Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32020R0239

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/239 tal-20 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 fir-rigward tal-adattament tal-mudelli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli għar-rekwiżiti tal-passi ambjentali Euro 5 u Euro 5+ (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/863

    ĠU L 48, 21.2.2020, str. 6—11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status prawny dokumentu Obowiązujące

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/239/oj

    21.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 48/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/239

    tal-20 ta’ Frar 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 fir-rigward tal-adattament tal-mudelli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli għar-rekwiżiti tal-passi ambjentali Euro 5 u Euro 5+

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 32(1) u l-Artikolu 38(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-rekwiżiti introdotti bir-Regolament (UE) 2019/129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-pass ambjentali Euro 5 għal vetturi tal-kategorija L (2), ċerti subkategoriji ta’ vetturi se jkollhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti tekniċi addizzjonali sa minn ċertu dati. Subkategoriji oħra huma eżentati jew huma meħtieġa jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti aktar tard milli oriġinarjament stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 168/2013.

    (2)

    Il-mudelli amministrattivi tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014 (3) għandhom jiġu adattati fid-dawl tal-emendi previsti fir-Regolament (UE) 2019/129 sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-passi ambjentali Euro 5 u Euro 5+ applikabbli f’data partikolari.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 901/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:

    “Artikolu 12a

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibqgħu joħorġu approvazzjonijiet tat-tip għal tipi ta’ vetturi skont dan ir-Regolament, bil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-11 ta’ Marzu 2020.

    2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-introduzzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni u t-tqegħid fis-servizz ta’ vetturi abbażi ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, bil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-11 ta’ Marzu 2020.”;

    (2)

    L-Annessi I, IV, VII u VIII huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    URSULA VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52.

    (2)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1.

    (3)  ĠU L 249, 22.8.2014, p. 1).


    ANNESS

    (1)   

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti B hija emendata kif ġej:

    (i)

    fil-punt 1, jiżdied il-punt 1.4. li ġej:

    “1.4.

    Il-vetturi u t-tipi ta’ vetturi għandhom jiġu identifikati bħala konformi mal-pass ambjentali Euro 5 jew mal-pass ambjentali Euro 5+ skont it-Tabella li ġejja:

    L-identifikazzjoni tal-pass ambjentali Euro 5 u Euro 5+ għall-vetturi tal-kategorija L

    (Sub)kategorija

    Obbligatorja minn:

    1.1.2020 għal tipi ġodda ta’ vetturi

    1.1.2021 għal tipi eżistenti ta’ vetturi

    pass ambjent.

    Obbligatorja minn:

    1.1.2024 għal tipi ġodda ta’ vetturi

    1.1.2025 għal tipi eżistenti ta’ vetturi

    pass ambjent.

    L1e

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    L2e (għajr L2e-U)

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    L2e-U

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5+

    test tat-tip I: Euro 4

    test tat-tip I: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    L3e(għajr enduro u trial), L4e, L5e-A u L7e-A

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5+

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    Sistema OBD stadju II li timmonitorja l-ħsarat u d-degradazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet (bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katalizzatur), u tirrapporta meta:

    Sistema OBD stadju II li timmonitorja l-ħsarat u d-degradazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u tirrapporta meta:

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    Enduro L3e-AxE u Trial L3e-AxT

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5+

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    test tat-tip I: Euro 4

    test tat-tip I: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    L5e(għajr Le5-A) u L7e (għajr L7e-A)

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5

    Sistema OBD stadju I li timmonitorja l-ħsara taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika, u tiskatta rapport meta:

    Euro 5+

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (a)

    jinqabżu l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD tal-Anness VI (B2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    (b)

    kwalunkwe modalità ta’ tħaddim tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    L6e għajr L6e-B

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip I, IV u V: Euro 5

    L6e-B

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5

    Sistema OBD mhux meħtieġa

    Euro 5+”;

    test tat-tip I: Euro 4

    test tat-tip I: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    testijiet tat-tip IV u V: Euro 5

    (ii)

    il-punt 2.8 huwa emendat kif ġej:

    l-entrata tad-data 4.0.1. tad-dokument ta’ informazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    L1e — L7e

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (4)”;

    l-entrata tad-data 7.6.3.5. tad-dokument ta’ informazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tad-data 7.6.3.4. tad-dokument ta’ informazzjoni:

    “7.6.3.5.

    L3e — L7e(10)

    Deskrizzjoni tal-modalitajiet prestabbiliti li xufier jista’ jesperjenza f’każ ta’ ħsara fl-ETC”;

    (b)

    fl-Appendiċi 3, l-entrata tad-data 4.0.1. tad-dokument ta’ informazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    L1e — L7e

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (4)”;

    (c)

    fl-Appendiċi 6, l-entrata tad-data 4.0.1. tad-dokument ta’ informazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    L1e — L7e

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (4)”;

    (d)

    fl-Appendiċi 7, l-entrata tad-data 4.0.1. tad-dokument ta’ informazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    L1e — L7e

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (4)”;

    (e)

    fl-Appendiċi 8, l-entrata tad-data 4.0.1. tad-dokument ta’ informazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    L1e — L7e

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (4)”;

    (2)   

    fl-Anness IV, fl-Appendiċi 1, fit-Taqsima 2, l-entrata 4.0.1. hija sostitwita b’dan li ġej:

    “4.0.1.

    Pass ambjentali: Euro (3/4/5/5+) (1) ”;

    (3)   

    fl-Anness VII, fil-punt 5, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela dwar “Sistema: l-emissjonijiet tal-magna (Stadju Euro 5)”

    “Sistema: l-emissjonijiet tal-magna (Stadju Euro 5+)

    134/2014

    A3”;

    (b)

    ir-ringieli dwar “Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju I: il-punti 1.8.1. sa 1.8.2. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013)” u “Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju II: il-punt 1.8.3. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013)” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju I: il-punt 1.8.1. sa 1.8.2. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fil-verżjoni tiegħu applikabbli fid-19.2.2019

    134/2014

    C1

    Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju II: il-punt 1.8.3. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fil-verżjoni tiegħu applikabbli fid-19.2.2019)

    134/2014

    C2”;

    (c)

    ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela dwar “Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju II: il-punt 1.8.3. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013)”:

    “Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju I: il-punt 1.8.3. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013)

    134/2014

    C3

    Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju II: il-punt 1.8.4. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013),

    134/2014

    C5

    Sistema: is-sistema ambjentali dijanjostika abbord (OBD Stadju II: il-punt 1.8.5. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013).

    134/2014

    C6”;

    (4)   

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.2.1.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.2.1.1.2.

    Pass ambjentali tal-vettura tat-test: Euro 3, Euro 4, Euro 5, Euro 5+ (3) (4)”;

    (b)

    il-punt 2.2.1.9.3. huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

    “2.2.1.9.3.

    Riżultati tat-test ambjentali tat-Tip VIII (Anness VI (B1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013) (3)”;

    (ii)

    it-Tabella 5-11 hija emendata kif ġej:

    l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella 5-11

    Limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD (taqsima B1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013) u riżultati tat-test ambjentali fil-każ ta’ funzjonament ħażin”;

    iċ-ċelloli relatati mal-kategorija ta’ vettura L6e-A jitħassru;

    (c)

    Fil-punt 2.2.1.6.3.3.2., it-Tabella 5-7 hija emendata kif ġej:

    (i)

    it-test fit-tieni ċellola tar-ringiela li tikkonċerna TRTTV1x (i) (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “x(v) km”;

    (ii)

    tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

    “(v)

    Issostitwixxi x b’100, 2 500, jew 3 500, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.”;

    (d)

    il-punt 2.2.1.9.4. huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

    “2.2.1.9.4.

    Riżultati tat-test ambjentali tat-Tip VIII (Anness VI (B2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013) (3)”;

    (ii)

    it-Tabella 5-12 hija emendata kif ġej:

    l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella 5-12

    Limiti massimi tal-emissjonijiet tal-OBD (taqsima B2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013) u riżultati tat-test ambjentali fil-każ ta’ funzjonament ħażin”;

    it-test fl-ewwel ċellola tar-ringiela li tikkonċerna l-kategorija ta’ vettura L3e – L7e huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L3e, L4e, L5e u L7e”.


    Góra