This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0204
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/204 of 28 November 2019 on detailed obligations of European Electronic Toll Service providers, minimum content of the European Electronic Toll Service domain statement, electronic interfaces, requirements for interoperability constituents and repealing Decision 2009/750/EC
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/204 tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-obbligi dettaljati tal-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni tad-dominju tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, l-interfaċċji elettroniċi, ir-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/750/KE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/204 tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-obbligi dettaljati tal-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni tad-dominju tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, l-interfaċċji elettroniċi, ir-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/750/KE
ĠU L 43, 17.2.2020, p. 49–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/49 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/204
tat-28 ta’ Novembru 2019
dwar l-obbligi dettaljati tal-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni tad-dominju tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, l-interfaċċji elettroniċi, ir-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/750/KE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (1), u b’mod partikolari, l-Artikoli 5(11), 6(9), 14(3), 15(6) u 15(7) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat tal-Pedaġġ Elettroniku,
Billi:
(1) |
Sabiex jitlesta l-qafas leġiżlattiv sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi tal-pedaġġ, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati fir-rigward tal-obbligi tal-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), il-kontenut tad-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS, l-interfaċċji elettroniċi u r-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà. |
(2) |
Sabiex jiġu evitati problemi ta’ prestazzjoni tas-sistema tal-EETS, jenħtieġ li l-fornituri tal-EETS jintalbu jissorveljaw is-servizz tagħhom u jikkollaboraw mal-kollettur tal-pedaġġ meta jwettqu t-testijiet tas-sistema tal-pedaġġ. |
(3) |
Jenħtieġ li l-fornituri tal-EETS jipprovdu data speċifika lill-kollettur tal-pedaġġ sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-kalkolu tal-pedaġġ applikat. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-EETS, jenħtieġ li l-fornituri tal-EETS jipprovdu appoġġ tekniku għall-identifikazzjoni tat-tagħmir ta’ abbord. |
(5) |
Fejn il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, dawn jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal dan il-għan, il-fornituri tal-EETS ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu aktar data dwar il-klijenti lill-kolletturi tal-pedaġġ minn kemm tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-EETS. |
(6) |
Sabiex tingħata informazzjoni xierqa lill-utenti, jenħtieġ li l-fatturazzjoni tkun tirrifletti d-diversi komponenti tas-servizz u tal-prezz tal-pedaġġ b’mod trasparenti. |
(7) |
Jenħtieġ li l-kontenut minimu ta’ dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS jiġi speċifikat sabiex il-fornituri tal-EETS jingħataw biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-forniment tal-EETS fid-dominju tal-pedaġġ korrispondenti. |
(8) |
Il-funzjonament mingħajr xkiel tal-EETS jeħtieġ livell minimu ta’ armonizzazzjoni tal-interfaċċji elettroniċi, u tal-funzjonament tal-interfaċċji bejn il-partijiet, b’mod partikolari bejn il-kolletturi tal-pedaġġ u l-fornituri tal-EETS. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-infrastruttura sabiex jippermettu l-komunikazzjoni u l-funzjonament korretti tat-tagħmir tal-partijiet involuti u sabiex jinkiseb funzjonament bla xkiel u sigur tal-interoperabbiltà u l-infurzar tal-EETS. |
(10) |
Sabiex il-proċess tal-akkreditazzjoni tal-fornituri tal-EETS ikun aktar effettiv, hija meħtieġa ċerta armonizzazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà fid-dominji differenti kollha tal-EETS. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura bħal din, li tinkludi l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjonijiet tal-KE. |
(11) |
Sabiex jiġu żgurati l-koerenza tal-qafas ġuridiku u l-funzjonament xieraq tas-sistema tal-EETS, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE (4) titħassar mid-data sa meta d-Direttiva (UE) 2019/520 trid tiġi trasposta fl-Istati Membri kollha, li hija d-data li fiha ser jibdew japplikaw dan ir-Regolament u l-atti delegati msemmija f’dik id-Direttiva. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Pedaġġ Elettroniku, imsemmi fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva (UE) 2019/520. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi ddettaljati għall-fornituri tal-EETS, informazzjoni dwar il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS, l-ispeċifikazzjonijiet għall-interfaċċji elettroniċi bejn il-kostitwenti tal-interoperabbiltà, ir-rekwiżiti għal dawn il-kostitwenti, u l-proċedura li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri sabiex jivvalutaw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà.
Artikolu 2
Obbligi dettaljati tal-fornituri tal-EETS
1. Għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tal-EETS għandhom jistabbilixxu proċessi operattivi vverifikati li jipprevedu miżuri xierqa meta jinstabu problemi ta’ prestazzjoni jew ksur tal-integrità.
2. Fis-sistemi bbażati fuq is-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita, il-fornituri tal-EETS għandhom jissorveljaw id-disponibbiltà tad-data dwar in-navigazzjoni u l-lokalizzazzjoni bis-satellita. Huma għandhom jinformaw lill-kolletturi tal-pedaġġ dwar id-diffikultajiet li jista’ jkollhom sabiex jistabbilixxu d-data tad-dikjarazzjoni tal-pedaġġ li tirrigwardja r-riċezzjoni tas-sinjali tas-satellita.
3. Kollettur tal-pedaġġ jista’ jitlob il-kooperazzjoni ta’ fornitur tal-EETS sabiex iwettaq testijiet dettaljati u li ma jkunux imħabbra tas-sistema tal-pedaġġ li jinvolvu l-vetturi li jkunu qed jiċċirkolaw jew li jkunu ċċirkolaw riċentement fid-dominju/i tal-EETS tal-kollettur tal-pedaġġ. L-għadd ta’ vetturi sottomessi għal dawn it-testijiet matul sena għal fornitur partikolari tal-EETS għandu jkun proporzjonat mal-medja annwali tat-traffiku jew tal-projezzjonijiet tat-traffiku tal-fornitur tal-EETS fid-dominju/i tal-EETS tal-kollettur tal-pedaġġ.
4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-fornitur tal-EETS għandu jipprovdi lill-kollettur tal-pedaġġ bl-informazzjoni li ġejja, li hija meħtieġa sabiex japplika l-pedaġġ għall-vetturi tal-utenti tal-EETS, jew sabiex jippermetti lill-kollettur tal-pedaġġ jivverifika l-kalkolu tal-pedaġġ applikat għall-vetturi tal-utenti tal-EETS mill-fornituri tal-EETS:
(a) |
in-numru tal-pjanċa tal-liċenzja tal-vettura tal-utent tal-EETS, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż tal-pjanċa tal-liċenzja internazzjonali; |
(b) |
identifikatur tal-kont tal-utent tal-EETS; |
(c) |
identifikatur tal-OBE, jekk jintuża f’dominju tal-EETS; |
(d) |
il-parametri ta’ klassifikazzjoni tal-vetturi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita t-tariffa applikabbli. |
L-iskambju tad-data għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
5. il-fornituri tal-EETS għandhom jipprovdu servizz xieraq u appoġġ tekniku sabiex jiżguraw it-twaqqif korrett tat-tagħmir ta’ abbord. Il-fornituri tal-EETS għandhom ikunu responsabbli għall-parametri fissi tal-klassifikazzjoni tal-vetturi maħżuna fit-tagħmir ta’ abbord jew fil-back office tagħhom. Il-parametri varjabbli tal-klassifikazzjoni tal-vetturi, li jistgħu jvarjaw minn vjaġġ għall-ieħor jew matul vjaġġ u li huma maħsuba li jiddaħħlu b’intervent minn ġol-vettura, għandhom ikunu konfigurabbli permezz ta’ interfaċċja bniedem-magna adegwata.
6. Fejn applikabbli, il-fatturazzjoni tal-utenti tal-EETS individwali mill-fornituri tal-EETS għandha tissepara b’mod ċar il-ħlasijiet għas-servizz tal-fornitur tal-EETS mill-pedaġġi mġarrba, u għandha, bħala minimu, tispeċifika - sakemm l-utent ma jiddeċidix mod ieħor - il-ħin u l-post li fih iġġarrbu l-pedaġġi, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-pedaġġi speċifiċi rilevanti għall-utenti.
7. Il-fornituri tal-EETS għandhom jinformaw lill-utenti tal-EETS minnufih dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ pedaġġ mhux iddikjarat fir-rigward tal-kont tiegħu, filwaqt li joffrulhom l-opportunità li jirregolarizzaw il-kont qabel tittieħed xi azzjoni ta’ infurzar, fejn dan ikun possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 3
Dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS
Id-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS imsemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2019/520 għandha, bħala minimu, tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u għandha tkun konformi mar-rekwiżiti previsti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Ir-rwoli u l-interfaċċji tal-partijiet interessati tal-EETS
1. Il-kolletturi tal-pedaġġ u l-fornituri tal-EETS għandhom idaħħlu fis-seħħ interfaċċji komuni u jimplimentaw protokolli tal-komunikazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni interoperabbli, il-fornituri tal-EETS għandhom jipprovdu lill-kolletturi tal-pedaġġ informazzjoni sigura relattiva għall-operazzjonijiet ta’ pedaġġ u l-kontroll/infurzar f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli.
2. Il-fornituri tal-EETS għandhom jiżguraw li l-kolletturi tal-pedaġġ ikunu jistgħu jidentifikaw b’mod faċli u mingħajr ambigwità jekk vettura li qed tiċċirkola fid-dominju tal-EETS tagħhom li tirrikjedi l-użu ta’ OBE u li allegatament qed tuża l-EETS hijiex fil-fatt mgħammra b’OBE tal-EETS ivvalidat u li jiffunzjona kif suppost illi jipprovdi informazzjoni korretta.
3. L-OBE tal-EETS għandu jipprovdi interfaċċja bniedem-magna, li tindika lill-utent li l-OBE qed jiffunzjona kif suppost, kif ukoll interfaċċja għad-dikjarazzjoni tal-parametri varjabbli tal-pedaġġ u għall-indikazzjoni tal-konfigurazzjonijiet ta’ dawk il-parametri.
Artikolu 5
Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-idoneità għall-użu
Il-konformità mal-ispeċifikazzjoni u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Artikolu 6
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2009/750/KE titħassar b’effett mid-19 ta’ Ottubru 2021.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-19 ta’ Ottubru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu, ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11.
ANNESS I
L-INTERFAĊĊJI TAS-SERVIZZ EWROPEW TA’ PEDAĠĠ ELETTRONIKU
Il-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS) u l-kolletturi tal-pedaġġ għandhom jużaw l-interfaċċji elettroniċi li ġejjin:
1. |
L-interfaċċji elettroniċi tar-radju mal-ġenb tat-triq bejn it-tagħmir ta’ abbord (OBE) tal-fornitur tal-EETS u t-tagħmir fiss jew mobbli tal-kollettur tal-pedaġġ. Bħala minimu, l-interfaċċji standardizzati mal-ġenb tat-triq bejn l-OBE u t-tagħmir fiss jew mobbli tal-kolletturi tal-pedaġġ għandhom jappoġġjaw:
L-OBEs tal-EETS għandhom ikunu konformi mal-punti 1(a), 1(b) u 1(c). L-OBEs tal-EETS ipprovduti għall-utenti tal-vetturi ħfief għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1(a) kif imsemmi fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2019/520. Il-kolletturi tal-pedaġġ jistgħu jimplimentaw kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 1(a), 1(b), 1(c) u 2 fit-tagħmir fiss jew mobbli mal-ġenb tat-triq tagħhom skont ir-rekwiżiti tagħhom. Meta l-kollettur tal-pedaġġ jimplimenta verżjoni ġdida ta’ standard għal interfaċċja bejn it-tagħmir mal-ġenb tat-triq u l-OBE, l-interfaċċja għandha tkompli tappoġġja l-verżjoni preċedenti tal-istandard għal perjodu limitat sabiex tippermetti l-kompatibbiltà kontinwa tas-sistema elettronika tagħha għall-ġbir tal-pedaġġ mal-OBEs li jkunu qed jitħaddmu. It-tul ta’ dan il-perjodu għandu jiġi ppubblikat mill-kollettur tal-pedaġġ fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS tiegħu u ma jistax ikun iqsar minn sentejn. |
2. |
Sistemi ta’ immaġni elettro-ottiċi fit-tagħmir fiss jew mobbli tal-kollettur tal-pedaġġ mal-ġenb tat-triq, li jipprovdu mezzi għar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (ANPR), f’sistemi ta’ pedaġġ fejn l-installazzjoni u l-użu ta’ OBE mhumiex meħtieġa. |
3. |
Interfaċċji elettroniċi bejn is-sistemi rispettivi tal-back office. Il-kontrolluri tal-pedaġġ għandhom jimplimentaw biss dawk l-aspetti tal-interfaċċja li huma marbuta mat-teknoloġija użata fid-dominju tal-EETS taħt ir-responsabbiltà tagħhom (GNSS, DSRC u/jew ANPR). |
3.1. |
L-interfaċċji tal-back office li ġejjin għandhom jiġu implimentati kemm mill-fornituri tal-EETS kif ukoll mill-kolletturi tal-pedaġġ b’mod indipendenti mit-teknoloġija użata fid-dominju tal-pedaġġ tal-EETS:
|
3.2. |
L-interfaċċji tal-back office li ġejjin għandhom jiġu implimentati b’mod addizzjonali kemm mill-fornituri tal-EETS kif ukoll mill-kolletturi tal-pedaġġ għad-dominji tal-EETS, li jimplimentaw it-teknoloġija tal-GNSS:
|
3.3. |
L-interfaċċji tal-back office li ġejjin għandhom jiġu implimentati b’mod addizzjonali kemm mill-fornituri tal-EETS kif ukoll mill-kolletturi tal-pedaġġ għad-dominji tal-EETS, li jimplimentaw it-teknoloġija tad-DSRC:
|
3.4. |
L-interfaċċji tal-back office li ġejjin għandhom jiġu implimentati b’mod addizzjonali kemm mill-fornituri tal-EETS kif ukoll mill-kolletturi tal-pedaġġ għad-dominji tal-EETS li jimplimentaw it-teknoloġija tal-ANPR:
L-interfaċċji elettroniċi għall-iskemi bbażati fuq id-DSRC u l-GNSS bejn is-sistemi rispettivi tal-back office tal-kollettur tal-pedaġġ u dawk tal-fornitur tal-EETS għandhom ikunu konformi ma’ CEN/TS 16986:2016 (5), kif ikkoreġut mis-CEN/TS 16986:2016/AC:2017, mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Fejn il-kollettur tal-pedaġġ jew il-fornitur tal-EETS jimplimenta verżjoni ġdida ta’ standard, huwa għandu jkompli jappoġġja, għal perjodu limitat, li jdum mhux inqas minn sentejn, l-iskambju tad-data kompatibbli mal-verżjoni preċedenti tal-istandard sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà kontinwa tal-back offices |
(1) Ġbir tat-tariffi b’mezzi elettroniċi — Profil tal-applikazzjoni tal-interoperabbiltà għad-DSRC
(2) Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Telematika tat-Trasport bit-Triq u tat-Traffiku (RTTT); Komunikazzjoni Ddedikata Fuq Medda Qasira (DSRC); Parti 1: Il-karatteristiċi tekniċi u l-metodi tal-ittestjar għat-tagħmir tat-trażmissjoni tad-data b’Rata Għolja ta’ Data (HDR) li jopera fil-banda Industrijali, Xjentifika u Medika (ISM) ta’ 5,8 GHz.
(3) Il-ġbir tat-tariffi b’mod elettroniku – Komunikazzjoni dwar il-kontroll tal-konformità għal sistemi awtonomi
(4) Il-ġbir tat-tariffi b’mod elettroniku – Komunikazzjoni dwar l-awmentazzjoni tal-lokalizzazzjoni għal sistemi awtonomi
(5) Il-Ġbir tat-Tariffi b’Mod Elettroniku — Profili ta’ applikazzjonijiet interoperabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Forniment tas-Servizzi u l-Iċċarġjar tal-Pedaġġ
ANNESS II
IL-KONTENUT MINIMU TA’ DIKJARAZZJONI TAD-DOMINJU TA’ SERVIZZ EWROPEW TA’ PEDAĠĠ ELETTRONIKU
Dikjarazzjoni tad-dominju tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS) għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
1. |
Taqsima dwar il-kundizzjonijiet proċedurali, li ma għandhomx ikunu diskriminatorji u li għandhom jinkludu mill-inqas:
|
1.1. |
It-taqsima dwar il-kundizzjonijiet kummerċjali għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin applikabbli għall-fornituri tal-EETS:
|
1.2. |
Il-kundizzjonijiet kummerċjali għandhom jinkludu wkoll, bħala minimu, deskrizzjoni tal-elementi użati sabiex tiġi definita r-rimunerazzjoni fissa u/jew varjabbli mħallsa mill-kollettur tal-pedaġġ lill-fornitur tal-EETS. Ir-rimunerazzjoni tista’ tvarja skont l-elementi li ġejjin:
|
1.3. |
Id-dikjarazzjoni tad-dominju għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-obbligi speċifiċi tal-fornitur tas-servizz ewlieni, li jvarjaw minn dawk tal-fornituri tal-EETS u li jiġġustifikaw kwalunkwe differenza fir-rimunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz ewlieni meta mqabbla ma’ dik tal-fornituri tal-EETS. |
2. |
Taqsima li tiddefinixxi ex ante l-passi tal-akkreditazzjoni ta’ fornitur tal-EETS għad-dominju tal-EETS u t-tul indikattiv tal-proċedura ta’ akkreditazzjoni. Din it-taqsima għandha tistabbilixxi l-proċedura kompluta għall-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà. Hija għandha tinkludi lista ta’ ċertifikati meħtieġa, testijiet fil-laboratorju u fuq il-post u l-kostijiet indikattivi tagħhom, kif ukoll kriterji jew parametri li jistgħu jitkejlu li jindikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet. It-taqsima għandu jkun fiha referenzi għall-istandards Ewropej jew internazzjonali kollha applikabbli relatati mal-pedaġġ elettroniku u eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom fid-dominju tal-EETS. Hija għandha tispeċifika wkoll ir-rekwiżiti tekniċi kollha li huma speċifiċi għad-dominju tal-EETS u li mhumiex koperti mill-istandards Ewropej jew internazzjonali. L-istess proċedura ta’ aċċettazzjoni għandha tapplika għall-fornituri kollha tal-EETS. |
3. |
Taqsima dwar id-data tal-kuntest tal-pedaġġ. |
ANNESS III
IL-KONFORMITÀ MAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET U L-IdONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
IL-KONFORMITÀ MAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
Il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà (inklużi l-interfaċċji u t-tagħmir mal-ġenb tat-triq) mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 15(4) u 15(5) tad-Direttiva (UE) 2019/520 u mal-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi rilevanti kollha għandha, qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq, tintwera permezz ta’ waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin, adattati għall-ispeċifiċità tas-settur abbażi tal-moduli pprovduti mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE (1):
(a) |
kontroll intern tal-produzzjoni kif stabbilit fit-taqsima I (il-modulu A); |
(b) |
eżami tat-tip tal-UE kif stabbilit fit-taqsima II (il-Modulu B) li huwa segwit minn Konformità mat-tip abbażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni stabbilit fit-taqsima III (il-Modulu C). |
I. Modulu A — Kontroll intern tal-produzzjoni
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti (a), (b) u (c), u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 15(4) u 15(5) tad-Direttiva (UE) 2019/520.
(a) |
Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jħejji d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-kostitwent tal-interoperabbiltà mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-operat tal-kostitwent tal-interoperabbiltà. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkollha mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(b) |
Il-manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (a) u mar-rekwiżiti tal-istrumenti leġiżlattivi li japplikaw għalihom. |
(c) |
Dikjarazzjoni ta’ konformità “KE” Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità “KE” bil-miktub għal mudell ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-kostitwent tal-interoperabbiltà. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità “KE” għandha tidentifika l-kostitwent tal-interoperabbiltà li għalih tkun tfasslet. Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità “KE” għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtoritajiet rilevanti fuq talba. |
(d) |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt (b) jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
II. Modulu B — Eżami tat-tip tal-UE
1. |
L-eżami tat-tip tal-UE huwa dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà u jivverifika u jiċċertifika li d-disinn tekniku tal-kostitwent tal-interoperabbiltà jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv li japplikaw għalih. |
2. |
L-eżami tat-tip tal-UE jista’ jitwettaq b’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
3. |
Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-eżami tat-tip tal-UE lil korp innotifikat wieħed tal-għażla tiegħu.
L-applikazzjoni għandha tinkludi:
|
4. |
Il-korp innotifikat għandu:
Fir-rigward tal-kostitwent tal-interoperabbiltà: |
4.1. |
jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn sabiex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-kostitwent tal-interoperabbiltà;
Fir-rigward tal-kampjun(i): |
4.2. |
jivverifika li l-kampjun(i) kien(u) manifatturat(i) f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll l-elementi li tfasslu mingħajr ma ġew applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards; |
4.3. |
iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min iwettaqhom, sabiex jivverifika jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dawn ġewx applikati b’mod korrett; |
4.4. |
iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min iwettaqhom, sabiex jivverifika jekk, fejn ma jkunux ġew applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tal-istrument leġiżlattiv; |
4.5. |
jiftiehem mal-manifattur dwar il-post fejn jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet. |
5. |
Il-korp innotifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-punt 4 u l-eżiti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu vis-à vis l-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut tar-rapport, kompletament jew parzjalment, biss bil-qbil tal-manifattur. |
6. |
Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv speċifiku li japplika għall-kostitwent tal-operabbiltà kkonċernat, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmuż(a) miegħu.
Iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex tkun tista’ tiġi evalwata l-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà manifatturati mat-tip eżaminat u sabiex ikun hemm lok għal kontroll fis-servizz. Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv, il-korp innotifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. |
7. |
Il-korp innotifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kwalunkwe bidla fl-aktar teknoloġija avvanzata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjoni. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma b’dan lill-manifattur.
Il-manifattur għandu jinforma lill-korp innotifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-kostitwent tal-interoperabbiltà mar-rekwiżiti essenzjali tal-istrument leġiżlattiv jew mal-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE. |
8. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom, li huwa jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista taċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żidiet magħhom li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew ristretti b’xi mod ieħor.
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħrajn dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom, li huwa jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew irrestrinġa b’mod ieħor u, jekk jintalab, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom li jkun ħareġ. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħrajn jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew żidiet magħhom. Fuq talba, l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-riżultati tal-eżamijiet imwettqa mill-korp innotifikat. Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi tiegħu u ż-żidiet miegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sakemm tiskadi l-validità taċ-ċertifikat. |
9. |
Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi tiegħu u ż-żidiet miegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-kostitwent tal-interoperabbiltà. |
10. |
Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jwettaq l-obbligi stabbiliti fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
III. Modulu C — Konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni
1. |
Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni hija dik il-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv li japplikaw għalihom. |
2. |
Il-manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà manifatturati mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv li japplikaw għalihom. |
3. |
Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità
|
4. |
Rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 3 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
IV. Speċifikazzjonijiet tat-testijiet
L-evalwazzjoni tal-konformità tal-implimentazzjoni mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva (UE) 2019/520 tista’ tiġi evalwata billi jiġu applikati l-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet li ġejjin:
— |
L-Anness I 1(a) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kien relatat mat-tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz tad-DSRC: EN 15876-1:2016 (2), ETSI TS 102 708-1-1:2010 (3), ETSI TS 102 708-1-2:2010 (4), ETSI TS 102 708-2-1:2013 (5) u ETSI TS 102 708-2-2:2018 (6), rispettivament; |
— |
L-Anness I 1(b) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kien relatat mat-tranżazzjonijiet għall-verifika tal-konformità f’ħin reali: EN ISO 13143-1:2016 (7); |
— |
L-Anness I 1(c) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kien relatat mal-awmentazzjoni tal-lokalizzazzjoni: EN ISO 13140-1:2016 (8). |
V. L-idoneità għall-użu (l-interoperabbiltà tas-servizz)
L-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà tiġi vvalutata permezz tat-tħaddim jew l-użu tal-kostitwenti fis-servizz, integrati b’mod rappreżentattiv fis-sistema tal-pedaġġ tal-EETS (inklużi l-ambjenti tat-testijiet) tal-kollettur(i) tal-pedaġġ li fid-dominju tiegħu/tagħhom irid jiċċirkola t-tagħmir ta’ abbord matul żmien speċifikat tal-operat. Il-valutazzjoni tal-idoneità għall-użu tista’ tinkludi testijiet li jkunu ġew definiti minn qabel fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS jew testijiet pilota b’utenti reali. Il-kollettur tal-pedaġġ jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif ukoll il-fornitur tal-EETS, il-manifattur jew rappreżentant awtorizzat u l-korp innotifikat li miegħu jkun applika l-fornitur tal-EETS, għandhom ikunu konformi ma’ kull pass tal-valutazzjoni tal-idoneità għall-użu abbażi ta’ kriterji jew parametri li jistgħu jitkejlu definiti fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS f’konformità mal-Anness II.
Sabiex iwettaq valutazzjoni bħal din permezz ta’ esperjenza fis-servizz sabiex juri l-interoperabbiltà fis-servizz tal-kostitwenti, il-manifattur, il-fornitur tal-EETS jew rappreżentant awtorizzat għandu jikkollabora direttament mal-kollettur(i) tal-pedaġġ jew japplika ma’ korp innotifikat, soġġett għar-rekwiżiti fil-punti (a) u (b). Il-kollettur tal-pedaġġ rilevanti jista’ jesiġi li t-testijiet u/jew it-testijiet pilota jitwettqu permezz tal-infrastruttura pprovduta mill-kollettur tal-pedaġġ, irrispettivament minn jekk il-fornitur tal-EETS jagħżilx li jikkollabora direttament mal-kollettur tal-pedaġġ jew japplikax ma’ korp innotifikat.
(a) |
Meta l-fornitur tal-EETS jikkollabora direttament mal-kollettur(i) tal-pedaġġ li fid-dominju tiegħu/tagħhom għandu jiċċirkola t-tagħmir ta’ abbord: Il-manifattur, il-fornitur tal-EETS jew rappreżentant awtorizzat għandu:
Il-kollettur tal-pedaġġ għandu:
|
(b) |
Meta l-fornitur tal-EETS japplika ma’ korp innotifikat, il-manifattur, il-fornitur tal-EETS jew rappreżentant awtorizzat għandu:
Il-korp innotifikat għandu:
|
VI. Il-kontenut u l-format tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-idoneità għall-użu
1. |
Il-kontenut tad-Dikjarazzjoni ta’ konformità “KE”
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tiddikjara li l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(4), (5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2019/520 ikun intwera. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima. Din għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti f’dan l-Anness u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew jiġi magħmul disponibbli l-kostitwent tal-interoperabbiltà. Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-kostitwent tal-interoperabbiltà. |
2. |
Il-mudell tad-Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
|
Iffirmata għal u f’isem: …
(il-post u d-data tal-ħruġ):
(isem, funzjoni) (firma):
Id-dikjarazzjonijiet “KE” tal-idoneità għall-użu u d-dokumenti li jakkumpanjawhom iridu jkunu ddatati u ffirmati.
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkitbu bl-istess lingwa bħall-istruzzjonijiet u jrid ikun fihom dawn li ġejjin:
(a) |
referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-manifattur, tal-fornitur tal-EETS jew tar-rappreżentant awtorizzat stabbilit ġewwa l-Komunità (ipprovdi l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ tar-rappreżentant awtorizzat u l-isem kummerċjali tal-manifattur); |
(c) |
deskrizzjoni tal-kostitwent(i) tal-interoperabbiltà (għamla, tip, verżjoni, eċċ.); |
(d) |
deskrizzjoni tal-proċedura segwita sabiex ġiet iddikjarata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet jew l-idoneità għall-użu; |
(e) |
ir-rekwiżiti kollha rilevanti ssodisfati mill-kostitwenti tal-interoperabbiltà u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom; |
(f) |
fejn ikun applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-kollettur(i) tal-pedaġġ jew tal-korp(i) nnotifikat(i) involuti fil-proċedura segwita għall-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet jew tal-idoneità għall-użu; |
(g) |
fejn xieraq, referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; |
(h) |
l-identifikazzjoni tal-firmatarju li jkun ingħata s-setgħa li jidħol għal impenji f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur stabbilit ġewwa l-Unjoni. |
(1) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(2) Il-ġbir tat-tariffi b’mod elettroniku — Evalwazzjoni tat-tagħmir ta’ abbord u mal-ġenb tat-triq għall-konformità ma’ EN 15509
(3) Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); RTTT; L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għat-tagħmir tat-trażmissjoni tad-data b’Rata Għolja ta’ Data (HDR) li jopera fil-banda ISM ta’ 5,8 GHz; Parti 1: Saff ta’ Kollegament tad-Data; Subparti 1: L-ispeċifikazzjoni proforma tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Implimentazzjoni tal-Protokoll (PICS)
(4) Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); RTTT; L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għat-tagħmir tat-trażmissjoni tad-data b’Rata Għolja ta’ Data (HDR) li jopera fil-banda ISM ta’ 5,8 GHz; Parti 1: Saff ta’ Kollegament tad-Data; Subparti 2: Struttura tas-Serje ta’ Testijiet u Għanijiet tat-Test (TSS&TP)
(5) Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); RTTT; L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għat-tagħmir tat-trażmissjoni tad-data b’Rata Għolja ta’ Data (HDR) li jopera fil-banda ISM ta’ 5,8 GHz; Parti 2: Saff tal-Applikazzjoni; Subparti 1: L-ispeċifikazzjoni proforma tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Implimentazzjoni tal-Protokoll (PICS)
(6) Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); RTTT; L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għat-tagħmir tat-trażmissjoni tad-data b’Rata Għolja ta’ Data (HDR) li jopera fil-banda ISM ta’ 5,8 GHz; Parti 2: Saff tal-Applikazzjoni; Subparti 2: Struttura tas-Serje ta’ Testijiet u Għanijiet tat-Test (TSS&TP)
(7) Il-ġbir tat-tariffi b’mod elettroniku — Evalwazzjoni tat-tagħmir ta’ abbord u mal-ġenb tat-triq għall-konformità mal-ISO 12813 — Parti 1: Struttura tas-serje ta’ testijiet u għanijiet tat-test
(8) Il-ġbir tat-tariffi b’mod elettroniku — Evalwazzjoni tat-tagħmir ta’ abbord u mal-ġenb tat-triq għall-konformità mal-ISO 13141 — Parti 1: Struttura tas-serje ta’ testijiet u għanijiet tat-test