Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020L1833

    Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1833 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/6661

    ĠU L 408, 4.12.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2020/1833/oj

    4.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 408/1


    DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1833

    tat-2 ta’ Ottubru 2020

    li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għal dispożizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u minn passaġġi fuq l-ilma interni kif definiti fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. L-aħħar verżjonijiet emendati tagħhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021, b’perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2021.

    (3)

    F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (2), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li f’każijiet ġustifikati, iżidu dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li t-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jiġu emendati skont dan.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE

    Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    fl-Anness I, it-Taqsima I.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “I.1 ADR

    Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, huwa mifhum li l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”;

    2.

    fl-Anness II, it-Taqsima II.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “II.1 RID

    Fl-Annessi tal-RID, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, huwa mifhum li l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”;

    3.

    fl-Anness III, it-Taqsima III.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “III.1 ADN

    Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum li l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom referenza bħalha meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir dik ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.

    (2)   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


    Top