EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0427

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/51

ĠU L 87, 23.3.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/427/oj

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/427

tat-13 ta’ Jannar 2020

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2)(e), l-Artikolu 14(2)(c) u l-Artikolu 15(2)(a) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-prodotti organiċi, filwaqt li r-regoli dettaljati dwar il-produzzjoni huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Billi għall-produzzjoni taż-żrieragħ imnibbta, in-nebbieta jużaw esklussivament ir-riżervi taż-żrieragħ li se jinbtu u jiġu kkunsmati direttament bħala oġġett tal-ikel, iż-żrieragħ użati għall-produzzjoni tan-nebbieta għandhom ikunu organiċi.

(3)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħlif tal-kolonji tan-naħal, fejn is-sopravivenza tal-kolonja tiġi pperikolata minħabba kundizzjonijiet klimatiċi, il-possibbiltà li jintuża t-trab tad-dakra mill-apikultura organika tista’ tevita li l-larva tmut bil-ġuħ. Sabiex tissaħħaħ il-possibbiltà ta’ sopravivenza tal-kolonja, huwa xieraq li l-kolonji tan-naħal jitħallew ukoll jiġu mitmugħa trab tad-dakra organiku.

(4)

Fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura, b’mod partikolari l-produzzjoni ta’ eżemplari żgħar, it-trobbija tal-larva hija kkaratterizzata minn tliet fażijiet: il-fażi tat-tfaqqis tal-bajd u l-fażi awtotrofika meta l-larva tikkonsma r-riżervi mill-borża tal-isfar tagħha, il-fażi eterotropika meta l-larva tiġi mitmugħa bil-plankton u l-ftim finali għar-reġimi ġodda ta’ għalf. Billi l-aħħar fażi tal-iżvilupp tal-larva twassal għas-sura tal-età żgħira, jenħtieġ li jingħataw kundizzjonijiet ġodda għall-produzzjoni ta’ eżemplari żgħar li jinkorporaw l-aktar għarfien reċenti dwar is-settur f’konformità mal-prinċipji organiċi.

(5)

Ir-regoli attwali dwar l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura karnivori jinkludu restrizzjoni kwantitattiva ġenerali fuq l-għalf li joriġina mill-pjanti. Billi d-dieta li tirriżulta ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-ispeċijiet u l-istadji kollha ta’ żvilupp, jenħtieġ li dik ir-restrizzjoni tiġi abolita.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti I, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

B’deroga mill-punt 1.1, il-produzzjoni taż-żrieragħ imnibbta, dment li ż-żerriegħa tkun organika, u l-kisba tal-irjus taċ-ċikwejra inkluż permezz tal-immersjoni f’ilma ċar għandhom ikunu permessi.”;

(2)

fil-punt 1.9.6.2 tal-Parti II, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-kolonji tan-naħal jistgħu jintgħalfu biss meta s-sopravivenza tal-kolonja tkun fil-periklu minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi. F’tali każ, il-kolonji tan-naħal għandhom jintgħalfu bl-għasel organiku, bil-ġulepp taz-zokkor organiku jew biz-zokkor organiku.”

(3)

Il-Parti III hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3.1.2, jiżdied il-punt li ġej:

“3.1.2.3.

Produzzjoni tal-eżemplari żgħar

Fit-trobbija tal-larva tal-ispeċijiet ta’ ħut tal-baħar, jistgħu jintużaw sistemi ta’ trobbija (preferibbilment il- “mesocosm” jew it-“trobbija ta’ volum kbir”). Dawk is-sistemi ta’ trobbija jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

id-densità tal-istokkjar inizjali għandha tkun inqas minn 20 bajda jew larva għal kull litru;

(b)

it-tank tat-trobbija tal-larva għandu jkollu volum minimu ta’ 20 m3; kif ukoll

(c)

il-larvi għandhom jintgħalfu fuq il-plankton naturali li qed jiżviluppa fit-tank, issupplimentat kif xieraq minn fitoplankton u żooplankton prodotti esternament.”

(b)

fil-punt 3.1.3.3, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

materjali tal-għalf organiku li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali.”


Top