Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0421

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/421 tat-18 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamectin, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, clopyralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, dichlorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, Lecanicillium muscarium (li qabel kienet “Verticillium lecanii”) tar-razza Ve6, mepanipyrim, Metarhizium anisopliae (var. anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, metconazole, metrafenone, Phlebiopsis gigantea tar-razez FOC PG 410.3, VRA 1835 u VRA 1984, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61 (li qabel kienet “S. griseoviridis”), Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez IMI 206040 u T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triclopyr, trinexapac, triticonazole u ziram (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/1589

ĠU L 84, 20.3.2020, pp. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/421/oj

20.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/421

tat-18 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamectin, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, clopyralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, dichlorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, Lecanicillium muscarium (li qabel kienet “ Verticillium lecani i ”) tar-razza Ve6, mepanipyrim, Metarhizium anisopliae (var. anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, metconazole, metrafenone, Phlebiopsis gigantea tar-razez FOC PG 410.3, VRA 1835 u VRA 1984, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61 (li qabel kienet “ S. griseoviridi s ”), Trichoderma asperellum (li qabel kienet “ T. harzianu m ”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “ T. harzianu m ”) tar-razez IMI 206040 u T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “ T. virid e ”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triclopyr, trinexapac, triticonazole u ziram

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 (3) ġew estiżi sat-30 ta’ April 2020 il-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamectin, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, clopyralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, dichlorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, Lecanicillium muscarium (li qabel kienet “Verticillium lecani i”) tar-razza Ve6, mepanipyrim, Metarhizium anisopliae (var. anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, metconazole, metrafenone, Phlebiopsis gigantea tar-razez FOC PG 410.3, VRA 1835 u VRA 1984, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61 (li qabel kienet “S. griseoviridi s”), Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianu m”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianu m”) tar-razez IMI 206040 u T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. virid e”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triclopyr, trinexapac, triticonazole u ziram.

(3)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(4)

Barra minn hekk, ingħatat estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi diklorprop-P, mepanipirim, spinosad, trinessapak, u fosetyl, biex jingħata biżżejjed żmien biex titwettaq valutazzjoni dwar il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi kollha ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti u, għalhekk, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistipula li d-data ta’ skadenza tkun l-istess waħda li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi wara. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (ĠU L 33, 5.2.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Ziram, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 89, Pseudomonas chlororaphis tar-razza: MA 342, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 90, Mepanipyrim, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Clodinafop, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimicarb, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, Rimsulfuron, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Triticonazole, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 129, Clopyralid, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Cyprodinil, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetyl, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 132, Trinexapac, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, Dichlorprop-P, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, Metconazole, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pyrimethanil, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triclopyr, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, Metrafenone, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 193, Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, tar-razza ABTS-1857 u tar-razza GC-91, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 194, Bacillus thuringiensis subsp. israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 195, Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki tar-razza ABTS 351, tar-razza PB 54, tar-razza SA 11, tar-razza SA 12, tar-razza EG 2348, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 197, Beauveria bassiana tar-razza ATCC 74040, tar-razza GHA, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(23)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(24)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 199, Lecanicillium muscarium, (li qabel kienet Verticilium lecanii) tar-razza Ve 6, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(25)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 200, Metarhizium anisopliae var. anisopliae, (li qabel kienet Metarhizium anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(26)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 201, Phlebiopsis gigantea tar-razza VRA 1835, tar-razza VRA 1984, tar-razza FOC PG 410.3, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(27)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 202, Pythium oligandrum tar-razza M1, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(28)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 203, Streptomyces K61 (li qabel kienet S. griseoviridis) tar-razza K61, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(29)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez IMI206040 u T11, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(30)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, Trichoderma harzianum Rifai tar-razza T-22, tar-razza ITEM 908, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(31)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza ICC012, tar-razza T25, tar-razza TV1, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(32)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(33)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 210, Abamectin, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”;

(34)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 213, Fenpyroximate, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2021”.


Top