EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0156

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/156 tat-23 ta’ Jannar 2020 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Norsk Akevitt/Norsk Aquavit/Norsk Akvavit/Norwegian Aquavit

C/2020/414

ĠU L 34, 6.2.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/156/oj

6.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/156

tat-23 ta’ Jannar 2020

li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill “Norsk Akevitt”/“Norsk Aquavit”/“Norsk Akvavit”/“Norwegian Aquavit”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tan-Norveġja tal-25 ta’ Novembru 2016 għar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Norsk Akevitt”/“Norsk Aquavit”/“Norsk Akvavit”/“Norwegian Aquavit”.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3)

Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) , skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5)

Għalhekk, l-indikazzjoni “Norsk Akevitt”/“Norsk Aquavit”/“Norsk Akvavit”/“Norwegian Aquavit” għandha tkun reġistrata bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Indikazzjoni Ġeografika “Norsk Akevitt”/“Norsk Aquavit”/“Norsk Akvavit”/“Norwegian Aquavit” hija rreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-isem “Norsk Akevitt”/“Norsk Aquavit”/“Norsk Akvavit”/“Norwegian Aquavit” il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(3)  ĠU C 239, 16.7.2019, p. 9.


Top