EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0182

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/182 tal-14 ta’ Jannar 2020 dwar il-mudelli fil-qasam tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/27

ĠU L 38, 11.2.2020, p. 1–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/182/oj

11.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/182

tal-14 ta’ Jannar 2020

dwar il-mudelli fil-qasam tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 22(4) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 33 tad-Direttiva (UE) 2017/2397,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenju fil-passaġġi tal-ilma interni tal-Unjoni. Iċ-ċertifikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-mobbiltà, tiżgura s-sikurezza tan-navigazzjoni u tiżgura l-protezzjoni tal-ħajja umana u tal-ambjent.

(2)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħha, id-Direttiva (UE) 2017/2397 teħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, kotba tar-rekords tas-servizz, dokumenti uniċi li jiġbru ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni mal-kotba tar-rekords tas-servizz, ġurnali ta’ abbord u ċertifikati ta’ eżami prattiċi.

(3)

Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawn il-mudelli, jeħtieġ jagħmlu referenza għall-istandards stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“CESNI”) u jinkludu t-test sħiħ ta’ dawk l-istandards, dment li dawk l-istandards ikunu disponibbli u aġġornati, li jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli stabbilit fl-Annessi tad-Direttiva (UE) 2017/2397 u li l-interessi tal-Unjoni ma jinxteħtux f’riskju minħabba t-tibdiliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tas-CESNI. Fil-15 ta’ Ottubru 2019, is-CESNI adotta r-Riżoluzzjonijiet (2) li jistabbilixxu l-istandards dwar mudelli fil-qasam tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna, f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.

(4)

F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016–2020 (3), jenħtieġ li jintuża l-Gvern elettroniku biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi u jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet pubbliċi transfruntiera li jagħmlu ġid lin-negozji. Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell f’forma elettronika għaċ-ċertifikati ta’ kwalifiki tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa, espert fil-gass naturali likwifikat u espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-mudelli għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa, bħala espert fil-gass naturali likwifikat u bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri, f’forma stampata u f’forma elettronika, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-mudell għal dokument uniku li jiġbor iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni mal-ktieb tar-rekords tas-servizzi għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-mudell għaċ-ċertifikati tal-eżamijiet prattiċi għandu jkun kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 4

Il-mudell għall-ktieb tar-rekords tas-servizz għandu jkun kif stabbilit fl-Anness IV.

Artikolu 5

Il-mudell għall-ġurnali ta’ abbord għandu jkun kif stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)  ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni CESNI 2019-II-1, ir-Riżoluzzjoni CESNI 2019-II-2, ir-Riżoluzzjoni CESNI 2019-II-3, ir-Riżoluzzjoni CESNI 2019-II-4 u r-Riżoluzzjoni CESNI 2019-II-5.

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020: Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika (COM/2016/0179 final).

ANNESS I

MUDELLI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI TA’ KWALIFIKA TAL-UNJONI BĦALA KAPTAN TA’ DGĦAJSA, ESPERT FIL-GASS NATURALI LIKWIFIKAT (“LNG”) U ESPERT FIN-NAVIGAZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI

1.   Mudell għall-forma elettronika taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa, espert fil-gass naturali likwifikat (LNG) u bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri

Il-mudell għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa u l-mudell għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fil-gass naturali likwifikat (“LNG”) jew bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri għandhom ikunu d-dokument PDF/A li jinkludi d-data marbuta maċ-ċertifikat ikkonċernat, li tista’ tiġi estratta mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), mill-fajl personali tal-membru tal-ekwipaġġ. Iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni f’format PDF/A għandu jinkludi l-karatteristiki ta’ sigurtà li jippermettu l-verifika tal-oriġini u l-integrità tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Image 1

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ tad-detentur (CID), kif mogħti fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397

5.

L-identifikazzjoni fiżika tad-detentur permezz ta’ fajl b’immaġni elettronika importat.

6.

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat.

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

is-CID tal-membru tal-ekwipaġġ;

it-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

l-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikat fl-ERDMS;

in-numru tad-dokument f’4 ċifri.

7.

Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat

8.

Id-data tal-iskadenza

9.

L-isem tal-awtorità tal-ħruġ

10.

L-awtorizzazzjoni jew l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi bil-kodiċi/jiet: R (għal tbaħħir bir-radar); M (għal tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni b’bixra marittima); Il-meded b’riskji speċifiċi kif ikkodifikati fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS); C (għal tbaħħir ta’ konvojs kbar), bil-kodiċi tal-awtorità tal-ħruġ u b’indikazzjoni tan-numru tas-serje tal-awtorizzazzjoni

11.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku(il-kodiċi 01 sa 09 bħal fl-ES-QIN) inklużi fid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 (3).

Il-punti nru 10 u 11 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fil-gass naturali likwifikat (l-LNG) u bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri.

Karatteristiċi viżivi taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni

Sfond ta’ lewn blu ċar Pantone 290C, li jista’ jiġi stampat f’format A4.

2.   Mudell għall-kopja stampata taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa

(in-naħa ta’ quddiem)

Image 2

.tif(in-naħa ta’ wara)

Image 3

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ tad-detentur (CID), kif mogħti fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397

5.

L-identifikazzjoni fiżika tad-detentur permezz ta’ fajl b’immaġni elettronika importat.

6.

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat.

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

is-CID tal-membru tal-ekwipaġġ;

it-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

l-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikat fl-ERDMS;

in-numru tad-dokument f’erba’ ċifri.

7.

Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat

8.

Id-data tal-iskadenza

9.

L-isem tal-awtorità tal-ħruġ

10.

L-awtorizzazzjoni jew l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi bil-kodiċi/jiet: R (għal tbaħħir bir-radar); M (għal tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni b’bixra marittima); Meded b’riskji speċifiċi kif ikkodifikati fl-ERDMS); C (għal tbaħħir ta’ konvojs kbar)

11.

Miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku (il-kodiċi bħal fl-ES-QIN kif inkluż fid-Direttiva Delegata (UE) 2020/12.

Karatteristiċi fiżiċi taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala kaptan ta’ dgħajsa

Sfond ta’ lewn blu ċar: Pantone 290C

Format tal-karta ID-1 skont l-istandard ISO/IEC 7810

3.   Mudell għall-kopja stampata taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fl-LNG jew bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri

(in-naħa ta’ quddiem)

Image 4

.tif(in-naħa ta’ wara)

Image 5

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ tad-detentur (CID), kif mogħti fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397

5.

L-identifikazzjoni fiżika tad-detentur permezz ta’ fajl b’immaġni elettronika importat

6.

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

is-CID tal-membru tal-ekwipaġġ;

it-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

l-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikat fl-ERDMS;

in-numru tad-dokument f’erba’ ċifri.

7.

Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat

8.

Id-data tal-iskadenza

9.

L-awtorità tal-ħruġ

Karatteristiċi fiżiċi taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri jew bħala espert tal-LNG:

Sfond ta’ lewn blu ċar Pantone 290C

Format tal-karta ID-1 skont l-istandard ISO/IEC 7810

(1)  Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(3)  Id-Direttiva Delegata tal-Kummssjoni (UE) 2020/12 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku (ĠU L 6, 10.1.2020, p. 15).

ANNESS II

MUDELL GĦAD-DOKUMENT UNIKU LI JIĠBOR IĊ-ĊERTIFIKATI TA’ KWALIFIKA TAL-UNJONI MAL-KTIEB TAR-REKORDS TAS-SERVIZZ

Il-paġna 1 tal-mudell

Image 6

Isem il-pajjiż

Ktieb tar-rekords tas-servizz li jiġbor ukoll iċ-ċertifikati ta’ kwalifika

Identifikazzjoni tad-detentur

Barcode 2D

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet tad-detentur:

2.

L-isem/L-ismijiet:

3a.

Id-data tat-twelid:

3b.

Il-post tat-twelid:

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ:

5.

Ir-ritratt

Identifikazzjoni tal-ktieb tar-rekords tas-servizz

1.

In-numru tas-serje:

2.

Id-data tal-ħruġ:

3.

L-awtorità tal-ħruġ:

4.

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

5.

In-numru tas-serje tal-ktieb tar-rekords tas-servizz ta’ qabel:

SRBXXXXSSSS

Il-paġna 2 tal-mudell

Ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni Ewropea u ċertifikati ta’ kwalifika li jinħarġu skont ir-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu b’rabta mal-kwalifika bħala apprendist, baħri, barklor, barklor abbli u tmunier

It-titlu taċ-ċertifikat: ________________________________________

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku:

In-numru tas-serje:

Id-data tal-ħruġ: Id-data ta’ skadenza:

Il-paġna 3 tal-mudell

Ċertifikati oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kwalifiki rilevanti għan-navigazzjoni interna

It-titlu taċ-ċertifikat: ________________________________________

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku:

In-numru tas-serje:

Id-data tal-ħruġ: Id-data ta’ skadenza:

L-awtorità tal-ħruġ:

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

It-titlu taċ-ċertifikat: ________________________________________

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku:

In-numru tas-serje:

Id-data tal-ħruġ: Id-data ta’ skadenza:

L-awtorità tal-ħruġ:

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

It-titlu taċ-ċertifikat: ________________________________________

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet marbutin mal-istat fiżiku:

In-numru tas-serje:

Id-data tal-ħruġ: Id-data ta’ skadenza:

L-awtorità tal-ħruġ:

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

SRBXXXXSSSS

Il-paġna 4 tal-mudell

Il-perjodu tas-servizz

Il-perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju:

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju:

It-tip ta’ inġenju (1):

L-Istat tar-reġistrazzjoni:

It-tul tal-inġenju f’metri (*1),/l-għadd ta’ passiġġieri (*1):

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

Id-detentur daħal fis-servizz bħala (2):

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data):

Tmiem is-servizz (id-data):

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa:

Il-perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju:

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju:

It-tip ta’ inġenju

L-Istat tar-reġistrazzjoni:

It-tul tal-inġenju f’metri (*1)/l-għadd ta’ passiġġieri (*1)

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

Id-detentur daħal fis-servizz bħala:

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data):

Tmiem is-servizz (id-data):

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa:

SRBXXXXSSSS

Il-paġni 5 sa 22 bħall-paġna 4

Il-paġna 23 tal-mudell

Il-perjodu tan-navigazzjoni u l-meded tal-passaġġi fuq l-ilma interni li fihom sar it-tbaħħir matul l-aħħar 15-il xahar

Sena:………………..

L-għadd ta’ jiem tan-navigazzjoni jrid ikun jaqbel mal-perjodu tan-navigazzjoni mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord!

Isem l-inġenju jew in-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju

Vjaġġ minn permezz ta’ lejn

(km) (km)

Bidu tal-vjaġġ

(data)

Jiem ta’ interruzzjoni

Tmiem tal-vjaġġ (data)

Għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni

Firma tal-kaptan tad-dgħajsa

A

B

C

D

E

F

G

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Dokument komplut ☐ iva ☐ le

☐ Dubji dwar il-linja jew il-linja/i:________

Id-dubji ġew eliminati billi ġie ppreżentat ☐ il-ġurnal ta’ abbord (jew billi ġew ippreżentati partijiet minnu) ☐ billi ġew ippreżentati dokumenti uffiċjali oħrajn

Spazju riżervat għall-awtorità kompetenti

L-awtorità għandha timla din l-informazzjoni: l-għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni li tqiesu minn din il-paġna:

Marka ta’ validazzjoni tal-awtorità kompetenti

Ippreżentat fi (data) ___________

Il-firma u t-timbru tal-awtorità

SRBXXXXSSSS

Il-paġni 24 sa 55 bħall-paġna 23

It-titli tal-kolonni A sa G mhumiex stampati fuq dawk il-paġni

Il-paġna 56 tal-mudell

Paġna vojta

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

Identifikazzjoni tad-detentur

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ tad-detentur (is-CID), kif mogħti fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Identifikazzjoni tal-ktieb tar-rekords tas-servizz

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

is-CID tal-membru tal-ekwipaġġ;

it-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

l-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikat fl-ERDMS;

in-numru tad-dokument f’4 ċifri.

In-numru tas-serje tal-ktieb tar-rekords tas-servizz mingħajr il-parti dwar is-CID għandu jiġi ripetut fil-parti t’isfel ta’ kull paġna.

Ċertifikati ta’ kwalifika

L-awtorità kompetenti rilevanti għandha ddaħħal it-titlu taċ-ċertifikat maħruġ (b’ittri kapitali). Ma’ dan għandhom jiżdiedu wkoll in-numri li ġejjin fil-parenteżi, kif xieraq: “(2)” għal Tmunier, “(3)” għal Barklor abbli, “(4)” għal Barklor, “(5)” għal Baħri u “(6)” għal Apprendist.

F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikati ta’ kwalifiki tal-Unjoni, għandu jingħata t-titlu “Ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni Ewropea fin-navigazzjoni interna” flimkien mal-kwalifika rilevanti, pereżempju “Ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni Ewropea fin-navigazzjoni interna — Barklor abbli (3)”.

F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikati ta’ kwalifiki li jinħarġu skont ir-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, għandu jingħata t-titlu “Ċertifikat ta’ kwalifika tas-CCNR” flimkien mal-kwalifika rilevanti, pereżempju “Ċertifikat ta’ kwalifika tas-CCNR – Barklor abbli (3)”.

Il-karatteristiċi fiżiċi tad-dokument

Il-kulur: Il-qoxra: blù ċar Pantone 290C; sfond abjad għall-paġni ta’ ġewwa

Format A5 skont l-istandard ISO 216

Eżempju ta’ entrata mimlija għall-perjodu tas-servizz

Perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju: UNTERWALDEN

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju: 07000281

It-tip ta’ inġenju1:

L-Istat tar-reġistrazzjoni: CH

It-tul tal-inġenju f’metri*/l-għadd ta’ passiġġieri* 105 m

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

TSAG, Hauptstrasse 55, CH-4127 Riehen, Basel-Stadt

Id-detentur daħal fis-servizz bħala2: 3

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data): 22.10.1995

Tmiem is-servizz (id-data): 22.11.1996

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

K. Huber, Rheinstrasse 55, D-76497 Wintersdorf

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa: Rotterdam, 20.11.1996

K.Huber

Eżempju ta’ paġna mimlija għall-perjodu tan-navigazzjoni u l-meded tan-navigazzjoni

Perjodu tan-navigazzjoni u meded tal-passaġġi fuq l-ilma interni li fihom sar it-tbaħħir matul l-aħħar 15-il xahar Sena: 2015 u 2016

L-għadd ta’ jiem tan-navigazzjoni jrid ikun jaqbel mal-perjodu tan-navigazzjoni mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord!

A

B

C

D

E

F

G

1 07000281

Rotterdam (999,90)Mainz (500,00) Wien (1930,00)

22.11.15

11

17.12.15

15

Il-firma ta’ Huber

2 07000281

Wien (1930,00) Mainz (500,00) Basel (169,90)

20.12.15

4

04.01.16

12

Il-firma ta’ Huber

3 07000281

Basel (169,90) Rotterdam (999,90)

06.01.16

0

10.01.16

5

Il-firma ta’ Huber

4 07000281

Rotterdam (999,90) Antwerpen (20,00) Basel (169,90)

13.01.16

1

23.01.16

10

Il-firma ta’ Huber

5 07000281

Basel (169,90) Antwerpen (20,00)

25.01.16

0

29.01.16

5

Il-firma ta’ Huber

6 07000281

Antwerpen (20,00) Basel (169,90)

01.02.16

0

07.02.16

7

Il-firma ta’ Huber

7 07000281

Basel(169,90) Mainz (500,00) Bratislava (1867,00)

09.02.16

5

22.02.16

9

Il-firma ta’ Huber

8 07000281

Bratislava (18657,00) Regensburg (2376,30)

27.02.16

0

02.03.16

5

Il-firma ta’ Huber

9 07000281

Regensburg (2376,30) Mainz (500,00) Rotterdam (999,90)

03.03.16

0

09.03.16

7

Il-firma ta’ Huber

10 07000281

Rotterdam (999,90) Basel (169,90)

12.03.16

0

17.03.16

6

Il-firma ta’ Huber

Dokument komplut ☑ iva ☐ le

☐ Dubji dwar il-linja jew il-linja/i: ________

Id-dubji ġew eliminati billi ġie ppreżentat ☐ il-ġurnal ta’ abbord (jew billi ġew ippreżentati partijiet minnu) ☐ billi ġew ippreżentati dokumenti uffiċjali oħrajn

Spazju riżervat għall-awtorità kompetenti

L-awtorità għandha timla din l-informazzjoni: l-għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni li tqiesu minn din il-paġna:

81

Marka ta’ validazzjoni tal-awtorità kompetenti

Ippreżentat fi (data) 15.04.16

Il-firma u t-timbru tal-awtorità

SRBXXXXSSSS

(1)  Għat-tip ta’ inġenju, dejjem indika jekk huwiex tanker tat-tip C jew G, konvoj kbir jew inġenju li juża l-LNG bħala karburant. “Id-detentur daħal fis-servizz bħala”: il-funzjoni trid tkun enumerata skont l-istruzzjonijiet għaż-żamma tal-ġurnal ta’ abbord Ħassar jekk mhux applikabbli.

(*1)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(2)  “Id-detentur daħal fis-servizz bħala”: il-funzjoni trid tkun enumerata skont l-istruzzjonijiet għaż-żamma tal-ġurnal ta’ abbord

ANNESS III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI TAL-EŻAMI PRATTIKU

Aħna, isem il-korp tal-eżami,

b’dan id-dokument bin-numru ……………………. niċċertifikaw li

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

għadda mill-eżami prattiku [biex jikseb ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan ta’ dgħajsa] [u] [biex jikseb awtorizzazzjoni speċifika għat-tbaħħir bir-radar]

fuq is-simulatur (isem is-simulatur), approvat minn (isem l-awtorità kompetenti).

Il-post u d-data tal-ħruġ

Il-firma u t-timbru tal-korp tal-eżami

Struzzjonijiet

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

Agħżel l-eżami li japplika u ħassar l-eżami l-ieħor jekk ma jkunx japplika.

Il-karatteristiċi fiżiċi

Il-kulur: sfond abjad. Format A4 skont l-istandard ISO 216

ANNESS IV

MUDELL TAL-KTIEB TAR-REKORDS TAS-SERVIZZ

Il-paġna 1 tal-mudell

Image 7

Isem il-pajjiż

Il-ktieb tar-rekords tas-servizz

Identifikazzjoni tad-detentur

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet tad-detentur:

2.

Isem/ismijiet:

3a.

Data tat-twelid:

3b.

Il-post tat-twelid:

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ:

5.

Ir-ritratt

Identifikazzjoni tal-ktieb tar-rekords tas-servizz

1.

In-numru tas-serje:

2.

Id-data tal-ħruġ:

3.

L-awtorità tal-ħruġ:

4.

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

5.

In-numru tas-serje tal-ktieb tar-rekords tas-servizz ta’ qabel:

SRBXXXXSSSS

Il-paġna 2 tal-mudell

Paġna vojta

Il-paġna 3 tal-mudell

Il-perjodu tas-servizz

Il-perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju:

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju:

It-tip ta’ inġenju (1):

L-Istat tar-reġistrazzjoni:

It-tul tal-inġenju f’metri (*1),/l-għadd ta’ passiġġieri (*1):

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

Id-detentur daħal fis-servizz bħala (2):

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data):

Tmiem is-servizz (id-data):

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa:

Il-perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju:

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju:

It-tip ta’ inġenju

L-Istat tar-reġistrazzjoni:

It-tul tal-inġenju f’metri (*1)/l-għadd ta’ passiġġieri (*1)

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

Id-detentur daħal fis-servizz bħala:

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data):

Tmiem is-servizz (id-data):

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa:

Il-paġni 4 sa 22 bħall-paġna 3

Il-paġna 23 tal-mudell

Il-perjodu tan-navigazzjoni u l-meded tal-passaġġi fuq l-ilma interni li fihom sar it-tbaħħir matul l-aħħar 15-il xahar

Sena:

L-għadd ta’ jiem tan-navigazzjoni jrid ikun jaqbel mal-perjodu tan-navigazzjoni mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord!

Isem l-inġenju jew in-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju

Vjaġġ minn permezz ta’ lejn

(km) (km)

Bidu tal-vjaġġ (id-data)

Jiem ta’ interruzzjoni

Tmiem il-vjaġġ (id-data)

Għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni

Firma tal-Kaptan

A

B

C

D

E

F

G

1

2

3

Dokument komplut. ☐ iva ☐ le

☐ Dubji dwar il-linja/i___________

Id-dubji ġew eliminati billi ġie ppreżentat ☐ il-ġurnal ta’ abbord (jew billi ġew ippreżentati partijiet minnu) ☐ billi ġew ippreżentati dokumenti uffiċjali oħrajn

Spazju riżervat għall-awtorità kompetenti

L-awtorità għandha timla din l-informazzjoni: L-għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni li tqiesu minn din il-paġna

Marka ta’ validazzjoni tal-awtorità kompetenti

Ippreżentat fi (data): ___________

Il-firma u t-timbru tal-awtorità

SRBXXXSSSS

Il-paġni 24 sa 55 bħall-paġna 23

It-titli tal-kolonni A sa G mhumiex stampati fuq dawk il-paġni

Il-paġna 56 tal-mudell

Paġna vojta

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

Identifikazzjoni tad-detentur

1.

Il-kunjom jew il-kunjomijiet attwali tad-detentur

2.

L-isem jew l-ismijiet attwali tad-detentur

L-ismijiet għandhom ikunu dawk li jidhru fuq il-karta tal-identità jew fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata u għandhom jitniżżlu f’UNICODE.

Jekk isem jinkiteb differenti bl-UNICODE u bl-ASCII, għandha tingħata wkoll traskrizzjoni bl-ASCII fil-parenteżi.

3a.

Id-data tat-twelid (jj/xx/ssss)

3b.

Il-post tat-twelid (il-belt)

4.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ tad-detentur (is-CID), kif mogħti fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Identifikazzjoni tal-ktieb tar-rekords tas-servizz

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

is-CID tal-membru tal-ekwipaġġ;

it-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

l-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikat fl-ERDMS;

in-numru tad-dokument f’erba’ ċifri.

In-numru tas-serje tal-ktieb tar-rekords tas-servizz mingħajr il-parti dwar is-CID għandu jiġi ripetut fil-parti t’isfel ta’ kull paġna.

Il-karatteristiċi fiżiċi tad-dokument

Il-kulur: aħmar Pantone 290C għall-qoxra; sfond abjad għall-paġni ta’ ġewwa

Il-format: format A5 skont l-istandard ISO 216.

Eżempju ta’ entrata mimlija għall-perjodu tas-servizz

Il-perjodu tas-servizz abbord, isem l-inġenju: UNTERWALDEN

In-numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment jew numru uffiċjali ieħor tal-inġenju: 07000281

It-tip ta’ inġenju1:

L-Istat tar-reġistrazzjoni: CH

It-tul tal-inġenju f’metri1,/l-għadd ta’ passiġġieri* 105 metri

Is-sid (l-isem u l-indirizz):

TSAG, Hauptstrasse 55, CH-4127 Riehen, Basel-Stadt

Id-detentur daħal fis-servizz bħala2: 3

Id-detentur daħal fis-servizz fi (id-data): 22.10.1995

Tmiem is-servizz (id-data): 22.11.1996

Il-kaptan tad-dgħajsa (l-isem u l-indirizz):

K. Huber, Rheinstrasse 55, D-76497 Wintersdorf

Il-post, id-data u l-firma tal-kaptan tad-dgħajsa: Rotterdam, 20.11.1996

K.Huber

Eżempju ta’ paġna mimlija għall-perjodu tan-navigazzjoni u l-meded tan-navigazzjoni

Il-perjodu tan-navigazzjoni u l-meded tal-passaġġi fuq l-ilma interni li fihom sar it-tbaħħir matul l-aħħar 15-il xahar

Sena: 2015 u 2016

L-għadd ta’ jiem tan-navigazzjoni jrid ikun jaqbel mal-perjodu tan-navigazzjoni mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord!

A

B

C

D

E

F

G

1 07000281

Rotterdam (999,90)Mainz (500,00) Wien (1930,00)

22.11.15

11

17.12.15

15

Il-firma ta’ Huber

2 07000281

Wien (1930,00) Mainz (500,00) Basel (169,90)

20.12.15

4

04.01.16

12

Il-firma ta’ Huber

3 07000281

Basel (169,90) Rotterdam (999,90)

06.01.16

0

10.01.16

5

Il-firma ta’ Huber

4 07000281

Rotterdam (999,90) Antwerpen (20,00) Basel (169,90)

13.01.16

1

23.01.16

10

Il-firma ta’ Huber

5 07000281

Basel (169,90) Antwerpen (20,00)

25.01.16

0

29.01.16

5

Il-firma ta’ Huber

6 07000281

Antwerpen (20,00) Basel (169,90)

01.02.16

0

07.02.16

7

Il-firma ta’ Huber

7 07000281

Basel (169,90) Mainz (500,00) Bratislava (1867,00)

09.02.16

5

22.02.16

9

Il-firma ta’ Huber

8 07000281

Bratislava (18657,00) Regensburg (2376,30)

27.02.16

0

02.03.16

5

Il-firma ta’ Huber

9 07000281

Regensburg (2376,30) Mainz (500,00) Rotterdam (999,90)

03.03.16

0

09.03.16

7

Il-firma ta’ Huber

10 7000281

Rotterdam (999,90) Basel (169,90)

12.03.16

0

17.03.16

6

Il-firma ta’ Huber

Dokument komplut ☑ iva ☐ le

☐ Dubji dwar il-linja jew il-linja/i: ________

Id-dubji ġew eliminati billi ġie ppreżentat ☐ il-ġurnal ta’ abbord (jew billi ġew ippreżentati partijiet minnu) ☐ billi ġew ippreżentati dokumenti uffiċjali oħrajn

Spazju riżervat għall-awtorità kompetenti

L-awtorità għandha timla din l-informazzjoni: l-għadd totali ta’ jiem tan-navigazzjoni li tqiesu minn din il-paġna:

81

Marka ta’ validazzjoni tal-awtorità kompetenti

Ippreżentat fi (data) 15.04.16

Il-firma u t-timbru tal-awtorità

SRBXXXXSSSS

(1)  Għat-tip ta’ inġenju, dejjem indika jekk huwiex tanker tat-tip C jew G, konvoj kbir jew inġenju li juża l-LNG bħala karburant.

(*1)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(2)  “Id-detentur daħal fis-servizz bħala”: il-funzjoni trid tkun enumerata skont l-istruzzjonijiet għaż-żamma tal-ġurnal ta’ abbord

ANNESS V

MUDELL GĦALL-ĠURNALI TA’ ABBORD

Il-paġna 1 tal-mudell

Image 8

Isem il-pajjiż

Ġurnal ta’ abbord

In-numru tas-serje tal-ġurnal ta’ abbord:

Id-data tal-ħruġ:

Isem l-inġenju:

Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej:

L-awtorità tal-ħruġ:

Il-firma u t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ:

LBKXXXXSSSS

Il-paġna 2 tal-mudell

Struzzjonijiet għaż-żamma tal-ġurnal ta’ abbord

Dan il-ġurnal ta’ abbord fih 200 paġna, enumerati minn 1 sa 200. L-entrati għandhom ikunu jistgħu jinqraw u jsiru bil-linka (eż. bl-użu ta’ ittri stampati).

L-entrati għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord skont ir-regolamenti tal-ekwipaġġ applikabbli. Fil-każ ta’ passaġġi fuq l-ilma interni li l-mogħdijiet tagħhom ma jaqgħux għalkollox fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ rekwiżit tal-ekwipaġġ, għandhom jitqiesu wkoll il-perjodu tan-navigazzjoni u l-perjodu ta’ mistrieħ imqattgħin fiż-żoni li jinsabu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament.

Meta l-attivitajiet tat-tagħbija u tal-ħatt ikunu jeħtieġu ħidmiet attivi tan-navigazzjoni, bħat-tħammil jew l-immanuvrar bejn il-punti tat-tagħbija jew tal-ħatt, il-ħin li jintuża għat-tali attivitajiet għandu jiddaħħal bħala perjodu tan-navigazzjoni.

L-attivitajiet tal-membri tal-ekwipaġġ għandhom jiddaħħlu skont il-funzjonijiet tagħhom billi jintuża n-numru li jikkorrispondi għall-funzjoni tagħhom, kif ġej:

1

Kaptan tad-dgħajsa

2

Tmunier

3

Barklor abbli

4

Barklor

5

Baħri

6

Apprendist

7

Inġinier

8

Persuna inkarigata tieħu ħsieb il-magni

9

Jekk ir-regolamenti nazzjonali jkunu jipprevedu funzjonijiet oħrajn minbarra dawk elenkati hawn fuq, it-tali funzjonijiet għandhom jiddaħħlu billi jintużaw in-numri minn numru disgħa ’l quddiem u għandu jingħata t-titlu nazzjonali rispettiv tagħhom.

F’kull paġna għandha tiddaħħal l-informazzjoni li ġejja:

il-modalità tat-tħaddim (wara kull bidla fil-modalità tat-tħaddim, għandha tintuża paġna ġdida);

is-sena;

malli l-inġenju jibda l-vjaġġ:

fl-ewwel kolonna, id-data (il-jum u x-xahar);

fit-tieni kolonna, il-ħin (is-siegħa u l-minuta);

fit-tielet kolonna, isem il-post minn fejn jibda l-vjaġġ;

fir-raba’ kolonna, il-passaġġ fuq l-ilma u l-kilometri tal-post minn fejn jibda l-vjaġġ;

malli l-inġenju jwaqqaf il-vjaġġ:

fl-ewwel kolonna, id-data (il-jum u x-xahar), jekk din tkun differenti minn dik tal-bidu tal-vjaġġ;

fil-ħames kolonna, il-ħin (is-siegħa u l-minuta);

fis-sitt kolonna, isem il-post fejn l-inġenju jkun wieqaf;

fis-seba’ kolonna, il-passaġġ fuq l-ilma u l-kilometri tal-post fejn l-inġenju jkun wieqaf;

malli l-inġenju jerġa’ jbaħħar: l-istess entrati bħal dawk mogħtija malli l-inġenju jibda l-vjaġġ;

malli l-inġenju jtemm il-vjaġġ tiegħu: l-istess entrati bħal dawk mogħtija malli l-inġenju jwaqqaf il-vjaġġ.

Il-paġna 3 tal-mudell

It-tmien kolonna (li tinkludi l-funzjoni, il-kunjom jew il-kunjomijiet, l-isem jew l-ismijiet u n-numru tas-serje tal-ktieb tar-rekords tas-servizz tal-membru tal-ekwipaġġ jew in-numru tas-serje taċ-ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan) għandha timtela meta l-ekwipaġġ jitla’ abbord għall-ewwel darba u kull meta tinbidel il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ.

Fil-kolonni disgħa sa ħdax għandhom jiddaħħlu l-bidu u t-tmiem tal-perjodi ta’ mistrieħ għal kull membru tal-ekwipaġġ. Dawn l-entrati għandhom jiddaħħlu sat-tmienja ta’ filgħodu tal-għada. Jekk il-membri tal-ekwipaġġ jieħdu l-perjodi ta’ mistrieħ tagħhom skont skeda regolari, skema waħda għal kull vjaġġ hija biżżejjed.

Fil-kolonni tnax u tlettax għandha tiddaħħal kull bidla fl-ekwipaġġ billi jiġi speċifikat il-ħin tal-imbark u tal-iżbark ta’ kull membru tal-ekwipaġġ.

LBKXXXXSSSS

Il-paġna 4 tal-mudell

Paġna vojta

Il-paġna 5 tal-mudell

PERJODI TA’ MISTRIEĦ

Mod ta’ operazzjoni (1)_______

Sena

INĠENJU

EKWIPAĠĠ

Bidu tal-vjaġġ

Tmiem il-vjaġġ

Il-membri tal-ekwipaġġ

Il-ktieb tar-rekords tas-servizz

Perjodi ta’ mistrieħ tal-membri tal-ekwipaġġ

Imbark

Żbark

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

Id-data

Il-ħin

Il-post

km

Il-ħin

Il-post

km

Il-kariga

Kunjom u isem

Numru

minn

sa

minn

sa

minn

sa

Il-ħin

Il-ħin

BKXXXXSSSS

Struzzjonijiet għall-awtoritajiet tal-ħruġ

Identifikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

It-tip ta’ dokument kif ikkodifikat fis-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza (l-ERDMS);

L-awtorità tal-ħruġ, kif ikkodifikata fl-ERDMS;

In-numru tad-dokument f’erba’ ċifri.

In-numru tas-serje tal-ġurnal ta’ abbord għandu jiġi ripetut fil-parti t’isfel ta’ kull paġna.

Il-karatteristiċi fiżiċi tad-dokument

Il-kulur: aħmar Pantone 187C għall-qoxra; sfond abjad għall-paġni ta’ ġewwa

Format A4 orizzontali skont l-istandard ISO 216.

(1)  jekk applikabbliL

Top