This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0389
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/389 of 31 October 2019 amending Regulation (EU) No 347/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the Union list of projects of common interest
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni
C/2019/7772
ĠU L 74, 11.3.2020, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0869
11.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/389
tal-31 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa’ kurituri ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-netwerks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju. |
(2) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-PCIs (“il-lista tal-Unjoni”). |
(3) |
Il-lista ta’ PCIs hija stabbilita kull sentejn, għalhekk jeħtieġ li tiġi sostitwita. |
(4) |
Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 li kkonfermaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f’laqgħat tekniċi. Wara l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fil-25 ta’ Settembru 2019 rigward l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta’ valutazzjoni u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fl-4 ta’ Ottubru 2019. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati minn dawk l-Istati Membri li l-proġetti jolqtu t-territorju tagħhom. |
(6) |
L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni. |
(7) |
Il-PCIs għandhom jiġu elenkati skont il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea strateġika fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. Jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni ma tinkludi ebda klassifika ta’ proġetti. |
(8) |
Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta’ diversi PCIs minħabba li huma interdependenti jew (potenzjalment) f’kompetizzjoni ma’ xulxin. |
(9) |
Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs fi stadju ta’ żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu identifikati, ivvalutati u evitati jew imtaffija b’mod xieraq, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent. |
(10) |
L-inklużjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni hija bla preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali relevanti u għall-proċedura tal-permessi. Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, proġett li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-PCIs, u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni relevanti, għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS VII
LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI (“IL-LISTA TAL-UNJONI”),
imsemmija fl-Artikolu 3(4)
A. IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI
(1) Raggruppamenti ta’ PCIs
Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Dawn it-tipi ta’ raggruppament ta’ PCIs huma stabbiliti kif ġej:
(a) |
raggruppament ta’ PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġi indirizzat l-istess ostaklu transfruntiera, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha; |
(b) |
raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntiera. F’dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet ta’ kapaċità; kif ukoll |
(c) |
raggruppament ta’ PCIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess punt diffiċli. Madankollu, il-kobor tal-ostaklu huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni ta’ PCI. |
Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(2) It-trattament ta’ substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-kompressuri
Substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(3) Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs u proġetti li saru parti minn PCIs oħra
(a) |
Għadd ta’ proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 ma għadhomx jitqiesu PCIs għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
Dawn il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati jew li se jiġu kkummissjonati sa tmiem l-2019) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.
Tali proġetti mhumiex PCIs, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs”.
(b) |
Barra minn hekk, ċerti proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 saru parti integrali minn (raggrupamenti ta’) PCIs oħra waqt li l-proċess ta’ implimentazzjoni kien għaddej. Tali proġetti ma għadhomx jitqiesu PCIs indipendenti, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li issa huma parti integrali minn PCIs oħra”. |
(4) Definizzjoni ta’ “PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku”
“PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku” tfisser PCIs li jappartienu għal wieħed mill-kurituri tal-elettriku ta’ prijorità u għaż-żona tematika ta’ prijorità għall-awtostradi tal-elettriku.
B. IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI
(1) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||
1.3 |
Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.6 |
L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Interkonnettur Ċeltiku”] |
||||||
1.7 |
Ir-raggruppament ta’ interkonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.8 |
Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]
|
||||||
1.9 |
|
||||||
1.10 |
Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
||||||
1.12 |
Raggruppament ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-elettriku fir-Renju Unit, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
||||||
1.14 |
L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”] |
||||||
1.15 |
Interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Antwerp (BE) u l-akkwati ta’ Kemsley (UK) [attwalment magħrufa bħala “Nautilus”] |
||||||
1.16 |
Interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit |
||||||
1.17 |
Ħażna ta’ enerġija f’arja kkompressata fi Zuidwending (NL) |
||||||
1.18 |
Faċilità ta’ ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma lil hinn mill-kosta fil-Belġju [attwalment magħrufa bħala “iLand”] |
||||||
1.19 |
Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Wind Power Hub”] |
||||||
1.20 |
L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “NeuConnect”] |
(2) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||
2.4 |
Interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”] |
||||||
2.7 |
Interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”] |
||||||
2.9 |
Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”] |
||||||
2.10 |
Linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster u Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”] |
||||||
2.13 |
Raggruppament tal-interkonnessjonijiet bej l-Irlanda u r-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.14 |
Interkonnessjon bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) [attwalment magħrufa bħala “Greenconnector”] |
||||||
2.16 |
Raggruppament ta’ linji interni, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.17 |
L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefría (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fría/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT) |
||||||
2.18 |
Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Kaunertal, Tyrol (AT) |
||||||
2.23 |
Linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [attwalment magħrufin bħala “BRABO II + III”] |
||||||
2.27 |
|
||||||
2.28 |
|
||||||
2.29 |
Impjant tal-Idroenerġija Elettrika f’Silvermines (IE) |
||||||
2.30 |
Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Riedl (DE) |
(3) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||||||
3.1 |
Raggruppament l-Awstrija — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.4 |
Interkonnessjoni bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT) |
||||||||||
3.7 |
Raggruppament il-Bulgarija — il-Greċja bejn Maritsa East 1 u N. Santa u t-tisħiħ intern meħtieġ fil-Bulgarija, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.8 |
Iż-żieda tal-kapaċità tar-raggruppament tal-Bulgarija u tar-Rumanija [attwalment magħrufa bħala l-“Kuritur tal-Baħar l-Iswed”], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.9 |
|
||||||||||
3.10 |
Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.11 |
Raggruppament ta’ linji interni, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.12 |
Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isarto żżid il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink] |
||||||||||
3.14 |
Tisħiħ intern fil-Polonja [parti mir-raggruppament attwalment magħruf bħala “GerPol Power Bridge”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.16 |
|
||||||||||
3.17 |
Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovakkja bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK) |
||||||||||
3.21 |
Interkonnessjoni bejn Salgareda (IT) u Divača — ir-reġjun ta’ Bericevo (SI) |
||||||||||
3.22 |
Raggruppament ir-Rumanija — is-Serbja [attwalment magħruf bħala “Mid Continental East Corridor”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||
3.23 |
Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Yadenitsa (BG) |
||||||||||
3.24 |
Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Amfilochia (EL) |
||||||||||
3.27 |
Interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”] |
(4) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.2 |
Raggruppament l-Estonja — il-Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħrufa bħala “Third interconnection”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.4 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.5 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.6 |
Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.7 |
Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Kruonis (LT) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.8 |
Integrazzjoni u sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-netwerks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.10 |
Raggruppament il-Finlandja – l-Iżvezja [attwalment magħruf bħala “Third interconnection Finland – Sweden”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
(5) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)
Nru. |
Definizzjoni |
5.3 |
Terminal tal-LNG ta’ Shannon u l-pipeline ta’ konnessjoni (IE) |
5.19 |
Konnessjoni bejn Malta u n-netwerk tal-gass Ewropew — interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f’Gela |
5.21 |
Adattament mill-gass kalorifiku baxx għal għoli fi Franza u l-Belġju |
(6) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||||||||||
6.2 |
Interkonnessjoni bejn il-Polonja, is-Slovvakja u l-Ungerija bit-tisħiħ intern relatat, inklużi l-PCIs li ġejjin:
kif ukoll
|
||||||||||||||
6.5 |
Raggruppament tat-terminal tal-LNG ta’ Krk u l-pipelines ta’ konnessjoni u evakwazzjoni lejn l-Ungerija u lil hinn minnha, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||
6.8 |
Raggruppament ta’ żvilupp u tisħiħ tal-infrastruttura li jinforzaw il-Balkan Gas Hub, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||
6.9 |
|
||||||||||||||
6.20 |
Żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:
u wieħed mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||
6.23 |
L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija, is-Slovenja u l-Italja (Nagykanizsa (HU) — Tornyiszentmiklós (HU) — Lendava (SI) — Kidričevo (SI) — Ajdovščina (SI) — Šempeter (SI) — Gorizia (IT)) |
||||||||||||||
6.24 |
Raggruppament taż-żieda gradwali fil-kapaċità tul il-kuritur ta’ trażmissjoni bidirezzjonali l-(Bulgarija — ir-Rumanija — l-Ungerija — (l-Awstrija) (attwalment magħruf bħala “ROHUAT/BRUA”) biex tippermetti kapaċità fl-interkonnessjoni bejn ir-Rumanija u l-Ungerija ta’ 1,75 bcm/a fl-ewwel (1) fażi, 4,4 bcm/a fit-tieni (2) fażi, u bl-inklużjoni ta’ riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed fit-tieni (2) fażi:
|
||||||||||||||
6.26 |
|
||||||||||||||
6.27 |
LNG Gdansk (PL) |
(7) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||||
7.1 |
Raggruppament ta’ PCIs ta’ infrastruttura tat-trasport integrata, iddedikata u li tista’ tlaħħaq ma’ domanda akbar, u tagħmir assoċjat għat-trasport b’minimu ta’ 10 bcm/a ta’ sorsi ġodda ta’ gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ażerbajġan, mill-Georgia u mit-Turkija u li jilħaq is-swieq tal-UE fil-Greċja u fl-Italja, u li jinkludi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
7.3 |
Raggruppament ta’ PCIs tal-infrastruttura biex tittrasporta gass ġdid mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran, inkluż:
u l-PCIs li ġejjin dipendenti minnha:
|
||||||
7.5 |
Żvilupp tal-infrastruttura tal-gass f’Ċipru [attwalment magħruf bħala “Cyprus Gas2EU”] |
(8) Il-Kuritur ta’ Prijorità, Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (“BEMIP Gas”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||
8.2 |
L-ammeljorament tal-infrastruttura ta’ raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
8.3 |
Raggruppament ta’ infrastruttura, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||
8.5 |
L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u l-Litwanja [attwalment magħrufa bħala “GIPL”] |
(9) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)
Nru. |
Definizzjoni |
||||
9.1 |
Il-pipeline ta’ Adamowo - Brody: il-pipeline li jgħaqqad is-sit ta’ mmaniġġar ta’ JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukraina) mal-Park tat-Tankijiet ta’ Adamowo (il-Polonja) |
||||
9.2 |
Il-pipeline ta’ Bratislava - Schwechat: il-pipeline li jgħaqqad lil Schwechat (l-Awstrija) ma’ Bratislava (ir-Repubblika Slovakka) |
||||
9.4 |
Pipeline ta’ Litvinov (iċ-Ċekja) — Spergau (il-Ġermanja): il-proġett ta’ estensjoni tal-pipeline taż-żejt grezz ta’ Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau |
||||
9.5 |
Raggruppament tal-pipeline ta’ Pomorze (il-Polonja), inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
9.6 |
TAL Plus: l-espansjoni tal-kapaċità tal-pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja) |
(10) Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”
Nru. |
Definizzjoni |
10.3 |
SINCRO.GRID (is-Slovenja, il-Kroazja) - Integrazzjoni innovattiva ta’ soluzzjonijiet sinerġetiċi u maturi bbażati fuq it-teknoloġija, sabiex tiżdied is-sigurtà tal-operati tas-sistemi tal-elettriku Sloven u Kroat b’mod simultanju |
10.4 |
ACON (iċ-Ċekja, is-Slovakkja) - L-għan ewlieni tal-ACON (Again COnnected Networks) huwa li jrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċek u Slovakk |
10.6 |
Inizjattiva ta’ Fruntieri Intelliġenti (Franza, il-Ġermanja) - L-Inizjattiva ta’ Fruntieri Intelliġenti se tgħaqqad politiki mfassla minn Franza u mill-Ġermanja sabiex tappoġġja l-bliet u t-territorji tagħhom fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tal-enerġija u fl-integrazzjoni tas-swieq Ewropej |
10.7 |
Danube Ingrid (l-Ungerija, is-Slovakkja) — il-proġett itejjeb il-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tan-netwerk tal-elettriku, b’enfasi fuq il-ġbir u l-iskambju ta’ data aktar intelliġenti |
10.8 |
Data Bridge (l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza) — għandu l-għan li jibni Pjattaforma Komuni Ewropea għal Pont tad-Data, li tippermetti l-integrazzjoni ta’ tipi differenti ta’ data (data dwar il-metraġġ intelliġenti, data operattiva tan-netwerk, data dwar is-suq), bil-ħsieb li jiġu żviluppati soluzzjonijiet li jistgħu jiġu estiżi u replikabbli għall-UE |
10.9 |
Il-proġett ta’ flessibbiltà transfruntiera (l-Estonja, il-Finlandja) — għandu l-għan li jappoġġa l-integrazzjoni tas-SER u jżid is-sigurtà tal-provvista permezz tal-forniment transfruntier ta’ servizzi ta’ flessibbiltà lill-Estonja, il-Finlandja u u li jiġi pprovdut minn ġenerazzjoni distribwita. |
(11) Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”
Lista ta’ PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku
Nru. |
Definizzjoni |
||||||
Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”) |
|||||||
1.3 |
Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.6 |
L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Interkonnettur Ċeltiku”] |
||||||
1.7 |
Ir-raggruppament ta’ interknonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.8 |
Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]
|
||||||
1.10 |
Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:
|
||||||
1.14 |
L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”] |
||||||
1.15 |
L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Antwerp (BE) u l-akkwati ta’ Kemsley (UK) [attwalment magħrufa bħala “Nautilus”] |
||||||
1.16 |
L-interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit |
||||||
1.19 |
Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”] |
||||||
1.20 |
L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “NeuConnect”] |
||||||
Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”) |
|||||||
2.7 |
L-interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”] |
||||||
2.9 |
Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”] |
||||||
2.10 |
Linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster and Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”] |
||||||
2.13 |
Raggruppament tal-interkonnessjonijiet l-Irlanda — ir-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”) |
|||||||
3.10 |
Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:
|
||||||
3.12 |
Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isar biex tiżdied il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink] |
(12) Netwerk transfruntiera għad-dijossidu tal-karbonju
Nru. |
Definizzjoni |
12.2 |
Is-CO2-Sapling Project huwa l-komponent tal-infrastruttura tat-trasport tal-proġett Acorn tal-katina sħiħa tas-CCS (ir-Renju Unit, f’fażijiet ulterjuri n-Netherlands, in-Norveġja) |
12.3 |
TransPorts CO2 għandu l-għan li jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-qbid, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira ta’ CO2 minn Rotterdam, f’Antwerp u fil-Port tal-Baħar tat-Tramuntana |
12.4 |
Il-proġett Northern Lights — proġett kummerċjali ta’ konnessjoni ta’ trasport transkonfinali tad-CO2 bejn diversi inizjattivi ta’ qbid Ewropej (ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju, in-Netherlands, Franza, l-Iżvezja) u t-trasport tad-CO2 maqbud bil-vapur għal sit ta’ ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża |
12.5 |
Il-proġett Athos jipproponi infrastruttura għat-trasport tad-CO2 minn żoni industrijali fin-Netherlands u huwa miftuħ għall-idea li jirċievi CO2 addizzjonali minn oħrajn, bħall-Irlanda u l-Ġermanja li qed jiżviluppaw struttura ta’ trasport ta’ volum għoli interoperabbli transfruntiera interoperabbli. |
12.6 |
Il-proġett Ervia Cork huwa maħsub li jimmira mill-ġdid il-pipelines tal-gass naturali eżistenti fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta u li jinbena pipeline apposta ġdid tad-CO2 għat-trasport tad-CO2 maqbud minn CCUS tal-industrija peżanti u ċ-ċiklu tal-GTs sal-faċilità ta’ ħżin. |
C. LISTI TAL-“PROĠETTI LI M’GĦADHOMX IKKUNSIDRATI PCIS” U L-“PROĠETTI LI SARU PARTI INTEGRALI TA’ PCIS OĦRA FIT-TIENI U/JEW IT-TIELET LISTA TA’ PCIS”
(1) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
1.1.1 |
1.1.2 |
1.1.3 |
1.2 |
1.3.2 |
1.4 |
1.5 |
1.7.4 |
1.8.2 |
1.9.2 |
1.9.3 |
1.9.4 |
1.9.5 |
1.9.6 |
1.11.1 |
1.11.2 |
1.11.3 |
1.11.4 |
1.12.1 |
1.12.2 |
1.12.5 |
(2) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
2.2.1 |
2.2.2 |
2.2.3 |
2.2.4 |
2.3.1 |
2.3.2 |
2.5.1 |
2.5.2 |
2.6 |
2.8 |
2.11.1 |
2.11.2 |
2.11.3 |
2.12 |
2.15.1 |
2.15.2 |
2.15.3 |
2.15.4 |
2.16.2 |
2.19 |
2.20 |
2.21 |
2.22 |
2.24 |
2.25.1 |
2.25.2 |
2.26 |
2.28.1 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
2.1 |
3.1.4 |
(3) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
3.1.3 |
3.2.1 |
3.2.2 |
3.2.3 |
3.3 |
3.5.1 |
3.5.2 |
3.6.1 |
3.6.2 |
3.8.2 |
3.8.3 |
3.8.6 |
3.9.2 |
3.9.3 |
3.9.4 |
3.10.3 |
3.13 |
3.14.1 |
3.15.1 |
3.15.2 |
3.16.2 |
3.16.3 |
3.18.1 |
3.18.2 |
3.19.2 |
3.19.3 |
3.20.1 |
3.20.2 |
3.22.5 |
3.25 |
3.26 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
3.19.1 |
3.22.5 |
(4) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
4.1 |
4.4.1 |
4.5.1 |
4.5.3 |
4.5.4 |
4.5.5 |
4.8.5 |
4.8.6 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
4.3 |
4.8.9 |
4.9 |
4.8.9 |
(5) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
5.1.1 |
5.1.2 |
5.1.3 |
5.2 |
5.4.1 |
5.4.2 |
5.5.1 |
5.5.2 |
5.6 |
5.7.1 |
5.7.2 |
5.9 |
5.10 |
5.11 |
5.12 |
5.13 |
5.14 |
5.15.1 |
5.15.2 |
5.15.3 |
5.15.4 |
5.15.5 |
5.16 |
5.17.1 |
5.17.2 |
5.18 |
5.20 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
5.8.1 |
5.5.2 |
5.8.2 |
5.5.2 |
(6) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
6.2.10 |
6.2.11 |
6.2.12 |
6.2.14 |
6.3 |
6.4 |
6.5.3 |
6.5.4 |
6.5.6 |
6.7 |
6.8.3 |
6.9.2 |
6.9.3 |
6.11 |
6.12 |
6.16 |
6.17 |
6.19 |
6.20.1 |
6.20.5 |
6.21 |
6.22.1 |
6.22.2 |
6.24.1 Oġġett imneħħi: Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tal-ewwel fażi fi Csanádpalota Oġġett imneħħi: Stazzjon ta’ kompressur GCA Mosonmagyarovar (żvilupp fuq in-naħa Awstrijaka) |
6.24.4 Oġġett imneħħi: pipeline Ercsi-Százhalombatta (HU) Oġġett imneħħi: Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tal-ewwel fażi fi Csanádpalota; |
6.24.10 |
6.25.1 |
6.25.2 |
6.25.4 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
6.1.1 |
6.2.10 |
6.1.2 |
6.2.11 |
6.1.3 |
6.2.11 |
6.1.4 |
6.2.11 |
6.1.5 |
6.2.11 |
6.1.6 |
6.2.11 |
6.1.7 |
6.2.11 |
6.1.8 |
6.2.2 |
6.1.9 |
6.2.11 |
6.1.10 |
6.2.2 |
6.1.11 |
6.2.2 |
6.1.12 |
6.2.12 |
6.2.3 |
6.2.2 |
6.2.4 |
6.2.2 |
6.2.5 |
6.2.2 |
6.2.6 |
6.2.2 |
6.2.7 |
6.2.2 |
6.2.8 |
6.2.2 |
6.2.9 |
6.2.2 |
6.5.2 |
6.5.6 |
6.6 |
6.26.1 |
6.8.4 |
6.25.4 |
6.13.1 |
6.24.4 |
6.13.2 |
6.24.4 |
6.13.3 |
6.24.4 |
6.14 |
6.24.1 |
6.15.1 |
6.24.10 |
6.15.2 |
6.24.10 |
6.18 |
7.3.4 |
6.24.2 |
6.24.1 |
6.24.3 |
6.24.1 |
6.24.5 |
6.24.4 |
6.24.6 |
6.24.4 |
6.24.7 |
6.24.4 |
6.24.8 |
6.24.4 |
6.24.9 |
6.24.4 |
6.25.3 |
6.24.10 |
6.26.2 |
6.26.1 |
6.26.3 |
6.26.1 |
6.26.4 |
6.26.1 |
6.26.5 |
6.26.1 |
6.26.6 |
6.26.1 |
(7) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
7.1.1 Oġġett imneħħi: Pipeline Trans-Anatoljan |
7.1.2 |
7.1.5 |
7.1.7 |
7.2.1 |
7.2.2 |
7.2.3 |
7.4.1 |
7.4.2 |
Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs |
|
Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett |
Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat |
7.1.6 |
7.1.3 |
7.1.4 |
7.3.3 |
7.3.2 |
7.5 |
(8) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
8.1.1 |
8.1.2.1 |
8.1.2.2 |
8.1.2.3 |
8.1.2.4 |
8.2.2 |
8.2.3 |
8.4 |
8.6 |
8.7 |
8.8 |
(9) Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
9.3 |
(10) Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
10.1 |
10.2 |
10.5 |
(11) Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
1.5 |
1.7.4 |
2.2 |
2.4 |
2.5.1 |
3.1.3 |
4.1 |
(12) Żona Tematika ta’ Prijorità tan-Netwerk Transfruntier tad-Dijossidu tal-Karbonju
Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs |
12.1 |