Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0390

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/390 tal-10 ta’ Marzu 2020 li jemenda għat-312-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2020/1641

ĠU L 74, 11.3.2020, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/390/oj

11.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/390

tal-10 ta’ Marzu 2020

li jemenda għat-312-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet entrati mal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

(1)

“Jamaah Ansharut Daulah (psewdonimu: (a) Jemaah Anshorut Daulah; (b) Jamaah Ansharut Daulat. Informazzjoni oħra: stabbilit fl-2015 bħala grupp kumplessiv tal-gruppi estremisti Indoneżjani li wegħdu lealtà lejn Abu Bakr al-Baghdadi li dak iż-żmien kien il-mexxej tal-ISIL. Assoċjat mal-Islamic State in Iraq and the Levant, elenkat bħala Al-Qaida in Iraq (QDe.115). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7e(e): 04.03.2020.”

(2)

“Islamic State in Iraq and the Levant – Libya (: الدولة الإسلامية في العراق والشام – ليبيا) (psewdonimu: (a) Islamic state of Iraq and the Levant in Libya; (b) Wilayat Barqa; (c) Wilayat Fezzan; (d) Wilayat Tripolitania; (e) Wilayat Tarablus; (f) Wilayat Al-Tarablus. Informazzjoni oħra: issawwar f’Novembru 2014 meta tħabbar minn Abu Bakr Al-Baghdadi, elenkat bħala Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (QDi.299). Assoċjat mal-Islamic State in Iraq and the Levant, elenkat bħala Al-Qaida in Iraq (QDe.115). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7e(e): 04.03.2020.”

(3)

“Islamic State in Iraq and the Levant – Yemen (kitba oriġinali: الدولة الإسلامية في العراق والشام – اليمن) (psewdonimu: (a) Islamic State of Iraq and the Levant of Yemen; (b) Islamic State in Yemen; (c) ISIL in Yemen; (d) ISIS in Yemen; (e) Wilayat al-Yemen, Province of Yemen. Informazzjoni oħra: issawwar f’Novembru 2014 meta ġew aċċettati ġuramenti ta’ lealtà minn Abu Bakr Al-Baghdadi, elenkat bħala Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (QDi.299). Assoċjat mal-Islamic State in Iraq and the Levant, elenkat bħala Al-Qaida in Iraq (QDe.115). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7e(e): 04.03.2020.”


Top