ġewwa, u fi gradi u f’minuti, jekk barra mil-limiti tal-erjas ta’ kontroll/taż-żoni ta’ kontroll;
|
2.
|
il-limiti superjuri u inferjuri, u s-sistema u l-mezzi ta’ attivazzjoni flimkien ma’ informazzjoni pertinenti għal titjiriet ċivili u applikabbli għal proċeduri ta’ ADIZ; u
|
3.
|
rimarki, inklużi l-ħin ta’ attività u r-riskju ta’ interċettazzjoni fil-każ ta’ penetrazzjoni tal-ADIZ.
|
ENR 5.3 Attivitajiet oħra ta’ natura perikoluża u perikli potenzjali oħra
ENR 5.3.1 Attivitajiet oħra ta’ natura perikoluża
Deskrizzjoni, supplimentata minn ċarts fejn xieraq, ta’ attivitajiet li jikkostitwixxu periklu speċifiku jew ovvju għall-operat ta’ inġenji tal-ajru u li jistgħu jaffettwaw it-titjiriet, inklużi:
1.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi u f’minuti taċ-ċentru tal-erja u l-medda ta’ influwenza;
|
4.
|
l-awtorità responsabbli għall-provvista ta’ informazzjoni; u
|
5.
|
rimarki, inkluż il-ħin tal-attività.
|
ENR 5.3.2 Perikli potenzjali oħra
Deskrizzjoni, supplimentata minn ċarts fejn xieraq, ta’ perikli potenzjali oħra li jistgħu jaffettwaw it-titjiriet (eż. vulkani attivi, impjanti tal-enerġija nukleari, eċċ.), inklużi:
1.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi u f’minuti tal-post ta’ periklu potenzjali;
|
4.
|
l-awtorità responsabbli għall-provvista ta’ informazzjoni; u
|
ENR 5.4 Ostakoli għan-navigazzjoni bl-ajru
Il-lista ta’ ostakoli li jaffettwaw in-navigazzjoni bl-ajru fiż-Żona 1 (it-territorju sħiħ tal-Istat Membru), inklużi:
1.
|
identifikazzjoni jew deżinjazzjoni tal-ostakoli;
|
3.
|
il-pożizzjoni tal-ostakolu, rappreżentata minn koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi;
|
4.
|
l-elevazzjoni u l-għoli tal-ostakolu sal-eqreb metru jew pied;
|
5.
|
it-tip u l-kulur ta’ dawl tal-ostakolu (jekk hemm); u
|
6.
|
jekk xieraq, indikazzjoni li l-lista ta’ ostakoli hija disponibbli f’forma elettronika, u referenza għall-punt GEN 3.1.6.
|
ENR 5.5 Attivitajiet sportivi u rikreazzjonali fl-ajru
Deskrizzjoni qasira, supplimentata b’turija grafika fejn xieraq, ta’ attivitajiet sportivi u rikreazzjonali intensivi fl-ajru flimkien mal-kundizzjonijiet li jitwettqu fihom, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni u l-koordinati ġeografiċi tal-limiti laterali fi gradi, f’minuti u f’sekondi, jekk ġewwa, u fi gradi u f’minuti, jekk barra mil-limiti tal-erjas ta’ kontroll/taż-żoni ta’ kontroll;
|
3.
|
numru tat-telefown tal-operatur/tal-utent; u
|
4.
|
rimarki, inkluż il-ħin tal-attività.
|
ENR 5.6 Migrazzjoni tal-għasafar u erjas b’fawna sensittiva
Deskrizzjoni, supplimentata minn ċarts fejn prattikabbli, ta’ movimenti ta’ għasafar assoċjati mal-migrazzjoni, inklużi rotot migratorji u erjas permanenti ta’ mistrieħ u erjas b’fawna sensittiva.
ENR 6. ĊARTS TAR-ROTTA
Iċ-Ċart tar-Rotta tal-ICAO u ċ-ċarts ta’ indiċi għandhom ikunu inklużi f’din is-sezzjoni.
PARTI 3 — AJRUDROMI (AD)
Jekk AIP tiġi prodotta u titqiegħed għad-dispożizzjoni f’aktar minn volum wieħed b’kull wieħed li jkollu servizz ta’ emenda u ta’ suppliment separat, prefazjoni separata, rekord tal-Emendi għall-AIP, rekord tas-Supplimenti għall-AIP, lista ta’ kontroll tal-paġni tal-AIP u lista ta’ emendi kurrenti bl-idejn għandhom ikunu inklużi f’kull volum. F’każ li AIP tiġi ppubblikata bħala volum wieħed, l-annotazzjoni “mhux applikabbli” għandha tiddaħħal għal kull waħda mis-subsezzjonijiet ta’ hawn fuq.
AD 0.6 Werrej għall-Parti 3
Lista ta’ sezzjonijiet u ta’ subsezzjonijiet li jinsabu fil-Parti 3 — Ajrudromi (AD).
AD 1. AJRUDROMI/ĦELIPORTS — INTRODUZZJONI
AD 1.1 Disponibbiltà u kundizzjonijiet tal-użu tal-ajrudromi/tal-ħeliports
AD 1.1.1 Kundizzjonijiet ġenerali
Deskrizzjoni qasira tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ajrudromi u għall-ħeliports, inklużi:
1.
|
il-kundizzjonijiet ġenerali li fihom l-ajrudromi/il-ħeliports u l-faċilitajiet assoċjati jkunu disponibbli għall-użu; u
|
2.
|
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati s-servizzi u referenza għall-post tal-AIP fejn huma elenkati d-differenzi mill-ICAO, jekk ikun hemm.
|
AD 1.1.2 Użu ta’ bażijiet militari tal-ajru
Ir-regolamenti u l-proċeduri, jekk ikun hemm, li jikkonċernaw l-użu ċivili ta’ bażijiet militari tal-ajru.
AD 1.1.3 Proċeduri f’viżibilità baxxa (LVP)
Il-kundizzjonijiet ġenerali li fihom jiġu applikati l-LVP applikabbli għall-operazzjonijiet tal-Kategorija II/III fl-ajrudromi, jekk ikun hemm.
AD 1.1.4 Valuri minimi operazzjonali tal-ajrudrom
Dettalji tal-valuri minimi operazzjonali tal-ajrudrom applikati mill-Istat Membru.
AD 1.1.5 Informazzjoni oħra
Jekk applikabbli, informazzjoni oħra ta’ natura simili.
AD 1.2 Servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar (RFFSs) u pjan għall-borra
AD 1.2.1 Servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar
Deskrizzjoni qasira tar-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta’ RFFSs fl-ajrudromi/fil-ħeliports disponibbli għal użu pubbliku flimkien ma’ indikazzjoni tal-kategoriji ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar stabbiliti minn Stat Membru.
AD 1.2.2 Pjan għall-borra
Deskrizzjoni qasira ta’ kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-pjan għall-borra għall-ajrudromi/għall-ħeliports disponibbli għall-użu pubbliku li fihom normalment ikun possibbli li jseħħu kundizzjonijiet ta’ borra, inklużi:
1.
|
l-organizzazzjoni tas-servizz tax-xitwa;
|
2.
|
is-sorveljanza tal-erjas ta’ moviment;
|
3.
|
il-metodi ta’ kejl u l-kejliet meħudin;
|
4.
|
l-azzjonijiet meħuda għaż-żamma tal-utilizzabilità tal-erjas ta’ moviment;
|
5.
|
is-sistema u l-mezzi ta’ rapportar;
|
6.
|
il-każijiet ta’ għeluq tar-runway; u
|
7.
|
id-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar kundizzjonijiet ta’ borra.
|
AD 1.3 Indiċi ta’ ajrudromi u ta’ ħeliports
Lista, supplimentata b’rappreżentazzjoni grafika, tal-ajrudromi/tal-ħeliports fi ħdan Stat Membru, inklużi:
1.
|
isem l-ajrudrom/il-ħeliport u l-indikatur tal-post tal-ICAO;
|
2.
|
it-tip ta’ traffiku permess għall-użu tal-ajrudrom/tal-ħeliport (internazzjonali/nazzjonali, IFR/VFR, skedat/mhux skedat, avjazzjoni ġenerali, militari u oħrajn); u
|
3.
|
referenza għall-AIP, Parti 3, is-subsezzjoni li fiha huma ppreżentati d-dettalji dwar l-ajrudrom/il-ħeliport.
|
AD 1.4 Raggruppar tal-ajrudromi u tal-ħeliports
Deskrizzjoni qasira tal-kriterji applikati mill-Istat Membru fir-raggruppar tal-ajrudromi/tal-ħeliports għall-finijiet ta’ produzzjoni/ta’ distribuzzjoni/ta’ provvista ta’ informazzjoni.
AD 1.5 L-istatus taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi
Lista tal-ajrudromi fl-Istat Membru, li tindika l-istatus taċ-ċertifikazzjoni, inklużi:
1.
|
isem l-ajrudrom u l-indikatur tal-post tal-ICAO;
|
2.
|
id-data u, jekk applikabbli, il-validità taċ-ċertifikazzjoni; u
|
3.
|
rimarki, jekk ikun hemm.
|
AD 2. AJRUDROMI
Nota.— **** għandhom jiġu sostitwiti mill-indikatur tal-post rilevanti tal-ICAO.
|
**** AD 2.1 Indikatur tal-post u isem tal-ajrudrom
L-indikatur tal-post tal-ICAO allokat għall-ajrudrom u l-isem tal-ajrudrom għandhom ikunu indikati. Indikatur tal-post tal-ICAO għandu jkun parti integrali mis-sistema ta’ referenzjar applikabbli għas-subsezzjonijiet kollha fis-sezzjoni AD 2.
**** AD 2.2 Data ġeografika u amministrattiva tal-ajrudrom
Id-data ġeografika u amministrattiva tal-ajrudrom għandha tiġi ppubblikata, inklużi:
1.
|
il-punt ta’ referenza tal-ajrudrom (il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi) u s-sit tiegħu;
|
2.
|
id-direzzjoni u d-distanza tal-punt ta’ referenza tal-ajrudrom miċ-ċentru tal-belt jew tal-belt żgħira li jaqdi l-ajrudrom;
|
3.
|
l-elevazzjoni tal-ajrudrom sal-eqreb metru jew pied, u t-temperatura ta’ referenza;
|
4.
|
fejn xieraq, undulazzjoni tal-ġeojd fil-pożizzjoni ta’ elevazzjoni tal-ajrudrom sal-eqreb metru jew pied;
|
5.
|
il-varjazzjoni manjetika sal-eqreb grad, id-data ta’ informazzjoni u l-bidla annwali;
|
6.
|
isem l-operatur tal-ajrudrom, l-indirizz, in-numri tat-telefown u tat-telefax, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz tal-AFS u, jekk disponibbli, l-indirizz tas-sit web;
|
7.
|
it-tipi ta’ traffiku awtorizzati sabiex jużaw l-ajrudrom (IFR/VFR); u
|
**** AD 2.3 Ħinijiet operazzjonali
Deskrizzjoni dettaljata tal-ħinijiet tal-operat tas-servizzi fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
l-operatur tal-ajrudrom;
|
2.
|
id-dwana u l-immigrazzjoni;
|
4.
|
l-uffiċċju tal-briefing tal-AIS;
|
5.
|
l-uffiċċju ta’ rapportar tal-ATS (ARO);
|
6.
|
l-uffiċċju tal-briefing tal-MET;
|
8.
|
il-forniment tal-fjuwil;
|
11.
|
it-tneħħija tas-silġ; u
|
**** AD 2.4 Servizzi u faċilitajiet ta’ mmaniġġjar
Deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi u tal-faċilitajiet ta’ mmaniġġjar disponibbli fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
il-faċilitajiet ta’ mmaniġġjar tal-merkanzija;
|
2.
|
it-tipi ta’ fjuwil u ta’ żejt;
|
3.
|
il-faċilitajiet u l-kapaċità ta’ forniment tal-fjuwil;
|
4.
|
il-faċilitajiet ta’ tneħħija tas-silġ;
|
5.
|
l-ispazju tal-ħangar għal żjarat tal-inġenji tal-ajru;
|
6.
|
il-faċilitajiet ta’ tiswija għal żjarat tal-inġenji tal-ajru;
|
**** AD 2.5 Faċilitajiet tal-passiġġieri
Il-faċilitajiet tal-passiġġieri disponibbli fl-ajrudrom, ipprovduti bħala deskrizzjoni qasira jew referenza għal sorsi ta’ informazzjoni oħra bħal sit web, inklużi:
1.
|
lukanda/i fl-ajrudrom jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
2.
|
ristorant(i) fl-ajrudrom jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
3.
|
il-possibbiltajiet ta’ trasport;
|
5.
|
bank u uffiċċju tal-posta fl-ajrudrom jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
**** AD 2.6 Servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar
Deskrizzjoni dettaljata tal-RFFSs u tat-tagħmir disponibbli fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
il-kategorija tal-ajrudrom għat-tifi tan-nar;
|
2.
|
it-tagħmir ta’ salvataġġ;
|
3.
|
il-kapaċità ta’ tneħħija ta’ inġenji tal-ajru immobilizzati; u
|
**** AD 2.7 Disponibbiltà staġunali — awtorizzazzjonijiet
Deskrizzjoni dettaljata tat-tagħmir u tal-prijoritajiet operazzjonali stabbiliti għall-awtorizzazzoni tal-erjas ta’ moviment tal-ajrudrom, inklużi:
1.
|
it-tip(i) ta’ tagħmir ta’ awtorizzazzjoni;
|
2.
|
il-prijoritajiet tal-awtorizzazzoni;
|
**** AD 2.8 Data dwar superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, taxiways u postijiet/pożizzjonijiet ta’ verifika
Dettalji relatati mal-karatteristiċi fiżiċi tas-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, tat-taxiways u tal-postijiet/pożizzjonijiet tal-punti ta’ kontroll iddeżinjati, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni, is-superfiċje u s-saħħa tas-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom;
|
2.
|
id-deżinjazzjoni, il-wisa’, is-superfiċje u s-saħħa tat-taxiways;
|
3.
|
il-post u l-elevazzjoni sal-eqreb metru jew pied tal-punti ta’ kontroll tal-altimetru;
|
4.
|
il-post tal-punti ta’ kontroll tal-VOR;
|
5.
|
il-pożizzjoni tal-punti ta’ kontroll tal-INS fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn mija ta’ sekonda;
|
Jekk il-postijiet/il-pożizzjonijiet ta’ verifika jkunu ppreżentati fuq ċart tal-ajrudrom, f’din is-subsezzjoni għandha tiġi pprovduta nota għal dak l-għan.
**** AD 2.9 Sistema u mmarkar ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq l-art
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq l-art u mmarkar fuq ir-runway u t-taxiway, inklużi:
1.
|
l-użu tas-sinjali ta’ identifikazzjoni tal-istand tal-inġenji tal-ajru, il-linji ta’ gwida tat-taxiways u s-sistema ta’ gwida viżwali għat-trakkar/għall-ipparkjar fl-istands tal-inġenji tal-ajru;
|
2.
|
l-immarkar u d-dawl tar-runway u tat-taxiway;
|
3.
|
l-iżbarri tal-waqfien (jekk hemm);
|
**** AD 2.10 Ostakoli fl-ajrudrom
Deskrizzjoni dettaljata tal-ostakoli, inklużi:
1.
|
l-ostakoli fiż-Żona 2:
(a)
|
identifikazzjoni jew deżinjazzjoni tal-ostakoli;
|
(c)
|
il-pożizzjoni tal-ostakolu, rappreżentata minn koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda;
|
(d)
|
l-elevazzjoni u l-għoli tal-ostakolu sal-eqreb metru jew pied;
|
(e)
|
l-immarkar tal-ostakoli, u t-tip u l-kulur ta’ dawl tal-ostakolu (jekk hemm);
|
(f)
|
jekk xieraq, indikazzjoni li l-lista ta’ ostakoli hija disponibbli f’forma elettronika, u referenza għall-punt GEN 3.1.6; u
|
(g)
|
indikazzjoni “NIL”, jekk xierqa.
|
|
2.
|
in-nuqqas ta’ sett ta’ data dwar iż-Żona 2 għall-ajrudrom irid jiġi ddikjarat b’mod ċar u d-data dwar l-ostakoli trid tiġi pprovduta għal:
(a)
|
ostakoli li jippenetraw is-superfiċji ta’ limitazzjoni tal-ostakoli;
|
(b)
|
ostakoli li jippenetraw is-superfiċje ta’ identifikazzjoni tal-ostakoli tal-erja tat-trajettorja tat-tlugħ; u
|
(c)
|
ostakoli oħra vvalutati bħala perikolużi għan-navigazzjoni bl-ajru.
|
|
3.
|
indikazzjoni li l-informazzjoni dwar l-ostakoli fiż-Żona 3 mhijiex ipprovduta, jew jekk ipprovduta:
(a)
|
identifikazzjoni jew deżinjazzjoni tal-ostakoli;
|
(c)
|
il-pożizzjoni tal-ostakolu, rappreżentata minn koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda;
|
(d)
|
l-elevazzjoni u l-għoli tal-ostakolu sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
(e)
|
l-immarkar tal-ostakoli, u t-tip u l-kulur ta’ dawl tal-ostakolu (jekk hemm);
|
(f)
|
jekk xieraq, indikazzjoni li l-lista ta’ ostakoli hija disponibbli f’forma elettronika, u referenza għall-punt GEN 3.1.6; u
|
(g)
|
indikazzjoni “NIL”, jekk xierqa.
|
|
**** AD 2.11 Informazzjoni meteoroloġika pprovduta
Deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni meteoroloġika pprovduta fl-ajrudrom u indikazzjoni ta’ liema uffiċċju meteoroloġiku huwa responsabbli għas-servizz enumerat, inklużi:
1.
|
isem l-uffiċċju meteoroloġiku assoċjat;
|
2.
|
il-ħinijiet tas-servizz u, fejn applikabbli, id-deżinjazzjoni tal-uffiċċju meteoroloġiku responsabbli barra minn dawn il-ħinijiet;
|
3.
|
l-uffiċċju responsabbli għat-tħejjija tat-TAFs u għall-perjodi ta’ validità u għall-intervall tal-ħruġ tat-tbassiriet;
|
4.
|
id-disponibbiltà tat-tbassiriet tat-TREND għall-ajrudrom, u l-intervall tal-ħruġ;
|
5.
|
informazzjoni dwar kif inhuma pprovduti l-briefing u/jew il-konsultazzjoni;
|
6.
|
it-tipi ta’ dokumentazzjoni tat-titjira fornita u l-lingwa/i użata/i fid-dokumentazzjoni tat-titjira;
|
7.
|
iċ-ċarts u informazzjoni oħra murija jew disponibbli għall-briefing jew għall-konsultazzjoni;
|
8.
|
tagħmir supplimentari disponibbli għall-provvista ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, bħar-radar tat-temp u r-riċevitur għall-immaġnijiet satellitari;
|
9.
|
l-unità(jiet) tal-ATS ipprovduti b’informazzjoni meteoroloġika; 10)informazzjoni addizzjonali bħal kwalunkwe limitazzjoni tas-servizz,
|
**** AD 2.12 Karatteristiċi fiżiċi tar-runway
Deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi fiżiċi tar-runway, għal kull runway, inkluż:
2.
|
il-berings veri sa wieħed minn mija ta’ grad;
|
3.
|
id-dimensjonijiet tar-runways sal-eqreb metru jew pied;
|
4.
|
is-saħħa tal-paviment (in-numru ta’ klassifikazzjoni tal-paviment (PCN) u d-data assoċjata) u s-superfiċje ta’ kull runway u tal-istopways assoċjati;
|
5.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn mija ta’ sekonda għal kull livell limitu u tmiem ta’ runway u, fejn xieraq, l-undulazzjoni tal-ġeojd ta’:
—
|
livelli limitu ta’ runway ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
il-livelli limitu ta’ runway ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
6.
|
l-elevazzjonijiet ta’:
—
|
livelli limitu ta’ runway ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
il-livelli limitu u l-ogħla elevazzjoni taż-żona ta’ touch down ta’ runway ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
7.
|
il-pendil ta’ kull runway u tal-istopways assoċjati;
|
8.
|
id-dimensjonijiet tal-istopway (jekk hemm) sal-eqreb metru jew pied;
|
9.
|
id-dimensjonijiet tal-mogħdija tal-ikklerjar (jekk hemm) sal-eqreb metru jew pied;
|
10.
|
id-dimensjonijiet tal-istrixxi;
|
11.
|
id-dimensjonijiet tal-erjas ta’ sikurezza tat-tmiem tar-runway;
|
12)
|
il-post (liema tmiem tar-runway) u d-deskrizzjoni tas-sistema ta’ waqfien (jekk hemm);
|
13)
|
l-eżistenza ta’ żona ħielsa minn ostakoli; u
|
**** AD 2.13 Distanzi ddikjarati
Deskrizzjoni dettaljata tad-distanzi ddikjarati sal-eqreb metru jew pied għal kull direzzjoni ta’ kull runway, inklużi:
1.
|
id-deżinjatur tar-runway;
|
2.
|
il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;
|
3.
|
id-distanza disponibbli għat-tlugħ u, jekk applikabbli, id-distanzi ddikjarati mnaqqsa alternattivi;
|
4.
|
id-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien;
|
5.
|
id-distanza tal-inżul disponibbli; u
|
6.
|
rimarki li jinkludu l-punt tad-dħul jew tal-bidu tar-runway, fejn ikunu ġew iddikjarati distanzi ddikjarati mnaqqsa alternattivi.
|
Jekk direzzjoni tar-runway ma tkunx tista’ tintuża għall-qtugħ jew għall-illandjar, jew għat-tnejn, għaliex hija operazzjonalment ipprojbita, din għandha tiġi ddikjarata u għandu jiddaħħal il-kliem “mhux utilizzabbli” jew l-abbrevjazzjoni “NU”.
**** AD 2.14 Dawl tal-avviċinament u tar-runway
Deskrizzjoni dettaljata tad-dawl tal-avviċinament u tar-runway, inklużi:
1.
|
id-deżinjatur tar-runway;
|
2.
|
it-tip, it-tul u l-intensità tas-sistema tad-dawl tal-avviċinament;
|
3.
|
id-dawl, il-kulur u l-iżbarri tal-ġwienaħ tal-livelli limitu tar-runway;
|
4.
|
it-tip tas-sistema ta’ indikatur tal-pendil tal-avviċinament viżwali;
|
5.
|
it-tul tad-dawl taż-żona tat-touch down tar-runway;
|
6.
|
it-tul, l-ispazjar, il-kulur u l-intensità tad-dawl tal-linja taċ-ċentru tar-runway;
|
7.
|
it-tul, l-ispazjar, il-kulur u l-intensità tad-dawl tat-tarf tar-runway;
|
8.
|
il-kulur tad-dawl u tal-iżbarri tal-ġwienaħ tat-tmiem tar-runway;
|
9.
|
it-tul u l-kulur tad-dawl tal-istopway; u
|
**** AD 2.15 Dawl ieħor, provvista tal-enerġija sekondarja
Deskrizzjoni ta’ dawl ieħor u ta’ provvista tal-enerġija sekondarja, inklużi:
1.
|
il-post, il-karatteristiċi u l-ħinijiet tal-operat tas-sinjal/tas-sinjal ta’ identifikazzjoni tal-ajrudrom (jekk hemm);
|
2.
|
il-post u d-dawl (jekk hemm) tal-anemometru/tal-indikatur tad-direzzjoni tal-illandjar;
|
3.
|
id-dawl tat-tarf tat-taxiway u tal-linja taċ-ċentru tat-taxiway;
|
4.
|
il-provvista tal-enerġija sekondarja inkluż il-ħin tal-kommutazzjoni; u
|
**** AD 2.16 Erja ta’ llandjar tal-ħelikopters
Deskrizzjoni dettaljata tal-erja ta’ llandjar tal-ħelikopters ipprovduta fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn mija ta’ sekonda u, fejn xieraq, l-undulazzjoni tal-ġeojd taċ-ċentru ġeometriku tat-touch down u tal-lift off (TLOF) jew ta’ kull livell limitu taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO):
—
|
għal avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
għal avviċinamenti ta’ preċiżjoni, sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
2.
|
elevazzjoni tal-erja tat-TLOF u/jew tal-FATO:
—
|
għal avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
għal avviċinamenti ta’ preċiżjoni, sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
3.
|
id-dimensjonijiet tal-erja tat-TLOF u tal-FATO sal-eqreb metru jew pied, it-tip ta’ superfiċje, is-saħħa u l-markar tal-bering;
|
4.
|
il-berings veri sa wieħed minn mija ta’ grad tal-FATO;
|
5.
|
id-distanzi ddikjarati disponibbli, sal-eqreb metru jew pied;
|
6.
|
dawl tal-avviċinament u tal-FATO; u
|
**** AD 2.17 Spazju tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
Deskrizzjoni dettaljata tal-ispazju tal-ajru tal-ATS organizzat fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-limiti laterali tal-ispazju tal-ajru;
|
3.
|
il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
4.
|
is-sinjal tas-sejħa u l-lingwa/i tal-unità tal-ATS li tipprovdi s-servizz;
|
5.
|
l-altitudni ta’ tranżizzjoni;
|
6.
|
il-ħinijiet ta’ applikabbiltà; u
|
**** AD 2.18 Faċilitajiet ta’ komunikazzjoni tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
Deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni tal-ATS stabbiliti fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni tas-servizz;
|
4.
|
in-numru tas-SATVOICE, jekk disponibbli;
|
5.
|
l-indirizz tal-illoggjar, kif xieraq;
|
6.
|
il-ħinijiet tal-operat; u
|
**** AD 2.19 Għajnuniet għan-navigazzjoni u għall-illandjar bir-radju
Deskrizzjoni dettaljata tal-għajnuniet għan-navigazzjoni u għall-illandjar bir-radju assoċjati mal-avviċinament bl-istrumenti u mal-proċeduri tal-erja tat-terminal fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
it-tipi ta’ għajnuniet, il-varjazzjoni manjetika sal-eqreb grad, kif xieraq, u t-tip ta’ operazzjoni sostnuta għas-sistema ta’ llandjar bl-istrumenti (ILS) għas-sistema ta’ nżul b’microwaves (MLS), għall-GNSS bażika, għas-sistema ta’ awmentazzjoni bis-satellita (SBAS), u għas-sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq l-art (GBAS) u għall-VOT/ILS/MLS anki d-deklinazzjoni tal-istazzjon sal-eqreb grad, użata għall-allinjament tekniku tal-għajnuna;
|
2.
|
l-identifikazzjoni, jekk meħtieġa;
|
3.
|
il-frekwenza/i, in-numru/i tal-kanal(i), il-fornitur ta’ servizz u l-identifikatur(i) tar-rotta ta’ referenza (RPI(s)), kif xieraq;
|
4.
|
il-ħinijiet tal-operat, kif xieraq;
|
5.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda tal-pożizzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni, kif xieraq;
|
6.
|
l-elevazzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni tad-DME sal-eqreb 30 m (100 pied) u tal-preċiżjoni tat-tagħmir ta’ kejl tad-distanza (DME/P) sal-eqreb 3 m (10 piedi), l-elevazzjoni tal-punt ta’ referenza tal-GBAS sal-eqreb metru jew pied, u l-għoli tal-ellipsojde tal-punt sal-eqreb metru jew pied; għall-SBAS, l-għoli tal-ellipsojde tal-punt ta’ livell limitu tal-illandjar (LTP) jew tal-punt ta’ livell limitu fittizju (FTP) sal-eqreb metru jew pied;
|
7.
|
ir-radjus tal-volum tas-servizz mill-punt ta’ referenza tal-GBAS sal-eqreb kilometru jew mil nawtiku; u
|
Meta tintuża l-istess għajnuna kemm għall-finijiet ta’ matul ir-rotta kif ukoll tal-ajrudrom, għandha tingħata deskrizzjoni fis-sezzjoni ENR 4 ukoll. Jekk is-sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq l-art (GBAS) taqdi aktar minn ajrudrom wieħed, deskrizzjoni tal-għajnuna għandha tiġi pprovduta taħt kull ajrudrom. Jekk l-awtorità operazzjonali tal-faċilità ma tkunx l-awtorità ddeżinjata, l-isem tal-awtorità operazzjonali għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki. Il-kopertura tal-faċilità għandha tkun indikata fil-kolonna tar-rimarki.
**** AD 2.20 Regolamenti lokali dwar l-ajrudrom
Deskrizzjoni dettaljata tar-regolamenti applikabbli għall-użu tal-ajrudrom, inkluża l-aċċettabbiltà tat-titjiriet ta’ taħriġ, inġenji tal-ajru mingħajr radju u mikroħfief u simili, u għall-immanuvrar u l-ipparkjar fuq l-art iżda esklużi l-proċeduri tat-titjiriet.
**** AD 2.21 Proċeduri ta’ tnaqqis tal-istorbju
Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta’ tnaqqis tal-istorbju stabbiliti fl-ajrudrom.
**** AD 2.22 Proċeduri tat-titjiriet
Deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri tat-titjiriet, inklużi l-proċeduri tar-radar u/jew tal-ADS-B, stabbiliti fuq il-bażi tal-organizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru fl-ajrudrom. Meta stabbiliti, deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta’ viżibilità baxxa fl-ajrudrom, inklużi:
1.
|
ir-runway(s) u t-tagħmir assoċjat awtorizzati għall-użu fi proċeduri f’viżibilità baxxa;
|
2.
|
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi definiti li fihom iseħħu t-tnedija, l-użu u t-terminazzjoni tal-proċeduri f’viżibilità baxxa;
|
3.
|
deskrizzjoni tal-immarkar/tad-dawl fuq l-art għall-użu fi proċeduri f’viżibilità baxxa; u
|
**** AD 2.23 Informazzjoni addizzjonali
Informazzjoni addizzjonali fl-ajrudrom, bħal indikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet ta’ għasafar fl-ajrudrom, flimkien ma’ indikazzjoni tal-moviment sinifikanti ta’ kuljum bejn l-erjas tal-mistrieħ u tat-tagħlif, sa fejn prattikabbli.
Informazzjoni addizzjonali speċifika rigward ATS f’ajrudromi remoti:
1.
|
indikazzjoni li huwa pprovdut ATS f’ajrudromi remoti;
|
2.
|
il-post tal-fanal ta’ sinjalar, eż. bil-frażi “signalling lamp positioned at [geographical fix]” (fanal ta’ sinjalar ippożizzjonat f’[punt ġeografiku]) kif ukoll indikazzjoni ċara tal-post tal-fanal ta’ sinjalar fiċ-ċart tal-ajrudrom għal kull ajrudrom rilevanti;
|
3.
|
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe metodu ta’ komunikazzjoni speċifiku skont kif jitqies li huwa neċessarju f’każ ta’ modalità multipla ta’ operazzjoni, bħal, eż., l-inklużjoni tal-ismijiet tal-ajruport/is-sinjal tas-sejħa tal-unità tal-ATS għat-trażmissjonijiet kollha (jiġifieri mhux għall-ewwel kuntatt biss) bejn il-bdoti u l-ATCOs/l-uffiċċji tas-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (AFISOs);
|
4.
|
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni rilevanti meħtieġa mill-utenti tal-ispazju tal-ajru wara sitwazzjoni ta’ emerġenza/anormali u miżuri ta’ kontinġenza possibbli mill-fornitur tal-ATS fil-każ ta’ interruzzjonijiet, jekk applikabbli (fil-punt AD 2.22 “Proċeduri tat-Titjiriet”); u
|
5.
|
deskrizzjoni tal-interdipendenzi tad-disponibbiltà tas-servizzi jew indikazzjoni tal-ajrudromi mhux xierqa għad-diverżjoni mill-ajrudrom (l-utenti tal-ispazju tal-ajru m’għandhomx jippjanaw ajrudrom bħala alternattiva meta jkun isservizzjat mill-istess ċentru ta’ torri remot), jekk meqjusa applikabbli.
|
**** AD 2.24 Ċarts ajrunawtiċi relatati ma’ ajrudrom
Ċarts ajrunawtiċi relatati ma’ ajrudrom għandhom ikunu inklużi fl-ordni li ġej:
1.
|
Ċart dwar l-Ajrudrom/il-Ħeliport — ICAO;
|
2.
|
Ċart dwar il-Parkeġġ/it-Trakkar tal-Inġenji tal-Ajru — ICAO;
|
3.
|
Ċart dwar il-Moviment fuq l-Art fl-Ajrudrom — ICAO;
|
4.
|
Ċart dwar l-Ostakoli fl-Ajrudrom — TIP A tal-ICAO (għal kull runway);
|
5.
|
Ċart dwar l-Art u l-Ostakoli fl-Ajrudrom — ICAO (Elettronika);
|
6.
|
Ċart dwar l-Art ta’ Avviċinament ta’ Preċiżjoni — ICAO (runways tal-Kategoriji II u III ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni);
|
7.
|
Ċart dwar l-Erja — ICAO (rotot tat-tluq u ta’ tranżitu);
|
8.
|
Ċart dwar it-Tluq Standard — Strument — ICAO;
|
9.
|
Ċart dwar l-Erja — ICAO (rotot tal-wasla u ta’ tranżitu);
|
10.
|
Ċart dwar il-Wasla Standard — Strument — ICAO;
|
11.
|
Ċart dwar l-Altitudni Minima ta’ Sorveljanza tal-ATC — ICAO;
|
12.
|
Ċart dwar l-Avviċinament bl-Istrumenti — ICAO (għal kull tip ta’ runway u ta’ proċedura);
|
13.
|
Ċart dwar l-Avviċinament Viżwali — ICAO; u
|
14.
|
il-konċentrazzjonijiet ta’ għasafar fil-viċinanzi tal-ajrudrom.
|
Jekk uħud miċ-ċarts ajrunawtiċi ma jkunux prodotti, dikjarazzjoni dwar dan għandha tingħata fis-sezzjoni GEN 3.2 “Ċarts ajrunawtiċi”.
AD 3. ĦELIPORTS
Meta fl-ajrudrom tkun ipprovduta erja ta’ llandjar tal-ħelikopters, id-data assoċjata għandha tkun elenkata biss taħt il-punt **** AD 2.16.
Nota.— **** għandhom jiġu sostitwiti mill-indikatur tal-post rilevanti tal-ICAO.
|
**** AD 3.1 Indikatur tal-post u isem tal-ħeliport
L-indikatur tal-post tal-ICAO assenjat għall-ħeliport u għall-ismijiet tal-ħeliport għandhom ikunu inklużi fl-AIP. Indikatur tal-post tal-ICAO għandu jkun parti integrali mis-sistema ta’ referenzjar applikabbli għas-subsezzjonijiet kollha fis-sezzjoni AD 3.
**** AD 3.2 Data ġeografika u amministrattiva tal-ħeliport
Ir-rekwiżit huwa għad-data ġeografika u amministrattiva tal-ħeliport, inklużi:
1.
|
il-punt ta’ referenza tal-ħeliport (il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi) u s-sit tiegħu;
|
2.
|
id-direzzjoni u d-distanza tal-punt ta’ referenza tal-ħeliport miċ-ċentru tal-belt jew tal-belt żgħira li jaqdi l-ħeliport;
|
3.
|
l-elevazzjoni tal-ħeliport sal-eqreb metru jew pied, u t-temperatura ta’ referenza;
|
4.
|
fejn xieraq, undulazzjoni tal-ġeojd fil-pożizzjoni ta’ elevazzjoni tal-ħeliport sal-eqreb metru jew pied;
|
5.
|
il-varjazzjoni manjetika sal-eqreb grad, id-data ta’ informazzjoni u l-bidla annwali;
|
6.
|
isem l-operatur tal-ħeliport, l-indirizz, in-numri tat-telefown u tat-telefax, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz tal-AFS u, jekk disponibbli, l-indirizz tas-sit web;
|
7.
|
it-tipi ta’ traffiku awtorizzati sabiex jużaw il-ħeliport (IFR/VFR); u
|
**** AD 3.3 Ħinijiet operazzjonali
Deskrizzjoni dettaljata tal-ħinijiet tal-operat tas-servizzi fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
l-operatur tal-ħeliport;
|
2.
|
id-dwana u l-immigrazzjoni;
|
4.
|
l-uffiċċju tal-briefing tal-AIS;
|
5.
|
l-uffiċċju ta’ rapportar tal-ATS (ARO);
|
6.
|
l-uffiċċju tal-briefing tal-MET;
|
8.
|
il-forniment tal-fjuwil;
|
11.
|
it-tneħħija tas-silġ; u
|
**** AD 3.4 Servizzi u faċilitajiet ta’ mmaniġġjar
Deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi u tal-faċilitajiet ta’ mmaniġġjar disponibbli fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
il-faċilitajiet ta’ mmaniġġjar tal-merkanzija;
|
2.
|
it-tipi ta’ fjuwil u ta’ żejt;
|
3.
|
il-faċilitajiet u l-kapaċità ta’ forniment tal-fjuwil;
|
4.
|
il-faċilitajiet ta’ tneħħija tas-silġ;
|
5.
|
l-ispazju tal-ħangar għal żjarat tal-ħelikopter;
|
6.
|
il-faċilitajiet ta’ tiswija għal żjarat tal-ħelikopter; u
|
**** AD 3.5 Faċilitajiet tal-passiġġieri
Il-faċilitajiet tal-passiġġieri disponibbli fil-ħeliport, ipprovduti bħala deskrizzjoni qasira jew bħala referenza għal sorsi ta’ informazzjoni oħra bħal sit web, inklużi:
1.
|
lukanda/i fil-ħeliport jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
2.
|
ristorant(i) fil-ħeliport jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
3.
|
il-possibbiltajiet ta’ trasport;
|
5.
|
bank u uffiċċju tal-posta fil-ħeliport jew fil-viċinanzi tiegħu;
|
**** AD 3.6 Servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar
Deskrizzjoni dettaljata tal-RFFSs u tat-tagħmir disponibbli fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
il-kategorija tal-ħeliport għat-tifi tan-nar;
|
2.
|
it-tagħmir ta’ salvataġġ;
|
3.
|
il-kapaċità ta’ tneħħija ta’ ħelikopter immobilizzat; u
|
**** AD 3.7 Disponibbiltà staġunali — awtorizzazzjonijiet
Deskrizzjoni dettaljata tat-tagħmir u tal-prijoritajiet operazzjonali stabbiliti għall-awtorizzazzoni tal-erjas ta’ moviment tal-ħeliport, inklużi:
1.
|
it-tip(i) ta’ tagħmir ta’ awtorizzazzjoni;
|
2.
|
il-prijoritajiet tal-awtorizzazzoni; u
|
**** AD 3.8 Data dwar superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, taxiways u postijiet/pożizzjonijiet ta’ verifika
Dettalji relatati mal-karatteristiċi fiżiċi tas-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, tat-taxiways u tal-postijiet/pożizzjonijiet tal-punti ta’ kontroll iddeżinjati, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni, is-superfiċje u s-saħħa tas-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, tal-istands tal-ħelikopters;
|
2.
|
id-deżinjazzjoni, il-wisa’, u t-tip ta’ superfiċje tat-taxiways fuq l-art għall-ħelikopters;
|
3.
|
il-wisa’ u d-deżinjazzjoni tat-taxiway tal-ajru u tar-rotta ta’ tranżitu fl-ajru tal-ħelikopters;
|
4.
|
il-post u l-elevazzjoni sal-eqreb metru jew pied tal-punti ta’ kontroll tal-altimetru;
|
5.
|
il-post tal-punti ta’ kontroll tal-VOR;
|
6.
|
il-pożizzjoni tal-punti ta’ kontroll tal-INS fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn mija ta’ sekonda; u
|
Jekk il-postijiet/il-pożizzjonijiet ta’ verifika jkunu ppreżentati fuq ċart tal-ħeliport, f’din is-subsezzjoni għandha tiġi pprovduta nota għal dak l-għan.
**** AD 3.9 Immarkar u markaturi
Deskrizzjoni qasira taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali u tal-immarkar u tal-markaturi tat-taxiway, inklużi:
1.
|
immarkar ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali;
|
2.
|
immarkar tat-taxiway, markaturi tat-taxiway fl-ajru u markaturi tar-rotta ta’ tranżitu fl-ajru; u
|
**** AD 3.10 Ostakoli fil-ħeliport
Deskrizzjoni dettaljata tal-ostakoli, inklużi:
1.
|
identifikazzjoni jew deżinjazzjoni tal-ostakoli;
|
3.
|
il-pożizzjoni tal-ostakolu, rappreżentata minn koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda;
|
4.
|
l-elevazzjoni u l-għoli tal-ostakolu sal-eqreb metru jew pied;
|
5.
|
l-immarkar tal-ostakoli, u t-tip u l-kulur ta’ dawl tal-ostakolu (jekk hemm);
|
6.
|
jekk xieraq, indikazzjoni li l-lista ta’ ostakoli hija disponibbli f’forma elettronika, u referenza għall-punt GEN 3.1.6; u
|
7.
|
indikazzjoni “NIL”, jekk xierqa.
|
**** AD 3.11 Informazzjoni meteoroloġika pprovduta
Deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni meteoroloġika pprovduta fil-ħeliport u indikazzjoni ta’ liema uffiċċju meteoroloġiku huwa responsabbli għas-servizz enumerat, inklużi:
1.
|
isem l-uffiċċju meteoroloġiku assoċjat;
|
2.
|
il-ħinijiet tas-servizz u, fejn applikabbli, id-deżinjazzjoni tal-uffiċċju meteoroloġiku responsabbli barra minn dawn il-ħinijiet;
|
3.
|
l-uffiċċju responsabbli għat-tħejjija tat-TAFs u għall-perjodi ta’ validità tat-tbassiriet;
|
4.
|
id-disponibbiltà tat-tbassiriet tat-TREND għall-ħeliport, u l-intervall tal-ħruġ;
|
5.
|
informazzjoni dwar kif inhuma pprovduti l-briefing u/jew il-konsultazzjoni;
|
6.
|
it-tip ta’ dokumentazzjoni tat-titjira fornita u l-lingwa/i użata/i fid-dokumentazzjoni tat-titjira;
|
7.
|
iċ-ċarts u informazzjoni oħra murija jew disponibbli għall-briefing jew għall-konsultazzjoni;
|
8.
|
tagħmir supplimentari disponibbli għall-provvista ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, bħar-radar tat-temp u r-riċevitur għall-immaġnijiet satellitari;
|
9.
|
l-unità(jiet) tal-ATS ipprovduti b’informazzjoni meteoroloġika; u
|
10.
|
informazzjoni addizzjonali, bħal kwalunkwe limitazzjoni tas-servizz, eċċ.
|
**** AD 3.12 Data dwar il-ħeliport
Deskrizzjoni dettaljata tad-dimensjonijiet tal-ħeliport u tal-informazzjoni relatata, inklużi:
1.
|
it-tip ta’ ħeliport — il-livell tas-superfiċje, elevata jew pjattaforma għall-ħelikopters;
|
2.
|
id-dimensjonijiet tal-erja ta’ touch down u ta’ lift off (TLOF) sal-eqreb metru jew pied;
|
3.
|
il-berings veri sa wieħed minn mija ta’ grad ta’ żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO);
|
4.
|
id-dimensjonijiet sal-eqreb metru jew pied ta’ FATO, u t-tip ta’ superfiċje;
|
5.
|
is-saħħa tas-superfiċje u tal-bering f’tunnellati (1 000 kg) ta’ TLOF;
|
6.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn mija ta’ sekonda u, fejn xieraq, l-undulazzjoni tal-ġeojd taċ-ċentru ġeometriku tat-TLOF jew ta’ kull livell limitu tal-FATO:
—
|
għal avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
għal avviċinamenti ta’ preċiżjoni, sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
7.
|
pendil u elevazzjoni tat-TLOF u/jew tal-FATO:
—
|
għal avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, sal-eqreb metru jew pied; u
|
—
|
għal avviċinamenti ta’ preċiżjoni, sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ metru jew wieħed minn għaxra ta’ pied;
|
|
8.
|
dimensjonijiet tal-erja ta’ sikurezza;
|
9.
|
id-dimensjonijiet sal-eqreb metru jew pied tal-mogħdija tal-ikklerjar tal-ħelikopters;
|
10.
|
l-eżistenza ta’ settur ħieles minn ostakoli; u
|
**** AD 3.13 Distanzi ddikjarati
Deskrizzjoni dettaljata tad-distanzi ddikjarati sal-eqreb metru jew pied, fejn rilevanti għal ħeliport, inklużi:
1.
|
id-distanza disponibbli għat-tlugħ u, jekk applikabbli, id-distanzi ddikjarati mnaqqsa alternattivi;
|
2.
|
id-distanza disponibbli għat-tlugħ interrott;
|
3.
|
id-distanza tal-inżul disponibbli; u
|
4.
|
rimarki li jinkludu l-punt tad-dħul jew tal-bidu, fejn ikunu ġew iddikjarati distanzi ddikjarati mnaqqsa alternattivi.
|
**** AD 3.14 Dawl tal-avviċinament u tal-FATO
Deskrizzjoni dettaljata tad-dawl tal-avviċinament u tal-FATO, inklużi:
1.
|
it-tip, it-tul u l-intensità tas-sistema tad-dawl tal-avviċinament;
|
2.
|
it-tip tas-sistema ta’ indikatur tal-pendil tal-avviċinament viżwali;
|
3.
|
il-karatteristiċi u l-post tad-dawl tal-erja tal-FATO;
|
4.
|
il-karatteristiċi u l-post tad-dawl tal-punt ta’ mmirar;
|
5.
|
il-karatteristiċi u l-post tas-sistema tad-dawl tat-TLOF; u
|
**** AD 3.15 Dawl ieħor, provvista sekondarja tad-dawl
Deskrizzjoni ta’ dawl ieħor u ta’ provvista tal-enerġija sekondarja, inklużi:
1.
|
il-post, il-karatteristiċi u l-ħinijiet tal-operat tas-sinjal tal-ħeliport;
|
2.
|
il-post u d-dawl tal-indikatur tad-direzzjoni tar-riħ (WDI);
|
3.
|
id-dawl tat-tarf tat-taxiway u tal-linja taċ-ċentru tat-taxiway;
|
4.
|
il-provvista tal-enerġija sekondarja inkluż il-ħin tal-kommutazzjoni; u
|
**** AD 3.16 Spazju tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
Deskrizzjoni dettaljata tal-ispazju tal-ajru tal-ATS organizzat fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni u l-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti u f’sekondi tal-limiti laterali tal-ispazju tal-ajru;
|
3.
|
il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru;
|
4.
|
is-sinjal tas-sejħa u l-lingwa/i tal-unità tal-ATS li tipprovdi s-servizz;
|
5.
|
l-altitudni ta’ tranżizzjoni;
|
6.
|
il-ħinijiet ta’ applikabbiltà; u
|
**** AD 3.17 Faċilitajiet ta’ komunikazzjoni tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
Deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni tal-ATS stabbiliti fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
id-deżinjazzjoni tas-servizz;
|
4.
|
il-ħinijiet tal-operat; u
|
**** AD 3.18 Għajnuniet għan-navigazzjoni u għall-illandjar bir-radju
Deskrizzjoni dettaljata tal-għajnuniet għan-navigazzjoni u għall-illandjar bir-radju assoċjati mal-avviċinament bl-istrumenti u mal-proċeduri tal-erja tat-terminal fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
it-tip ta’ għajnuniet, il-varjazzjoni manjetika (għall-VOR, id-deklinazzjoni tal-istazzjon użata għall-allinjament tekniku tal-għajnuna) sal-eqreb grad, u t-tip ta’ operazzjoni għall-ILS, għall-MILS, għall-GNSS bażika, għall-SBAS u għall-GBAS;
|
2.
|
l-identifikazzjoni, jekk meħtieġa;
|
3.
|
il-ferkwenza/i, kif ikun xieraq;
|
4.
|
il-ħinijiet tal-operat, kif xieraq;
|
5.
|
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda tal-pożizzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni, kif xieraq;
|
6.
|
elevazzjoni tal-antenna ta’ trażmissjoni tad-DME sal-eqreb 30 m (100 pied) u tad-DME/P sal-eqreb 3 m (10 piedi); u
|
Meta tintuża l-istess għajnuna kemm għall-finijiet ta’ matul ir-rotta kif ukoll tal-ħeliport, għandha tingħata deskrizzjoni fis-sezzjoni ENR 4 ukoll. Jekk il-GBAS taqdi aktar minn ħeliport wieħed, deskrizzjoni tal-għajnuna għandha tiġi pprovduta taħt kull ħeliport. Jekk l-awtorità operazzjonali tal-faċilità ma tkunx l-awtorità ddeżinjata, l-isem tal-awtorità operazzjonali għandu jkun indikat fil-kolonna tar-rimarki. Il-kopertura tal-faċilità għandha tkun indikata fil-kolonna tar-rimarki.
**** AD 3.19 Regolamenti lokali dwar il-ħeliport
Deskrizzjoni dettaljata tar-regolamenti applikabbli għall-użu tal-ħeliport, inkluża l-aċċettabbiltà tat-titjiriet ta’ taħriġ, inġenji tal-ajru mingħajr radju u mikroħfief u simili, u għall-immanuvrar u l-ipparkjar fuq l-art iżda esklużi l-proċeduri tat-titjiriet.
**** AD 3.20 Proċeduri ta’ tnaqqis tal-istorbju
Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta’ tnaqqis tal-istorbju stabbiliti fil-ħeliport.
**** AD 3.21 Proċeduri tat-titjiriet
Deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri tat-titjiriet, inklużi l-proċeduri tar-radar u/jew tal-ADS-B, stabbiliti fuq il-bażi tal-organizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru stabbilita fil-ħeliport. Meta stabbiliti, deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta’ viżibilità baxxa fil-ħeliport, inklużi:
1.
|
l-erja(s) tat-touch down u tal-lift off (TLOF) u t-tagħmir assoċjat awtorizzati għall-użu fi proċeduri f’viżibilità baxxa;
|
2.
|
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi definiti li fihom iseħħu t-tnedija, l-użu u t-terminazzjoni tal-proċeduri f’viżibilità baxxa;
|
3.
|
deskrizzjoni tal-immarkar/tad-dawl fuq l-art għall-użu fi proċeduri f’viżibilità baxxa; u
|
**** AD 3.22 Informazzjoni addizzjonali
Informazzjoni addizzjonali dwar il-ħeliport, bħal indikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet ta’ għasafar fil-ħeliport, flimkien ma’ indikazzjoni tal-moviment sinifikanti ta’ kuljum bejn l-erjas tal-mistrieħ u tat-tagħlif, sa fejn prattikabbli.
**** AD 3.23 Ċarts relatati ma’ ħeliport
Ċarts ajrunawtiċi relatati ma’ ħeliport għandhom ikunu inklużi fl-ordni li ġej:
1.
|
Ċart dwar l-Ajrudrom/il-Ħeliport — ICAO;
|
2.
|
Ċart dwar l-Erja — ICAO (rotot tat-tluq u ta’ tranżitu);
|
3.
|
Ċart dwar it-Tluq Standard — Strument — ICAO;
|
4.
|
Ċart dwar l-Erja — ICAO (rotot tal-wasla u ta’ tranżitu);
|
5.
|
Ċart dwar il-Wasla Standard — Strument — ICAO;
|
6.
|
Ċart dwar l-Altitudni Minima ta’ Sorveljanza tal-ATC — ICAO;
|
7.
|
Ċart dwar l-Avviċinament bl-Istrumenti — ICAO (għal kull tip ta’ proċedura);
|
8.
|
Ċart dwar l-Avviċinament Viżwali — ICAO; u
|
9.
|
il-konċentrazzjonijiet ta’ għasafar fil-viċinanzi tal-ħeliport.
|
Jekk uħud miċ-ċarts ajrunawtiċi ma jkunux prodotti, dikjarazzjoni dwar dan għandha tingħata fis-sezzjoni GEN 3.2 “Ċarts ajrunawtiċi”.