EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020L1828

Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/02/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/1828/oj

4.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 409/1


DIRETTIVA (UE) 2020/1828 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni żiedu r-riskju li għadd kbir ta’ konsumaturi jġarrbu ħsara mill-istess prattika illegali. Il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jista’ jagħmel ħsara lill-konsumatur. Mingħajr mezzi effettivi biex jinkiseb il-waqfien ta’ prattiki illegali u jinkiseb kumpens għall-konsumaturi, titnaqqas il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern.

(2)

In-nuqqas ta’ mezzi effettivi għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi lill-konsumaturi jista’ jirriżulta wkoll fid-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta bejn kummerċjanti li jiksru l-liġi u kummerċjanti li jikkonformaw magħha u li joperaw fuq livell domestiku jew transfruntier. Tali distorsjonijiet jistgħu jxekklu l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(3)

Taħt l-Artikolu 26(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-suq intern għandu jikkostitwixxi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi. Is-suq intern għandu jipprovdi lill-konsumaturi valur miżjud fil-forma ta’ kwalità aħjar, varjetà akbar, prezzijiet raġonevoli u standards ta’ sikurezza għoljin fir-rigward ta’ merkanzija u servizzi, u b’hekk jippromwovi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(4)

L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) TFUE jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ miżuri adottati taħt l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(5)

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ippermettiet lill-entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jkollhom l-għan primarju il-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Madankollu, dik id-Direttiva ma indirizzatx biżżejjed l-isfidi relatati mal-infurzar tal-liġi tal-konsumatur. Sabiex titjieb id-deterrenza ta’ prattiki illegali u biex titnaqqas il-ħsara għall-konsumatur f’suq dejjem aktar globalizzat u diġitalizzat, jenħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi proċedurali għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi biex jiġu koperti miżuri ta’ inġunzjoni kif ukoll miżuri ta’ rimedju. Minħabba l-għadd kbir ta’ tibdiliet meħtieġa, huwa adatt li d-Direttiva 2009/22/KE titħassar u li tiġi ssostitwita b’din id-Direttiva.

(6)

Il-mekkaniżmi proċedurali għal azzjonijiet rappreżentattivi, kemm għal miżuri ta’ inġunzjoni kif ukoll għal miżuri ta’ rimedju, ivarjaw madwar l-Unjoni u joffru livelli differenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri, fil-preżent, ma għandhom stabbiliti l-ebda mekkaniżmu proċedurali għal azzjonijiet kollettivi għal miżuri ta’ rimedju. Dik is-sitwazzjoni tnaqqas il-fiduċja fis-suq intern tal-konsumaturi u tan-negozji u l-kapaċità tagħhom li joperaw fis-suq intern. Toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u xxekkel l-infurzar effettiv tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur.

(7)

Din id-Direttiva għandha għalhekk l-għan li tiżgura li fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni jkun disponibbli mill-inqas mekkaniżmu proċedurali wieħed, li jkun effettiv u effiċjenti, għal azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni u għal miżuri ta’ rimedju għall-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. Il-fatt li jkun hemm disponibbli mill-inqas tali mekkaniżmu proċedurali wieħed għal azzjonijiet rappreżentattivi jagħti spinta lill-fiduċja tal-konsumatur, jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, jikkontribwixxi għal kompetizzjoni aktar ġusta u joħloq kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kummerċjanti li joperaw fis-suq intern.

(8)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u l-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tippermetti lill-entitajiet kwalifikati li jirrappreżentaw l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jressqu azzjonijiet rappreżentattivi kemm għal miżuri ta’ inġunzjoni kif ukoll għal miżuri ta’ rimedju kontra kummerċjanti li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu l-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ tali mġiba ta’ ksur u jitolbu rimedju, skont kif xieraq u disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali, bħall-kumpens, tiswija jew roħs fil-prezz.

(9)

Jenħtieġ li azzjoni rappreżentattiva toffri mod effettiv u effiċjenti li tipproteġi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Jenħtieġ li din tippermetti lill-entitajiet kwalifikati jaġixxu bil-għan li jiżguraw li l-kummerċjanti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiffaċċaw il-konsumaturi f’azzjonijiet individwali, bħal dawk relatati mal-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u li dwarhom hemm mekkaniżmi proċedurali disponibbli, bħar-riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż mistennija relattivament għall-benefiċċji tal-azzjoni individwali.

(10)

Huwa importanti li jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn it-titjib tal-aċċess tal-konsumatur għall-ġustizzja u l-għoti ta’ salvagwardji adegwati għall-kummerċjanti biex jevitaw litigazzjoni abużiva li tista’ tfixkel b’mod mhux ġustifikabbli l-kapaċità tan-negozji li joperaw fis-suq intern. Sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-azzjonijiet rappreżentattivi, jenħtieġ li jiġi evitat l-għoti ta’ danni punittivi u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar ċerti aspetti proċedurali, bħad-deżinjazzjoni u l-finanzjament ta’ entitajiet kwalifikati.

(11)

Din id-Direttiva ma għandhiex tissostitwixxi l-mekkaniżmi proċedurali nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi jew individwali tal-konsumatur. B’kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, jenħtieġ li hija tħalli fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jekk ifasslux il-mekkaniżmu proċedurali għall-azzjonijiet rappreżentattivi meħtieġa minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu proċedurali eżistenti jew bħala parti minn mekkaniżmu proċedurali ġdid għall-miżuri kollettivi ta’ inġunzjoni jew miżuri kollettivi ta’ rimedju, jew bħala mekkaniżmu proċedurali distint, dment li mill-inqas mekkaniżmu proċedurali nazzjonali wieħed għall-azzjonijiet rappreżentattivi jikkonforma ma’ din id-Direttiva. Pereżempju, din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw liġijiet dwar azzjonijiet biex jingħataw deċiżjonijiet dikjaratorji minn qorti jew awtorità amministrattiva minkejja li hija ma tipprevedix regoli dwar tali azzjonijiet. Jekk ikun hemm stabbiliti mekkaniżmi proċedurali fil-livell nazzjonali flimkien mal-mekkaniżmu proċedurali meħtieġ minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-entità kwalifikata tkun tista’ tagħżel liema mekkaniżmu proċedurali għandu jintuża.

(12)

F’konformità mal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, din id-Direttiva ma għandhiex tinkludi dispożizzjonijiet dwar kull aspett tal-proċedimenti f’azzjonijiet rappreżentattivi. Għaldaqstant, huma l-Istati Membri li jridu jistabbilixxu regoli, pereżempju, dwar l-ammissibbiltà, il-provi jew il-mezzi ta’ appell, applikabbli għall-azzjonijiet rappreżentattivi. Pereżempju, għandu jkun f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar il-livell meħtieġ ta’ similarità tal-pretensjonijiet individwali jew dwar l-għadd minimu ta’ konsumaturi kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju sabiex il-każ ikun ammess biex jinstema’ bħala azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li tali regoli nazzjonali ma jxekklux il-funzjonament effettiv tal-mekkaniżmu proċedurali għall-azzjonijiet rappreżentattivi meħtieġa minn din id-Direttiva. F’konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà applikabbli għal azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera speċifiċi ma jkunux differenti minn dawk applikati għal azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi speċifiċi. Jenħtieġ li deċiżjoni li tiddikjara azzjoni rappreżentattiva bħala inammissibbli ma taffettwax id-drittijiet tal-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni.

(13)

Jenħtieġ li l-ambitu ta’ din id-Direttiva jirrifletti l-iżviluppi reċenti fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. Peress li issa l-konsumaturi joperaw f’suq usa’ u dejjem aktar diġitalizzat, il-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur teħtieġ li oqsma bħall-protezzjoni tad-data, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija u l-mezzi tat-telekomunikazzjoni jkunu koperti mid-Direttiva, barra l-liġi ġenerali tal-konsumatur. B’mod partikolari, peress li hemm domanda akbar mill-konsumaturi għal servizzi finanzjarji u ta’ investiment, huwa importanti li jittejjeb l-infurzar tal-liġi tal-konsumatur f’dawk l-oqsma. Barra minn hekk, is-suq tal-konsumatur evolva fil-qasam tas-servizzi diġitali, u hemm ħtieġa akbar għal infurzar aktar effiċjenti tal-liġi tal-konsumatur, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

(14)

Din id-Direttiva għandha tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, irrispettivament minn jekk dawk il-konsumaturi humiex imsemmija konsumaturi, vjaġġaturi, utenti, klijenti, investituri bl-imnut, klijenti konsumaturi, suġġetti tad-data jew xi ħaġa oħra. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tipproteġi biss l-interessi ta’ persuni fiżiċi li jkunu ġarrbu ħsara jew li tista’ ssirilhom ħsara minn dawk il-każijiet ta’ ksur jekk dawk il-persuni huma konsumaturi taħt din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-ksur li jagħmel ħsara lil persuni fiżiċi li jikkwalifikaw bħala kummerċjanti taħt din id-Direttiva ma jkunx kopert minnha.

(15)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-atti legali elenkati fl-Anness I u għalhekk ma għandhiex tbiddel jew testendi d-definizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-atti legali jew tissostitwixxi kwalunkwe mekkaniżmu ta’ infurzar li dawk l-atti legali jista’ jkun fihom. Pereżempju, il-mekkaniżmi ta’ infurzar previsti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew ibbażati fuqu jistgħu, fejn applikabbli, jibqgħu jintużaw għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

(16)

Sabiex ikun evitat id-dubbju, l-ambitu ta’ din id-Direttiva għandu jiġi stabbilit bl-aktar mod preċiż possibbli fl-Anness I. Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness I ikun fihom dispożizzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-konsumatur, fl-Anness I għandha ssir referenza għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Madankollu, tali referenzi mhumiex dejjem fattibbli minħabba l-istruttura ta’ ċerti atti legali, b’mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, inkluż il-qasam tas-servizzi ta’ investiment.

(17)

Biex ikun żgurat rispons adatt għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tiegħu jevolvu rapidament, jenħtieġ li l-leġislatur jikkunsidra, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni li jkun rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness I sabiex l-att il-ġdid tal-Unjoni jitqiegħed fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jagħmlu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal oqsma li jkunu addizzjonali għal dawk li jaqgħu fl-ambitu tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, pereżempju, iżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi għal dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, relattivament għal tilwim li jaqa’ barra mill-ambitu tal-Anness I.

(19)

Peress li kemm il-proċedimenti ġudizzjarji u l-proċedimenti amministrattivi jistgħu b’mod effettiv u effiċjenti jservu għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jekk tistax titressaq azzjoni rappreżentattiva bi proċedimenti ġudizzjarji, proċedimenti amministrattivi, jew bit-tnejn, skont il-qasam rilevanti tal-liġi jew is-settur ekonomiku rilevanti. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rimedju effettiv taħt l-Artikolu 47 tal-Karta, li tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi u l-kummerċjanti għandhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva meħuda skont miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jinkludi l-possibbiltà li parti f’azzjoni tikseb deċiżjoni li tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

(20)

Filwaqt li tibni fuq id-Direttiva 2009/22/KE, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri kemm il-ksur domestiku kif ukoll il-ksur transfruntier, b’mod partikolari fejn il-konsumaturi affettwati minn ksur ikunu jgħixu fi Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kummerċjant li wettaq il-ksur. Jenħtieġ ukoll li hija tkopri ksur li jkun waqaf qabel titressaq jew tiġi konkluża l-azzjoni rappreżentattiva, peress li xorta jista’ jkun li din għadha meħtieġa biex jiġi evitat li l-prassi tirrepeti ruħha billi tiġi pprojbita, biex jiġi stabbilit li prassi speċifika tikkostitwixxi ksur jew biex jiġi ffaċilitat ir-rimedju lill-konsumaturi.

(21)

Jenħtieġ li din id-Direttiva la taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi jew tal-liġi applikabbli, u lanqas ma tistabbilixxi tali regoli. Jenħtieġ li l-istrumenti eżistenti tal-liġi tal-Unjoni japplikaw għall-mekkaniżmu proċedurali għall-azzjonijiet rappreżentattivi meħtieġa minn din id-Direttiva. B’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 (6), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (7) u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-mekkaniżmu proċedurali għall-azzjonijiet rappreżentattivi meħtieġa minn din id-Direttiva.

(22)

Ta’ min jinnota li r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 ma jkoprix il-kompetenza tal-awtoritajiet amministrattivi u lanqas ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet minn tali awtoritajiet. Jenħtieġ li r-regolamentazzjoni ta’ tali kwistjonijiet titħalla għal-liġi nazzjonali.

(23)

Fejn ikun adatt, jista’ jkun possibbli, f’konformità mar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, li entità kwalifikata tressaq azzjoni rappreżentattiva fl-Istat Membru fejn tkun ġiet iddeżinjata kif ukoll fi Stat Membru ieħor. Filwaqt li tibni fuq id-Direttiva 2009/22/KE, jenħtieġ li din id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn dawk iż-żewġ tipi ta’ azzjonijiet rappreżentattivi. Fejn entità kwalifikata tressaq azzjoni rappreżentattiva fi Stat Membru ieħor għajr dak tad-deżinjazzjoni tagħha, jenħtieġ li dik l-azzjoni rappreżentattiva titqies bħala azzjoni rappreżentattiva transfruntiera. Fejn entità kwalifikata tressaq azzjoni rappreżentattiva fl-Istat Membru fejn ġiet iddeżinjata, jenħtieġ li dik l-azzjoni rappreżentattiva titqies bħala azzjoni rappreżentattiva domestika, anki jekk dik l-azzjoni rappreżentattiva titressaq kontra kummerċjant domiċiljat fi Stat Membru ieħor u anki jekk ikun hemm rrappreżentati konsumaturi minn diversi Stati Membri f’dik l-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li l-Istat Membru fejn titressaq l-azzjoni rappreżentattiva jkun il-kriterju deċiżiv biex jiġi determinat it-tip ta’ azzjoni rappreżentattiva li titressaq. Għal din ir-raġuni, ma għandux ikun possibbli li azzjoni rappreżentattiva domestika ssir azzjoni rappreżentattiva transfruntiera matul il-kors tal-proċedimenti, jew viċe versa.

(24)

Jenħtieġ li b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jkollhom rwol attiv fl-iżgurar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn jitqiesu lkoll bħala f’pożizzjoni tajba biex japplikaw għall-istatus ta’ entità kwalifikata skont il-liġi nazzjonali. Skont it-tradizzjonijiet legali nazzjonali, il-korpi pubbliċi jistgħu wkoll ikollhom rwol attiv fl-iżgurar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni billi jressqu azzjonijiet rappreżentattivi kif previsti minn din id-Direttiva.

(25)

Għall-finijiet tal-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, jenħtieġ li l-entitajiet kwalifikati jkunu soġġetti għall-istess kriterji għad-deżinjazzjoni fl-Unjoni kollha. B’mod partikolari, jenħtieġ li huma jkunu persuni ġuridiċi li jkunu kkostitwiti korrettament f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni, li jkollhom ċertu grad ta’ permanenza u livell ta’ attività pubblika, li jkunu ta’ natura mingħajr skop ta’ qligħ u jkollhom interess leġittimu, fid-dawl tal-għan statutorju tagħhom, fil-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi kif previst mil-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li la jkunu soġġetti għal proċedimenti ta’ insolvenza u lanqas li huma ddikjarati bħala insolventi. Dawn jenħtieġ li jkunu indipendenti u mhux influwenzati minn persuni li mhumiex konsumaturi li jkollhom interess ekonomiku li jressqu azzjoni rappreżentattiva, b’mod partikolari minn kummerċjanti jew hedge funds, inkluż fil-każ ta’ finanzjament minn partijiet terzi. Jenħtieġ li l-entitajiet kwalifikati jkollhom proċeduri stabbiliti li jipprevjenu tali influwenza kif ukoll li jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejnhom, il-fornituri tal-finanzjament tagħhom u l-interessi tal-konsumaturi. Jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, bi kwalunkwe mezz xieraq, b’mod partikolari fuq is-siti web tagħhom, informazzjoni li turi li huma jikkonformaw mal-kriterji għad-deżinjazzjoni bħala entità kwalifikata u informazzjoni ġenerali dwar is-sorsi tal-finanzjament tagħhom b’mod ġenerali, l-istruttura tagħhom fir-rigward tal-organizzazzjoni, ġestjoni u sistema ta’ sħubija tagħhom, u l-objettivi u l-attivitajiet tagħhom.

(26)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu l-kriterji għad-deżinjazzjoni tal-entitajiet kwalifikati għall-fini tal-azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi b’mod liberu skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll japplikaw il-kriterji għad-deżinjazzjoni stabbiliti minn din id-Direttiva biex jiddeżinjaw entitajiet kwalifikati għall-finijiet ta’ azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera fir-rigward ta’ entitajiet kwalifikati ddeżinjati biss għall-fini ta’ azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi.

(27)

Jenħtieġ li kwalunkwe kriterju applikat għad-deżinjazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati f’azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi jew transfruntiera ma jxekkilx il-funzjonament effettiv tal-azzjonijiet rappreżentattivi kif previsti minn din id-Direttiva.

(28)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeżinjaw entitajiet kwalifikati minn qabel għall-fini li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tinkoraġġix lill-Istati Membri jintroduċu l-possibbiltà li jiddeżinjaw entitajiet kwalifikati fuq bażi ad hoc. Madankollu, għall-fini ta’ azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu wkoll, jew alternattivament, jistgħu jiddeżinjaw entitajiet kwalifikati fuq bażi ad hoc għal azzjoni rappreżentattiva domestika speċifika. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali deżinjazzjoni ssir mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva li jkollha l-każ quddiemha, inkluż permezz ta’ aċċettazzjoni, fejn applikabbli. Madankollu, għall-finijiet tal-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, huma meħtieġa salvagwardji komuni. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet kwalifikati li jkunu ġew iddeżinjati fuq bażi ad hoc ma jitħallewx iressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera.

(29)

Jenħtieġ li jkun f’idejn l-Istat Membru ta’ deżinjazzjoni li jiżgura li entità tikkonforma mal-kriterji għad-deżinjazzjoni bħala entità kwalifikata għall-fini tal-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, li jivvaluta jekk l-entità kwalifikata għadhiex tikkonforma mal-kriterji għad-deżinjazzjoni u, jekk meħtieġ, li jirrevoka d-deżinjazzjoni ta’ dik l-entità kwalifikata. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw jekk l-entitajiet kwalifikati għadhomx jikkonformaw mal-kriterji għad-deżinjazzjoni, mill-inqas kull ħames snin.

(30)

Jekk jirriżulta xi tħassib rigward jekk entità kwalifikata tikkonformax mal-kriterji għad-deżinjazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun iddeżinja lil dik l-entità kwalifikata jinvestiga t-tħassib u, jekk xieraq, jirrevoka d-deżinjazzjoni ta’ dik l-entità kwalifikata. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw punti ta’ kuntatt nazzjonali biex jittrasmettu u jirċievu talbiet għal investigazzjonijiet.

(31)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jkunu jistgħu jitressqu quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom minn entitajiet kwalifikati li kienu ddeżinjati għall-fini ta’ tali azzjonijiet rappreżentattivi fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, jenħtieġ li entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti jkunu jistgħu jingħaqdu f’azzjoni rappreżentattiva waħda f’forum wieħed, soġġett għar-regoli rilevanti dwar il-ġurisdizzjoni. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li jkollha l-każ quddiemha li teżamina jekk l-azzjoni rappreżentattiva hijiex adatta biex tinstema’ bħala azzjoni rappreżentattiva waħda.

(32)

Jenħtieġ li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tal-interess ġuridiku tal-entitajiet kwalifikati ddeżinjati għall-fini ta’ azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera. Jenħtieġ li l-identità ta’ dawk l-entitajiet kwalifikati tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel lista ta’ dawk l-entitajiet kwalifikati u tagħmel dik il-lista disponibbli pubblikament. Jenħtieġ li l-inklużjoni fil-lista sservi ta’ prova tal-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata li tkun qed tressaq l-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li teżamina jekk l-għan statutorju tal-entità kwalifikata jiġġustifikax it-teħid ta’ azzjoni minnha f’każ speċifiku.

(33)

Il-miżuri ta’ inġunzjoni għandhom l-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi irrispettivament minn jekk kwalunkwe telf jew dannu ġġarrabx mill-konsumaturi individwali. Il-miżuri ta’ inġunzjoni jistgħu jeħtieġu lill-kummerċjanti jieħdu azzjoni speċifika, bħal pereżempju li jipprovdu lill-konsumaturi l-informazzjoni li qabel kienet tħalliet barra bi ksur ta’ obbligu legali. Jenħtieġ li deċiżjoni dwar miżura ta’ inġunzjoni ma tiddependix minn jekk il-prattika twettqitx intenzjonalment jew bħala riżultat ta’ negliġenza.

(34)

Meta titressaq azzjoni rappreżentattiva, jenħtieġ li l-entità kwalifikata tipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar il-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tippermetti lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni u tiddetermina l-liġi applikabbli. F’kawżi dwar danni, dan l-obbligu jinvolvili tiġi infurmata l-qorti jew l-awtorità amministrattiva dwar il-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ l-avveniment dannuż li jaffettwa lill-konsumaturi. Il-livell tad-dettall tal-informazzjoni meħtieġa jista’ jvarja skont liema miżura tkun qed tfittex l-entità kwalifikata u jekk ikunx japplika mekkaniżmu ta’ inklużjoni jew esklużjoni fakultattiva. Barra minn hekk, meta titressaq azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ inġunzjoni, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni possibbli tal-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli għal talbiet sussegwenti għal rimedju tkun teħtieġ li l-entità kwalifikata tipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar il-grupp ta’ konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva.

(35)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu miżuri ta’ inġunzjoni u miżuri ta’ rimedju. Jenħtieġ li, biex jiżguraw l-effikaċja proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi, l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-entitajiet kwalifikati jistgħu jitolbu miżuri ta’ inġunzjoni u miżuri ta’ ta’ rimedju fi ħdan azzjoni rappreżentattiva waħda jew fi ħdan azzjonijiet rappreżentattivi separati. Jekk jintalbu f’azzjoni rappreżentattiva waħda, jenħtieġ li l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu l-miżuri rilevanti kollha meta jressqu l-azzjoni rappreżentattiva jew l-ewwel jitolbu l-miżuri ta’ inġunzjoni rilevanti u sussegwentement jitolbu l-miżuri ta’ rimedju, jekk ikun xieraq.

(36)

Jenħtieġ li entità kwalifikata li tressaq azzjoni rappreżentattiva taħt din id-Direttiva tfittex il-miżuri rilevanti, inklużi miżuri ta’ rimedju, fl-interessi ta’, u f’isem, il-konsumaturi affettwati mill-ksur. Jenħtieġ li l-entità kwalifikata jkollha d-drittijiet u l-obbligi proċedurali tal-parti rikorrenti fil-proċedimenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu lill-konsumaturi individwali kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva ċerti drittijiet fi ħdan l-azzjoni rappreżentattiva, iżda dawk il-konsumaturi individwali m’għandhomx ikunu partijiet rikorrenti fil-proċedimenti. Jenħtieġ li f’ebda każ ma għandhom il-konsumaturi individwali jkunu jistgħu jinterferixxu fid-deċiżjonijiet proċedurali li jittieħdu mill-entitajiet kwalifikati, jew jitolbu b’mod individwali evidenza fi ħdan il-proċedimenti, jew jappellaw individwalment id-deċiżjonijiet proċedurali tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li quddiemha titressaq l-azzjoni rappreżentattiva. Barra minn hekk, il-konsumaturi individwali ma għandhomx ikollhom obbligi proċedurali fi ħdan l-azzjoni rappreżentattiva u ma għandhomx iġarrbu l-ispejjeż tal-proċedimenti, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

(37)

Madankollu, jenħtieġ li l-konsumaturi kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva jkunu intitolati li jibbenefikaw minn dik l-azzjoni rappreżentattiva. F’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju, jenħtieġ li l-benefiċċji jiġu fil-forma ta’ rimedji, bħal kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni ta’ kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas. F’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni, il-benefiċċju għall-konsumaturi kkonċernati jkun il-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ prattika li tikkostitwixxi ksur.

(38)

F’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju, il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti mġarrba mill-parti rebbieħa, skont il-kondizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali. Madankollu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva m’għandhiex tordna lill-parti telliefa tħallas l-ispejjeż sa fejn dawk l-ispejjeż kienu ġġarrbu bla bżonn. Il-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva m’għandhomx iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti. Madankollu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li l-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti li kienu r-riżultat ta’ mġiba ntenzjonali jew negliġenti ta’ konsumaturi individwali billi, pereżempju, it-titwil tal-proċedimenti minħabba mġiba illegali. Jenħtieġ li l-ispejjeż tal-proċedimenti jinkludu, pereżempju, kwalunkwe spiża li tirriżulta mill-fatt li kwalunkwe parti kienet irrappreżentata minn avukat jew professjonist ieħor fil-qasam legali, jew kwalunkwe spiża li tirriżulta min-notifikazzjoni jew mit-traduzzjoni ta’ dokumenti.

(39)

Sabiex jevitaw litigazzjoni abużiva, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw regoli eżistenti taħt il-liġi nazzjonali sabiex il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ tiddeċiedi li tiċħad kawżi li jkunu b’mod ċar bla bażi malli l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jintroduċu regoli speċjali applikabbli għal azzjonijiet rappreżentattivi u li jkunu jistgħu japplikaw ir-regoli proċedurali ġenerali, fejn dawk ir-regoli jissodisfaw l-objettiv li jevitaw litigazzjoni abużiva.

(40)

Jenħtieġ li l-miżuri ta’ inġunzjoni jinkludu miżuri definittivi kif ukoll miżuri proviżorji. Il-miżuri proviżorji jistgħu jkopru miżuri interim, miżuri prekawzjonarji u miżuri preventivi biex titwaqqaf prattika li tkun għaddejja jew biex tiġi pprojbita prattika f’każ li l-prattika ma tkunx twettqet iżda jkun hemm riskju li din tikkawża ħsara serja jew irriversibbli lill-konsumaturi. Il-miżuri ta’ inġunzjoni jistgħu jinkludu wkoll miżuri li jiddikjaraw li prattika partikolari tikkostitwixxi ksur, f’każijiet fejn dik il-prattika waqfet qabel ma jkunu tressqu l-azzjonijiet rappreżentattivi, iżda jkun għad hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit li l-prattika kienet tikkostitwixxi ksur, pereżempju biex jiġu ffaċilitati azzjonijiet ta’ segwitu għal miżuri ta’ rimedju. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ inġunzjoni jistgħu jkunu fil-forma ta’ obbligu tal-kummerċjant li jwettaq il-ksur li jippubblika d-deċiżjoni meħuda mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva, sħiħa jew parzjalment, dwar il-miżura, f’tali forma li tkun meqjusa adatta, jew li jippubblika stqarrija korrettiva.

(41)

Filwaqt li jibnu fuq id-Direttiva 2009/22/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeħtieġu li entità kwalifikata li biħsiebha li tressaq azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ inġunzjoni tidħol f’konsultazzjoni minn qabel sabiex il-kummerċjant ikkonċernat jingħata opportunità jwaqqaf il-ksur li jkun immirat mill-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeħtieġu li dik il-konsultazzjoni minn qabel issir flimkien ma’ korp pubbliku indipendenti ddeżinjat minnhom. Fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew li għandu jkun hemm konsultazzjoni minn qabel, jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza ta’ ġimagħtejn wara li tkun riċevuta t-talba għall-konsultazzjoni, wara liema, jekk il-ksur ma jkunx waqaf, jenħtieġ li l-applikant ikun intitolat iressaq immedjatament azzjoni rappreżentattiva għal miżura ta’ inġunzjoni quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva kompetenti. Tali rekwiżiti jistgħu wkoll ikunu applikabbli għal azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju, skont il-liġi nazzjonali,.

(42)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali li ma jaffettwax ir-regoli li jistabbilixxu d-drittijiet sostantivi tal-konsumaturi għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f’każijiet fejn l-interessi tagħhom ikunu ġarrbu ħsara minn ksur, bħad-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta’ kuntratt, ir-rimborż, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew ir-roħs fil-prezz skont kif ikun adatt u kif ikun disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Jenħtieġ li azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju taħt din id-Direttiva tkun tista’ titressaq biss fejn il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi tali drittijiet sostantivi. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tippermettix l-impożizzjoni ta’ danni punittivi fuq il-kummerċjant li jwettaq il-ksur, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

(43)

Jenħtieġ li l-konsumaturi kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju jkollhom opportunitajiet adegwati wara li l-azzjoni rappreżentattiva tkun tressqet biex jesprimu jekk huma jixtiqux ikunu rrappreżentati mill-entità kkwalifikata f’dik l-azzjoni rappreżentattiva speċifika u jekk huma jixtiqux jibbenefikaw mill-eżiti rilevanti ta’ dik l-azzjoni rappreżentattiva. Biex jirrispondu bl-aħjar mod għat-tradizzjonijiet legali tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva jew mekkaniżmu ta’ esklużjoni fakultattiva, jew taħlita tat-tnejn. F’mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu meħtieġa jesprimu b’mod espliċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati mill-entità kwalifikata fl-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju. F’mekkaniżmu ta’ esklużjoni fakultattiva, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu meħtieġa jesprimu b’mod espliċitu x-xewqa tagħhom li ma jkunux rappreżentati mill-entità kwalifikata fl-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu f’liema stadju tal-proċedimenti l-konsumaturi individwali għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ inklużjoni jew esklużjoni fakultattiva fir-rigward tal-azzjoni rappreżentattiva.

(44)

Jenħtieġ li l-Istati Membri li jipprevedu mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva jkunu jistgħu jeħtieġu li xi konsumaturi jagħżlu li jkunu inklużi fl-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju qabel ma l-azzjoni rappreżentattiva tkun tressqet, dment li konsumaturi oħra wkoll ikollhom l-opportunità li jagħżlu li jiġu inklużi wara li tkun tressqet l-azzjoni rappreżentattiva.

(45)

Madankollu, sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u biex jiġu evitati sentenzi irrikonċiljabbli, jenħtieġ li jkun meħtieġ mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva rigward azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju fejn il-konsumaturi milquta mill-ksur ma jkunux residenti abitwali fl-Istat Membru tal-qorti jew l-awtorità amministrattiva li quddiemha titressaq l-azzjoni rappreżentattiva. F’tali sitwazzjonijiet, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu meħtieġa jesprimu b’mod espliċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva sabiex ikunu marbuta bl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva.

(46)

Fejn il-konsumaturi jesprimu b’mod espliċitu jew taċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati minn entità kwalifikata f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju, irrispettivament minn jekk dik l-azzjoni rappreżentattiva titressaqx fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ inklużjoni jew esklużjoni fakultattiva, jenħtieġ li ma jibqgħux ikunu jistgħu jiġu rappreżentati f’azzjonijiet rappreżentattivi oħra bl-istess kawża ta’ azzjoni kontra l-istess kummerċjant jew li jkunu jistgħu jressqu azzjonijiet individwali bl-istess causa petendi kontra l-istess kummerċjant. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jkunx japplika jekk konsumatur, li jkun esprima x-xewqa tiegħu b’mod espliċitu jew taċitu li jkun rappreżentat f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju, aktar tard jagħżel li jiġi eskluż minn dik l-azzjoni rappreżentattiva f’konformità mal-liġi nazzjonali, pereżempju fejn konsumatur jirrifjuta aktar tard li jintrabat bi ftehim riżoluttiv.

(47)

Għal raġunijiet ta’ ħeffa u effiċjenza, jenħtieġ li l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jkunu jistgħu jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn miżura ta’ rimedju wara li tinħareġ, mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti fir-rigward tal-parteċipazzjoni minn qabel fl-azzjoni rappreżentattiva.

(48)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli għall-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet rappreżentattivi, ta’ azzjonijiet individwali mressqa minn konsumaturi u ta’ kwalunkwe azzjoni oħra għall-protezzjoni tal-interessi individwali u kollettivi tal-konsumaturi kif previst taħt il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ inġunzjoni maħruġa taħt din id-Direttiva jkunu mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet individwali għal miżuri ta’ rimedju mressqa mill-konsumaturi li jkunu ġarrbu ħsara minħabba l-prattika mmirata mill-miżuri ta’ inġunzjoni.

(49)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jeħtieġu li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu l-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju, inklużi deskrizzjoni tal-grupp ta’ konsumaturi affettwati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta’ fatti u ta’ liġi li jridu jiġu indirizzati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li l-entità kwalifikata ma tkunx meħtieġa tidentifika individwalment kull konsumatur ikkonċernat mill-azzjoni rappreżentattiva biex tiġi istitwita l-azzjoni rappreżentattiva. F’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju, jenħtieġ li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tivverifika kemm jista’ jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, fid-dawl tan-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tal-ħsara mġarrba mill-konsumaturi affettwati.

(50)

Jenħtieġ li l-miżuri ta’ rimedju jidentifikaw il-konsumaturi individwali, jew tal-anqas jiddeskrivu l-grupp ta’ konsumaturi intitolati għar-rimedji previsti mill-miżuri ta’ rimedju, u, jekk ikun applikabbli, jiddikjaraw il-metodu ta’ kwantifikazzjoni tal-ħsara u l-passi rilevanti li għandhom jittieħdu mill-konsumaturi u l-kummerċjanti għall-implimentazzjoni tar-rimedji. Jenħtieġ li l-konsumaturi intitolati għal rimedji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawk ir-rimedji mingħajr ma jkollhom bżonn jistitwixxu proċedimenti separati. Pereżempju, rekwiżit għal proċedimenti separati jimplika l-obbligu għall-konsumatur li jressaq azzjoni individwali quddiem qorti jew awtorità amministrattiva għall-kwantifikazzjoni tal-ħsara. Min-naħa l-oħra, sabiex konsumatur jikseb ir-rimedji tiegħu, jenħtieġ li jkun possibbli taħt din id-Direttiva li l-konsumaturi jkunu meħtieġa jieħdu ċerti passi, bħal li jidentifikaw rwieħhom lil entità responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ rimedju.

(51)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu jew iżommu r-regoli dwar il-limiti ta’ żmien, bħal perijodi ta’ limitazzjoni jew limiti oħra ta’ żmien, biex konsumaturi individwali jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jibbenefikaw mill-miżuri ta’ rimedju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli dwar id-destinazzjoni ta’ kwalunkwe fondi ta’ rimedju pendenti li ma jkunux ġew irkuprati fil-limiti taż-żmien stabbilit.

(52)

Jenħtieġ li l-entitajiet kwalifikati jkunu kompletament trasparenti vis-à-vis l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward tas-sors tal-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom inġenerali u fir-rigward tas-sors tal-fondi li jsostnu azzjoni rappreżentattiva speċifika għal miżuri ta’ rimedju. Dan huwa meħtieġ sabiex il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jkunu jistgħu jivvalutaw jekk il-finanzjament minn parti terza, sa fejn permess skont il-liġi nazzjonali, jikkonformax mal-kondizzjonijiet previsti f’din id-Direttiva, jekk jeżistix xi kunflitt ta’ interess bejn min jipprovdi l-finanzjament tal-parti terza u l-entità kwalifikata li jippreżenta riskju ta’ litigazzjoni abużiva, u jekk il-finanzjament minn parti terza li jkollha interess ekonomiku fit-tressiq tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju jew fl-eżita tagħha jiddevjax l-azzjoni rappreżentattiva mill-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi. L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tippermetti lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva jivvalutaw jekk il-parti terza tistax indebitament tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inklużi deċiżjonijiet dwar riżoluzzjonijiet tal-kwistjoni, b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi kkonċernati, u jivvalutaw jekk il-parti terza hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur ta’ dik il-parti terza li qed tipprovdi l-fondi jew kontra konvenut li minnu tiddependi l-parti terza li qed tipprovdi l-fondi. Jenħtieġ li finanzjament dirett ta’ azzjoni rappreżentattiva speċifika minn kummerċjant li jopera fl-istess suq bħall-konvenut jitqies li jimplika kunflitt ta’ interess, peress li l-kompetitur jista’ jkollu interess ekonomiku fl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva li ma jkunx l-istess bħall-interess tal-konsumaturi.

Il-finanzjament indirett ta’ azzjoni rappreżentattiva minn organizzazzjonijiet li jkunu ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet ugwali mill-membri tagħhom jew permezz ta’ donazzjonijiet, inklużi donazzjonijiet minn kummerċjanti fil-qafas ta’ inizjattivi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva jew finanzjament kollettiv (crowdfunding), jenħtieġ li jitqies eliġibbli għal finanzjament minn partijiet terzi, dment li l-finanzjament minn partijiet terzi jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ trasparenza, indipendenza u assenza ta’ kunflitti ta’ interess. Jekk jiġi kkonfermat xi kunflitt ta’ interess, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tieħu miżuri adatti, bħal li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta jew tibdel il-finanzjament rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tirriġetta l-locus standi tal-entità kwalifikata jew tiddikjara azzjoni rappreżentattiva speċifika għal miżuri ta’ rimedju bħala inammissibbli. Jenħtieġ li tali riġettazzjoni jew deċiżjoni dikjarattiva ma taffettwax id-drittijiet tal-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva.

(53)

Jenħtieġ li jitħeġġu r-riżoluzzjonijiet kollettivi li jkollhom l-għan li jipprovdu rimedju lil konsumaturi li ġarrbu ħsara f’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju.

(54)

Jenħtieġ li l-qorti u l-awtorità amministrattiva jkunu jistgħu jistiednu lill-kummerċjant u lill-entità kwalifikata li ressqet l-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju biex jidħlu f’negozjati bl-għan li jintlaħaq ftehim dwar riżoluzzjoni dwar ir-rimedju li jridu jingħataw lill-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva.

(55)

Jenħtieġ li kwalunkwe riżoluzzjoni milħuqa fil-kuntest ta’ azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju tiġi approvata mill-qorti jew l-awtorità amministrattiva rilevanti ħlief jekk il-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni ma jistgħux jiġu infurzati jew jekk ir-riżoluzzjoni tmur kontra dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi nazzjonali, applikabbli għall-kawża, li minnhom ma tkunx ammissibbli deroga għad-dannu tal-konsumatur b’mod kuntrattwali. Pereżempju, riżoluzzjoni li espliċitament tħalli mhux mibdula klawsola kuntrattwali li tagħti lill-kummerċjant dritt esklużiv li jinterpreta kwalunkwe klawsola oħra ta’ dak il-kuntratt tista’ tmur kontra dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi nazzjonali.

(56)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli li jippermettu li qorti jew awtorità amministrattiva anke tirrifjuta li tapprova soluzzjoni fejn il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tqis li r-riżoluzzjoni hija inġusta.

(57)

Ir-riżoluzzjonijiet approvati għandhom ikunu vinkolanti fuq l-entità kwalifikata, fuq il-kummerċjant u fuq il-konsumaturi individwali kkonċernati. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli li taħthom il-konsumaturi individwali kkonċernati jingħataw il-possibbiltà li jaċċettaw riżoluzzjoni jew jirrifjutaw li jintrabtu biha.

(58)

Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li jkun żgurat li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. L-entitajiet kwalifikati għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi mis-siti web tagħhom dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ddeċidew li jressqu quddiem qorti jew awtorità amministrattiva, l-istat attwali tal-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ġabu u r-riżultati ta’ tali azzjonijiet rappreżentattivi, biex il-konsumaturi ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata dwar jekk jixtiqux jipparteċipaw f’azzjoni rappreżentattiva u biex jieħdu l-passi meħtieġa fil-ħin.L-informazzjoni li l-entitajiet kwalifikati jkunu meħtieġa jipprovdu lill-konsumaturi jenħtieġ li tinkludi, kif rilevanti u adatt, spjegazzjoni b’lingwa li tinftiehem tas-suġġett u tal-konsegwenzi legali possibbli jew attwali tal-azzjoni rappreżentattiva, l-intenzjoni tal-entità kwalifikata li tressaq l-azzjoni, deskrizzjoni tal-grupp ta’ konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, u l-passi meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-konsumaturi kkonċernati, inkluża s-salvagwardja tal-evidenza meħtieġa, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jibbenefika mill-miżuri ta’ inġunzjoni, mill-miżuri ta’ rimedju jew mir-riżoluzzjonijiet approvati kif previst minn din id-Direttiva. Tali informazzjoni għandha tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

(59)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-entitatijiet kwalifikati li jipprovdu informazzjoni, il-konsumaturi kkonċernati għandhom ikunu infurmati dwar l-azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja għal miżuri ta’ rimedju sabiex ikunu jistgħu jesprimu b’mod espliċitu jew taċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati fl-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dan possibbli billi jistabbilixxu regoli adegwati dwar id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar azzjonijiet rappreżentattivi lill-konsumaturi. Jenħtieġ li jkun f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għad-disseminazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

(60)

Il-konsumaturi għandhom anke jiġu infurmati dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu miżuri ta’ inġunzjoni, miżuri ta’ rimedju jew riżoluzzjonijiet approvati, dwar id-drittijiet tagħhom wara li jiġi stabbilit li jeżisti ksur, u dwar kwalunkwe pass sussegwenti li jrid jittieħed mill-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, partikolarment biex jinkiseb rimedju. Ir-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ksur huma wkoll importanti bħala deterrent lill-kummerċjanti milli jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi.

(61)

Biex tkun effettiva, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu għaddejjin u dawk konklużi tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. Tali informazzjoni tista’ tiġi pprovduta, pereżempju fuq is-sit web tal-entità kwalifikata jew fuq dak tal-kummerċjant, f’bażijiet tad-data nazzjonali, fil-media soċjali, fuq swieq online, jew f’gazzetti popolari, inklużi gazzetti li jkunu ppubblikati esklużivament b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Fejn ikun possibbli u adatt, jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu informati individwalment permezz ta’ ittri trasmessi b’mezzi elettroniċi jew stampati. Jenħtieġ li tali informazzjoni tingħata fuq talba f’formati li jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.

(62)

Jenħtieġ li jkun il-kummerċjant li wettaq il-ksur li, bl-ispejjeż tal-kummerċjant stess, jinforma lill-konsumaturi kollha kkonċernati dwar il-miżuri finali ta’ inġunzjoni u l-miżuri finali ta’ rimedju. Jenħtieġ li l-kummerċjant jinforma wkoll lill-konsumaturi dwar kwalunkwe riżoluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli li taħthom tali obbligu jiddependi fuq it-talba mill-entità kwalifikata. Jekk, taħt il-liġi nazzjonali, l-entità kwalifikata jew il-qorti jew awtorità amministrattiva jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar deċiżjonijiet finali u riżoluzzjonijiet approvati lill-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, ma għandux ikun meħtieġ mill-kummerċjant li jipprovdi dik l-informazzjoni għat-tieni darba. Għandu jkun f’idejn l-entità kwalifikata li tinforma lill-konsumaturi kkonċernati dwar id-deċiżjonijiet finali dwar ir-riġettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ azzjonijiet rappreżentattivi għall-miżuri ta’ rimedju.

(63)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu bażi ta’ data elettronika nazzjonali li jkunu disponibbli pubblikament permezz ta’ siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-entitajiet kwalifikati deżinjati minn qabel għall-fini li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi u azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu għaddejjin u li jkunu ġew konklużi.

(64)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-deċiżjoni finali ta’ qorti jew ta’ awtorità amministrattiva ta’ kwalunkwe Stat Membru dwar l-eżistenza ta’ ksur li jkun ta’ dannu għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi tkun tista’ tintuża mill-partijiet kollha bħala evidenza fil-kuntest ta’ kwalunkwe azzjoni oħra li titlob miżuri ta’ rimedju kontra l-istess kummerċjant għall-istess prattika quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom. F’konformità mal-indipendenza tal-ġudikatura u l-evalwazzjoni libera tal-evidenza, jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-evidenza.

(65)

Il-perijodi ta’ limitazzjoni normalment jiġu sospiżi meta titressaq azzjoni. Madankollu, l-azzjonijiet għal miżuri ta’ inġunzjoni mhux neċessarjament ikollhom effett sospensiv fir-rigward ta’ miżuri sussegwenti ta’ rimedju li jistgħu jirriżultaw mill-istess ksur. Jenħtieġ li l-Istati Membri għaldaqstant jiżguraw li azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżuri ta’ inġunzjoni jkollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, sabiex dawk il-konsumaturi, irrispettivament milli jkunu qed jaġixxu f’isimhom stess jew ikunux rappreżentati minn entità kwalifikata, ma jkunux impeduti milli sussegwentement iressqu azzjoni għal miżuri ta’ rimedju dwar il-ksur allegat minħabba l-iskadenza ta’ perijodi ta’ limitazzjoni matul il-kors tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ inġunzjoni. Meta tressaq azzjoni rappreżentattiva għal miżura ta’ inġunzjoni, jenħtieġ li l-entità kwalifikata tiddefinixxi b’mod suffiċjenti lill-grupp ta’ konsumaturi li l-interessi tagħhom huma affettwati mill-ksur allegat, li jistgħu possibbilment ikollhom pretensjoni li tirriżulta minn dak il-ksur u li jistgħu jiġu affettwati mill-iskadenza tal-perijodi ta’ limitazzjoni matul l-azzjoni rappreżentattiva. Sabiex ikun evitat id-dubbju, jenħtieġ li anki azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżura ta’ rimedju jkollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva.

(66)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li s-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perijodi ta’ limitazzjoni imposti skont din id-Direttiva japplikaw biss għal talbiet għal rimedju li jkunu bbażati fuq ksur li jkun seħħ fil-25 ta’ Ġunju 2023 jew warajha. Jentħtieġ li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni li kienu japplikaw qabel il-25 ta’ Ġunju 2023 għal talbiet għal rimedju li jkunu bbażati fuq ksur li seħħ qabel dik id-data.

(67)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni jiġu ttrattati bil-ħeffa proċedurali dovuta. Jekk ikun għadu qed iseħħ ksur, il-ħtieġa għall-ħeffa tista’ tkun akbar. Jenħtieġ li l-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni b’effett proviżorju jiġu ttrattati, fejn ikun adatt, permezz ta’ proċedura sommarja biex jiġi evitat kwalunkwe dannu jew dannu ulterjuri kkawżat mill-ksur.

(68)

L-evidenza hija essenzjali biex jiġi stabbilit jekk azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ inġunzjoni jew miżuri ta’ rimedju hijiex fondata. Madankollu, ir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi huma ta’ spiss karatterizzati minn asimetrija fl-informazzjoni u l-evidenza meħtieġa tista’ tkun miżmuma esklużivament mill-kummerċjant, u dan jagħmilha inaċċessibbli għall-entità kwalifikata. Jenħtieġ għalhekk li l-entitajiet kwalifikati jkollhom id-dritt li jitolbu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex tordna li l-kummerċjant jiżvela l-evidenza rilevanti għat-talba tagħhom. Min-naħa l-oħra, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, jenħtieġ li l-kummerċjant ikollu dritt simili li jitlob evidenza li tkun fil-kontroll tal-entità kwalifikata. Jenħtieġ li l-ħtieġa, il-portata u l-proporzjonalità tal-ordnijiet ta’ żvelar ta’ evidenza jiġu vvalutati bir-reqqa mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva li quddiemha titressaq l-azzjoni rappreżentattiva, f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-protezzjoni tal-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi u soġġett għar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

(69)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-azzjonijiet rappreżentattivi, jenħtieġ li l-kummerċjanti li jwettqu ksur jiskontaw pieni effettivi, dissważivi u proporzjonati talli jonqsu milli jew jirrifjutaw li jikkonformaw ma’ miżura ta’ inġunzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dawk il-pieni jkunu jistgħu jieħdu l-forma ta’ multi, pereżempju multi kondizzjonali, pagamenti perjodiċi jew pagamenti ta’ pieni. Jenħtieġ ukoll li jkun hemm pieni għan-nuqqas jew rifjut ta’ konformità ma’ ordni biex tingħata informazzjoni lill-konsumaturi kkonċernati dwar deċiżjonijiet jew riżoluzzjonijiet finali jew għan-nuqqas jew rifjut ta’ żvelar ta’ evidenza. Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li jiġu applikati tipi oħra ta’ pieni, bħal miżuri proċedurali, għar-rifjut ta’ konformità ma’ ordni biex tiġi żvelata evidenza.

(70)

B’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-azzjonijiet rappreżentattivi javanzaw l-interess pubbliku billi jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu jew jieħdu miżuri li jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati ma jkunux impeduti milli jressqu azzjonijiet rappreżentattivi taħt din id-Direttiva minħabba spejjeż assoċjati mal-proċeduri. Tali mezzi jistgħu jinkludu l-limitazzjoni ta’ tariffi tal-qorti jew tariffi amministrattivi applikabbli, l-għoti ta’ aċċess lill-entitajiet kwalifikati għal għajnuna legali, fejn din tkun meħtieġa, jew l-għoti ta’ fondi pubbliċi lill-entitajiet kwalifikati biex iressqu azzjonijiet rappreżentattivi, inkluż appoġġ strutturali jew mezzi oħra ta’ appoġġ. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jiffinanzjaw azzjonijiet rappreżentattivi.

(71)

Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti wrew li huma utli biex jiġu indirizzati, b’mod partikolari, każijiet ta’ ksur transfruntier. Teżisti l-ħtieġa li jitkomplew il- miżuri tal-bini tal-kapaċità u l- tal-kooperazzjoni u li jiġu estiżi għal għadd akbar ta’ entitajiet kwalifikati madwar l-Unjoni sabiex jiżdied l-użu tal-azzjonijiet rappreżentattivi b’implikazzjonijiet transfruntiera.

(72)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b’data dwar azzjonijiet rappreżentattivi mressqa taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar l-għadd u t-tip ta’ azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ġew konklużi quddiem kwalunkwe qorti jew awtorità amministrattiva tagħhom. Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar l-eżiti tal-azzjonijiet rappreżentattivi, bħal jekk kinux ammissibbli jew le, jew jekk kellhomx suċċess jew jekk irriżultawx f’riżoluzzjoni approvata. Sabiex jeħfief il-piż amministrattiv tal-Istati Membri fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, jenħtieġ li jkun biżżejjed li l-Kummissjoni tingħata informazzjoni ġenerali dwar it-tip ta’ ksur u dwar il-partijiet, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ta’ inġunzjoni. Fir-rigward tal-partijiet, pereżempju, jenħtieġ li jkun biżżejjed li l-Kummissjoni tiġi infurmata dwar jekk l-entità kwalifikata kinitx organizzazzjoni tal-konsumaturi jew korp pubbliku, u dwar il-qasam tan-negozju tal-kummerċjant, pereżempju servizzi finanzjarji. Alternattivament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopji ta’ deċiżjonijiet jew soluzzjonijiet rilevanti. Jenħtieġ li ma tiġix ipprovduta informazzjoni dwar l-identitajiet speċifiċi tal-konsumaturi konċernati minn azzjonijiet rappreżentattivi.

(73)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport, akkumpanjat jekk ikun adatt minn proposta leġiżlattiva, li jivvaluta jekk azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jistgħux l-aħjar jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni billi jiġi stabbilit ombudsman Ewropew għal azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni u miżuri ta’ rimedju.

(74)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun interpretata u applikata skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi dawk relatati mad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll id-dritt għal difiża.

(75)

Fir-rigward tal-liġi ambjentali, din id-Direttiva tqis il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ġunju 1998, taħt l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-‘Konvenzjoni ta’ Aarhus’).

(76)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha mekkaniżmu għal azzjoni rappreżentattiva għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u li jkun assistit il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera tal-ksur, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(77)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (9), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’dokumenti ta’ spjegazzjoni, wieħed jew aktar, li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġġustifikata.

(78)

Ikun adatt li jiġu previsti regoli għall-applikazzjoni temporali ta’ din id-Direttiva.

(79)

Jenħtieġ għalhekk li d-Direttiva 2009/22/KE titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u skop

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li mekkaniżmu għal azzjoni rappreżentattiva għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tipprovdi salvagwardji adatti li jevitaw il-litigazzjoni abużiva. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern bl-approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-azzjonijiet rappreżentattivi. Għal dan il-għan, din id-Direttiva għandha wkoll il-mira li ttejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja.

2.   Din id-Direttiva ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ mezzi proċedurali għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas mekkaniżmu proċedurali wieħed, li jippermetti lil entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi għall-finijiet kemm ta’ miżuri ta’ inġunzjoni kif ukoll ta’ miżuri ta’ rimedju, ikun jikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet għat-tnaqqis tal-protezzjoni tal-konsumaturi fl-oqsma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti legali elenkat fl-Anness I.

3.   L-entitajiet kwalifikati għandhom ikunu liberi li jagħżlu kwalunkwe mezz proċedurali disponibbli għalihom taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra ksur imwettaq minn kummerċjanti tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I, inklużi tali dispożizzjonijiet kif trasposti fil-liġi nazzjonali, li jagħmel ħsara jew li jista’ jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I. Hija tapplika għal ksur domestiku u ksur transfruntier, inkluż fejn dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun tressqet l-azzjoni rappreżentattiva jew fejn dak il-ksur ikun waqaf qabel ma l-azzjoni rappreżentattiva tkun ġiet konkluża.

2.   Din id-Direttiva ma taffettwax regoli taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li jistabbilixxu rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali disponibbli għall-konsumaturi għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-regoli li jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u r-regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma jkunux fl-ambitu tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna;

(2)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika irrispettivament minn jekk tkunx proprjetà pubblika jew privata, li taġixxi, anki permezz ta’ xi persuna oħra li tkun qiegħda taġixxi f’isem dik il-persuna jew għall-interessi ta’ dik il-persuna, għal finijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna;

(3)

“interessi kollettivi tal-konsumaturi” tfisser l-interess ġenerali tal-konsumaturi u, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ miżuri ta’ rimedju, l-interessi ta’ grupp ta’ konsumaturi;

(4)

“entità kwalifikata” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni jew korp pubbliku, li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, li jkunu ġew iddeżinjati minn Stat Membru bħala kwalifikati biex iressqu azzjonijiet rappreżentattivi f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(5)

“azzjoni rappreżentattiva” tfisser azzjoni għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi li titressaq minn entità kwalifikata bħala parti rikorrenti f’isem il-konsumaturi biex tinkiseb miżura ta’ inġunzjoni jew miżura ta’ rimedju, jew it-tnejn;

(6)

“azzjoni rappreżentattiva domestika” tfisser azzjoni rappreżentattiva mressqa minn entità kwalifikata fl-Istat Membru fejn l-entità kwalifikati tkun iddeżinjata;

(7)

“azzjoni rappreżentattiva transfruntiera” tfisser azzjoni rappreżentattiva mressqa minn entità kwalifikata fi Stat Membru għajr dak li fih kienet ġiet iddeżinjata l-entità kwalifikata;

(8)

“prattika” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni minn kummerċjant;

(9)

“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni minn qorti jew minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru li ma tkunx tista’ jew ma tkunx għadha tista’ tiġi rieżaminata b’mezzi ordinarji ta’ appell;

(10)

“miżura ta’ rimedju” tfisser miżura li tobbliga kummerċjant jipprovdi lill-konsumaturi kkonċernati b’rimedji bħall-kumpens, it-tiswija, il-bdil, it-tnaqqis fil-prezz, it-terminazzjoni ta’ kuntratt jew ir-rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u kif disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

KAPITOLU 2

AZZJONIJIET RAPPREŻENTATTIVI

Artikolu 4

Entitajiet kwalifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi, kif previsti f’din id-Direttiva, minn entitajiet kwalifikati deżinjati mill-Istati Membri għal dan il-għan.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed, jkunu eliġibbli biex jiġu ddeżinjati bħala entitajiet kwalifikati bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi jew azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, jew it-tnejn.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw entità, kif imsemmija fil-paragrafu 2, li tkun għamlet talba għal deżinjazzjoni bħala bħala entità kwalifikata bil-għan li tressaq azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jekk dik l-entità tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

tkun persuna ġuridika kostitwita f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn hija ġiet iddeżinjata u tkun tista’ turi 12-il xahar ta’ attività pubblika effettiva fil-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi qabel it-talba tagħha għad-deżinjazzjoni;

(b)

l-iskop statutorju tagħha juri li għandha interess leġittimu li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi kif previst fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I;

(c)

tkun mingħajr skop ta’ qligħ;

(d)

ma tkunx soġġetta għal proċedimenti ta’ insolvenza u ma tkunx iddikjarata bħala insolventi;

(e)

tkun indipendenti u ma tkunx influwenzata minn persuni li mhumiex konsumaturi, b’mod partikolari minn kummerċjanti, li jkollhom interess ekonomiku fit-tressiq ta’ kwalunkwe azzjoni rappreżentattiva, inkluż fil-każ ta’ finanzjament minn partijiet terzi, u, għal dak il-għan, ikollha proċeduri stabbiliti li jipprevjenu tali influwenza kif ukoll kunflitti ta’ interess bejnha, il-fornituri tal-finanzjament tagħha u l-interessi tal-konsumaturi;

(f)

tagħmel disponibbli pubblikament, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, bi kwalunkwe mezz xieraq, b’mod partikolari fis-sit web tagħha, informazzjoni li turi li l-entità tikkonforma mal-kriterji elenkati fil-puinti (a) sa (e) u informazzjoni dwar is-sorsi tal-finanzjament tagħha b’mod ġenerali, l-istruttura organizzattiva, ta’ ġestjoni u ta’ sħubija tagħha, l-objettiv statutorju tagħha u l-attivitajiet tagħha.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji li jużaw biex jiddeżinjaw entità bħala entità kwalifikata bil-għan li tressaq azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi jkunu konsistenti mal-objettivi ta’ din id-Direttiva biex tagħmel tali azzjonijiet rappreżentattivi jiffunzjonaw b’mod effettiv u effiċjenti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kriterji elenkati fil-paragrafu 3 japplikaw ukoll għad-deżinjazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw entità kwalifikata, fuq bażi ad hoc bil-għan li titressaq azzjoni rappreżentattiva domestika partikolari, fuq it-talba ta’ dik l-entità jekk hija tikkonforma mal-kriterji għad-deżinjazzjoni bħala entità kwalifikata kif previst fil-liġi nazzjonali.

7.   Minkejja l-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw korpi pubbliċi bħala entitajiet kwalifikati bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-korpi pubbliċi li diġà ġew iddeżinjati bħala entitajiet kwalifikati fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/22/KE għandhom jibqgħu deżinjati bħala entitajiet kwalifikati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Informazzjoni u monitoraġġ ta’ entitajiet kwalifikati

1.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista tal-entitajiet kwalifikati li huwa ddeżinja minn qabel bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, inklużi l-isem u l-iskop statutorju ta’ dawk l-entitajiet kwalifikati, sas-26 ta’ Diċembru 2023. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni kull meta jsiru bidliet f’dik il-lista. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli pubblikament.

Il-Kummissjoni għandha tiġbor dawk l-entitajiet kwalifikati f’lista u tagħmilha disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-lista kull meta l-bidliet fil-listi miżmuma mill-Istati Membri tal-entitajiet kwalifikati jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-entitajiet kwalifikati deżinjati minn qabel bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi tkun disponibbli għall-pubbliku.

3.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw minn tal-anqas kull ħames snin jekk l-entitajiet kwalifikati għadhomx jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kwalifikata titlef l-istatus tagħha jekk ma tibqax tikkonforma ma’ xi wieħed jew aktar minn dawk il-kriterji.

4.   Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jesprimu tħassib rigward il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3), l-Istat Membru li jkun iddeżinja lil dik l-entità kwalifikata għandu jinvestiga t-tħassib. Jekk ikun xieraq, l-Istat Membru għandu jirrevoka d-deżinjazzjoni ta’ dik l-entità kwalifikata jekk hija ma tibqax tikkonforma ma’ xi wieħed jew aktar minn dawk il-kriterji. Il-kummerċjant konvenut f’azzjoni rappreżentattiva għandu d-dritt li jeċċepixxi tħassib ġustifikat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva dwar jekk entità kwalifikata tikkonformax jew le mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3).

5.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-finijiet tal-paragrafu 4 u għandhom jikkomunikaw l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt u tagħmel dik il-lista disponibbli lill-Istati Membri.

Artikolu 6

Tressiq ta’ azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati ddeżinjati minn qabel fi Stat Membru ieħor bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jkunu jistgħu jressqu tali azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-ksur allegat tal-liġi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa konsumaturi fi Stati Membri differenti, l-azzjoni rappreżentattiva tista’ titressaq quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru minn diversi entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti sabiex jipproteġu l-interessi kollettivi ta’ konsumaturi fi Stati Membri differenti.

3.   Il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fl-Artikolu 5(1) bħala prova tal-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata biex tressaq azzjoni rappreżentattiva transfruntiera, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-qorti jew awtorità amministrattiva li jkollha l-każ quddiemha li teżamina jekk l-iskop statutorju tal-entità kwalifikata jiġġustifikax li hija tieħu azzjoni f’każ speċifiku.

Artikolu 7

Azzjonijiet rappreżentattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi previsti minn din id-DirettivaArtikolu jistgħu jitressqu quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom minn entitajiet kwalifikati ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4.

2.   Meta tressaq azzjoni rappreżentattiva, l-entità kwalifikata għandha tipprovdi lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biżżejjed informazzjoni dwar il-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva.

3.   Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jivvalutaw l-ammissibbiltà ta’ azzjoni rappreżentattiva speċifika f’konformità ma’ din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jitolbu mill-anqas il-miżuri li ġejjin:

(a)

miżuri ta’ inġunzjoni;

(b)

miżuri ta’ rimedju.

5.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li entitajiet kwalifikati jitolbu l-miżuri imsemmija fil-paragrafu 4 f’azzjoni rappreżentattiva waħda, fejn dan ikun adatt. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dawk il-miżuri għandhom ikunu kontenuti f’deċiżjoni waħda.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’azzjonijiet rappreżentattivi, l-interessi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati minn entitajiet kwalifikati u li dawk l-entitajiet kwalifikati jkollhom id-drittijiet u l-obbligi ta’ parti attriċi fil-proċedimenti. Il-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 4.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jiċħdu kawżi li jkunu manifestament infondati fl-istadju l-aktar bikri possibbli tal-proċedimenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 8

Miżuri ta’ inġunzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(4) jkunu disponibbli fil-forma ta’:

(a)

miżura proviżorja ta’ waqfien ta’ prattika jew, fejn ikun adatt, ta’ projbizzjoni ta’ prattika, fejn dik il-prattika ġiet meqjusa bħala li tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b)

miżura definittiva ta’ waqfien ta’ prattika jew, fejn ikun adatt, ta’ projbizzjoni ta’ prattika fejn ġie deċiż li dik il-prattika tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1).

2.   Miżura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tista’ tinkludi, jekk hekk ikun previst fil-liġi nazzjonali:

(a)

miżura biex tistabbilixxi li l-prattika tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b)

obbligu li d-deċiżjoni dwar il-miżura tiġi ppubblikata sħiħa jew parzjalment, f’tali forma li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tqis bħala adatta, jew obbligu li tiġi ppubblikata stqarrija korrettiva.

3.   Sabiex entità kwalifikata titlob miżura ta’ inġunzjoni, il-konsumaturi individwali m’għandhomx ikunu meħtieġa jesprimu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati minn dik l-entità kwalifikata. L-entità kwalifikata m’għandhiex tkun meħtieġa tagħti prova:

(a)

tat-telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi individwali affettwati mill-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1); jew

(b)

tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tal-kummerċjant.

4.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li taħthom entità kwalifikata tkun tista’ biss titlob il-miżura ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 wara li tkun daħlet f’konsultazzjonijiet mal-kummerċjant ikkonċernat bl-għan li l-kummerċjant jieqaf iwettaq il-ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1). Jekk il-kummerċjant ma jwaqqafx il-ksur fi żmien ġimagħtejn wara li jirċievi talba għall-konsultazzjoni, l-entità kwalifikata tista’ minnufih tressaq azzjoni rappreżentattiva għal miżura ta’ inġunzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tkun disponibbli pubblikament.

Artikolu 9

Miżuri ta’ rimedju

1.   Miżura ta’ rimedju għandha tobbliga lill-kummerċjant jipprovdi lill-konsumaturi kkonċernati b’rimedji bħall-kumpens, it-tiswija, il-bdil, it-tnaqqis fil-prezz, it-terminazzjoni ta’ kuntratt jew ir-rimborż tal-prezz imħallas, skont kif ikun adatt u kif ikun disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif u f’liema stadju tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju l-konsumaturi individwali kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva jesprimu, b’mod espliċitu jew taċitu, ix-xewqa tagħhom f’limitu adegwat ta’ żmien wara li tkun tressqet dik l-azzjoni rappreżentattiva, jekk iridux jew le li jkunu rappreżentati mill-entità kwalifikata f’dik l-azzjoni rappreżentattiva u jekk iridux jew le li jkunu marbuta bl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi individwali li ma jkunux abitwalment residenti fl-Istat Membru tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni rappreżentattiva ikollhom b’mod espliċitu jesprimu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva sabiex dawk il-konsumaturi jkunu marbuta bl-eżitu ta’ dik l-azzjoni rappreżentattiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi li b’mod espliċitu jew taċitu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’azzjoni rappreżentattiva ma jistgħux ikunu rappreżentati f’azzjonijiet rappreżentattivi oħra bl-istess causa petendi u kontra l-istess kummerċjant, u lanqas ma jistgħu jressqu azzjoni b’mod individwali bl-istess causa petendi u kontra l-istess kummerċjant. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jirċevux kumpens aktar minn darba għall-istess causa petendi kontra l-istess kummerċjant.

5.   Fejn miżura ta’ rimedju ma tispeċifikax il-konsumaturi individwali intitolati li jibbenefikaw mir-rimedji mogħtija mill-miżura ta’ rimedju, din għandha tal-anqas tiddeskrivi lill-grupp ta’ konsumaturi intitolati li jibbenefikaw minn dawk ir-rimedji.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżura ta’ rimedju tintitola lill-konsumaturi jibbenefikaw mir-rimedji pprovduti minn dik il-miżura ta’ rimedju mingħajr il-bżonn li jressqu azzjoni separata.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew iżommu regoli dwar il-limiti taż-żmien li fihom il-konsumaturi individwali jibbenefikaw mill-miżuri ta’ rimedju. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar id-destinazzjoni ta’ kwalunkwe fondi ta’ rimedju pendenti li ma jkunux irkuprati fil-limiti taż-żmien stabbiliti.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi għal miżura ta’ rimedju mingħajr ma jkun meħtieġ li qorti jew awtorità amministrattiva tkun diġà stabbilixxiet li sar ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), fi proċedimenti separati.

9.   Ir-rimedji provduti mill-miżuri ta’ rimedju f’azzjoni rappreżentattiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju addizzjonali disponibbli lill-konsumaturi taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li ma kienx mitlub f’dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 10

Finanzjament ta’ azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju tkun iffinanzjata minn parti terza, sa fejn dan ikun permess f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiġu evitati kunflitti ta’ interess u li l-finanzjament minn partijiet terzi li jkollhom interess ekonomiku fit-tressiq jew fl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju ma jiddevjax l-azzjoni rappreżentattiva mill-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li:

(a)

id-deċiżjonijiet ta’ entitajiet kwalifikati fil-kuntest ta’ azzjoni rappreżentattiva, inklużi deċiżjonijiet dwar riżoluzzjoni, ma jkunux indebitament influwenzati minn parti terza b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva;

(b)

l-azzjoni rappreżentattiva ma titressaqx kontra konvenut li jkun kompetitur ta’ min jipprovdi l-fondi, jew kontra konvenut li fuqu jiddependi min jipprovdi l-fondi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi f’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju jkollhom is-setgħa li jivvalutaw il-konformità mal-paragrafi 1 u 2 f’każijiet fejn ikun hemm xi dubji ġustifikati fir-rigward ta’ tali konformità. Għal dak l-għan, l-entitajiet kwalifikati għandhom jiżvelaw lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva resokont finanzjarju ġenerali li jelenka s-sorsi tal-fondi użati biex jappoġġaw l-azzjoni rappreżentattiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ikollhom is-setgħa li jieħdu miżuri adatti, bħal li jirrikjedu lill-entità kwalifikata tirrifjuta jew tagħmel bidliet fir-rigward tal-finanzjament rilevanti u, jekk meħtieġ, li jirriġettaw l-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata f’azzjoni rappreżentattiva speċifika. Jekk l-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata jiġi riġettat f’azzjoni rappreżentattiva speċifika, dik ir-riġettazzjoni m’għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-konsumaturi konċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 11

Riżoluzzjonijiet ta’ rimedju

1.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ riżoluzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju:

(a)

l-entità kwalifikata u l-kummerċjant jistgħu b’mod konġunt jipproponu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva riżoluzzjoni fir-rigward ta’ rimedju għall-konsumaturi kkonċernati; jew

(b)

il-qorti jew l-awtorità amministrattiva, wara li tkun ikkonsultat lill-entità kwalifikata u lill-kummerċjant, tista’ tistieden lill-entità kwalifikata u lill-kummerċjant, sabiex jaslu għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ rimedju f’limitu ta’ żmien raġonevoli.

2.   Ir-riżoluzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għall-iskrutinju tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva. Il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha tivvaluta jekk għandhiex tiċħad l-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni li tmur kontra dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi nazzjonali, jew li tinkludi kondizzjonijiet li ma jistgħux jiġu infurzati, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha, u b’mod partikolari dawk tal-konsumaturi kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jippermettu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva tiċħad l-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni għar-raġuni li r-riżoluzzjoni ma tkunx ġusta.

3.   Jekk il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ma tapprovax ir-riżoluzzjoni, hija għandha tkompli tismal-azzjoni rappreżentattiva kkonċernata.

4.   Ir-riżoluzzjonijiet approvati għandhom ikunu vinkolanti fuq l-entità kwalifikata, il-kummerċjant u l-konsumaturi individwali kkonċernati.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jagħtu lill-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva u mir-riżoluzzjoni sussegwenti l-possibbiltà li jaċċettaw jew li jirrifjutaw li jkunu marbuta bir-riżoluzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

5.   Ir-rimedju miksub permezz ta’ riżoluzzjoni approvata f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju addizzjonali disponibbli lill-konsumaturi taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li ma kienx l-oġġett ta’ dik ir-riżoluzzjoni.

Artikolu 12

Allokazzjoni tal-ispejjeż ta’ azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti telliefa f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju tkun meħtieġa tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti mġarrba mill-parti rebbieħa, f’konformità mal-kondizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali applikabbli għall-proċedimenti ġudizzjarji in ġenerali.

2.   Il-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju m’għandhomx iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, f’ċirkostanzi eċċezzjonali konsumatur individwali kkonċernat minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju jista’ jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż ta’ proċedimenti li jkunu ġew ikkawżati mill-imġiba intenzjonali jew negliġenti tal-konsumatur individwali.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar azzjonijiet rappreżentattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu informazzjoni, b’mod partikolari fis-sit web tagħhom, dwar:

(a)

l-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ddeċidew li jressqu quddiem qorti jew awtorità amministrattiva;

(b)

l-istat tal-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ressqu quddiem qorti jew awtorità amministrattiva; u

(c)

l-eżiti tal-azzjonijiet rappreżentattivi msemmija fil-punti (a) u (b).

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja għal miżuri ta’ rimedju jingħataw informazzjoni dwar l-azzjoni rappreżentattiva fil-ħin u b’mezzi adatti, sabiex dawk il-konsumaturi jkunu jistgħu jesprimu b’mod espliċitu jew taċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva skont l-Artikolu 9(2).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teżiġi li l-kummerċjant jinforma lill-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, għall-ispejjeż tal-kummerċjant, dwar kwalunkwe deċiżjoni finali li tipprovdi għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 u kwalunkwe riżoluzzjoni approvata kif imsemmija fl-Artikolu 11, b’mezzi adatti għaċ-ċirkustanzi tal-każ u f’limiti ta’ żmien speċifiċi, li jinkludu, fejn ikun adatt, n-notifika lill-konsumaturi kkonċernati kollha b’mod individwali. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni. Dan l-obbligu ma japplikax jekk il-konsumaturi kkonċernati jiġu infurmati dwar id-deċiżjoni finali jew ir-riżoluzzjoni approvata b’mod ieħor.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li taħthom il-kummerċjant ikun meħtieġ jipprovdi tali informazzjoni lill-konsumaturi biss jekk jintalab jagħmel dan mill-entità kwalifikata.

4.   Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-entitajiet kwalifikati fir-rigward ta’ deċiżjonijiet finali dwar ir-riġettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti rebbieħa tkun tista’ tirkupra l-ispejjeż relatati mal-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, f’konformità mal-Artikolu 12(1).

Artikolu 14

Bażijiet ta’ data elettroniċi

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bażijiet ta’ data elettroniċi nazzjonali li jkunu disponibbli pubblikament permezz ta’ siti web u li jipprovdu informazzjoni dwar l-entitajiet kwalifikati ddeżinjati minn qabel bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi u transfruntiera u informazzjoni ġenerali dwar azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu għaddejjin u li jkunu ġew konklużi.

2.   Fejn Stat Membru jistabbilixxi bażi ta’ data elettronika kif imsemmi fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-indirizz tal-Internet fejn tkun aċċessibbli l-bażi ta’ data elettronika.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ data elettronika għall-finijiet li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjonijiet kollha bejn Stati Membri u l-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), 5(4) u 5(5) u l-Artikolu 23(2); u

(b)

il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati msemmija fl-Artikolu 20(4).

4.   Il-bażi ta’ data elettronika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli direttament sa fejn dan ikun rilevanti, rispettivament:

(a)

għall-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 5(5);

(b)

għall-qrati u awtoritajiet amministrattivi, jekk hekk ikun meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali;

(c)

għall-entitajiet kwalifikati ddeżinjati mill-Istati Membri għall-fini li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi u azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera; u

(d)

għall-Kummissjoni.

L-informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri fil-bażi ta’ data elettronika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet kwalifikati ddeżinjati għall-fini li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun disponibbli pubblikament.

Artikolu 15

Effetti ta’ deċiżjonijiet finali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni finali ta’ qorti jew ta’ awtorità amministrattiva ta’ kwalunkwe Stat Membru dwar l-eżistenza ta’ ksur li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi tista’ tintuża mill-partijiet kollha bħala evidenza fil-kuntest ta’ kwalunkwe azzjoni oħra quddiem il-qrati nazzjonali jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom li titlob miżuri ta’ rimedju kontra l-istess kummerċjant għall-istess prattika, f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-evidenza.

Artikolu 16

Perijodi ta’ limitazzjoni

1.   F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżura ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8 jkollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva, sabiex dawk il-konsumaturi ma jkunux impeduti milli sussegwentement iressqu azzjoni għal miżuri ta’ rimedju dwar il-ksur allegat kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) minħabba l-iskadenza tal-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli matul l-azzjoni rappreżentattiva għal dawk il-miżuri ta’ inġunzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżura ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 9(1) ikollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 17

Ħeffa proċedurali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8 jiġu trattati bil-ħeffa dovuta.

2.   L-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandhom, jekk hekk ikun adatt, jiġu trattati permezz ta’ proċedura mħaffa.

Artikolu 18

Żvelar ta’ evidenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn entità kwalifikata tkun ipprovdiet biżżejjed evidenza raġonevolment disponibbli biex issostni azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat evidenza addizzjonali tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut jew ta’ parti terza, jekk tiġi mitluba minn dik l-entità kwalifikata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ tordna li tali evidenza tiġi żvelata mill-konvenut jew mill-parti terza f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, soġġett għar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità u l-proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk tiġi mitluba mill-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ wkoll tordna ugwalment lill-entità kwalifikata jew lil parti terza biex jiżvelaw evidenza rilevanti, f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali.

Artikolu 19

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għan-nuqqas jew għar-rifjut tal-konformità ma’;

(a)

miżura ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 8(2); jew

(b)

l-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(3) jew l-Artikolu 18.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pieni jistgħu, inter alia, ikunu fil-forma ta’ multi.

Artikolu 20

Assistenza għall-entitajiet kwalifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri mmirati biex jiżguraw li l-ispejjeż tal-proċedimenti relatati mal-azzjonijiet rappreżentattivi ma jimpedixxux lill-entitajiet kwalifikati milli jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, pereżempju, ikunu fil-forma ta’ finanzjament pubbliku, inklużi appoġġ strutturali għal entitajiet kwalifikati, il-limitazzjoni ta’ tariffi ġudizzjarji jew amministrattivi applikabbli, jew aċċess għal għajnuna legali.

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jippermettu lill-entitajiet kwalifikati jesiġu li l-konsumaturi li jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati minn entità kwalifikata f’azzjoni rappreżentattiva speċifika għal miżuri ta’ rimedju jħallsu tariffa modesti għad-dħul jew imposta simili sabiex jipparteċipaw f’dik l-azzjoni rappreżentattiva.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati u l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki tagħhom u tal-esperjenza fir-rigward tat-trattament ta’ ksur domestiku u ta’ ksur transfruntier kif imsemmija fl-Artikolu 2(1).

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Tħassir

Id-Direttiva 2009/22/KE hija mħassra b’effett mill-25 ta’ Ġunju 2023 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(2) ta’ din id-Direttiva.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu din id-Direttiva għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa fil-25 ta’ Ġunju 2023 jew wara.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva 2009/22/KE għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa qabel il-25 ta’ Ġunju 2023.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar is-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni li jittrasponu l-Artikolu 16 japplikaw biss għal talbiet għal rimedju bbażati fuq ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jkun seħħ fil-25 ta’ Ġunju 2023 jew wara. Dan ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni li kienu japplikaw qabel il-25 ta’ Ġunju 2023 għal talbiet għal rimedju bbażati fuq ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jkun seħħ qabel dik id-data.

Artikolu 23

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, mhux qabel is-26 ta’ Ġunju 2028, twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni aħjar. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, stabbilit fl-Artikolu 2 u fl-Anness I, u l-funzjonament u l-effettività ta’ din id-Direttiva f’sitwazzjonijiet transfruntiera, inkluż f’termini ta’ ċertezza legali.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sas-26 ta’ Ġunju 2027 u sussegwentement kull sena, l-informazzjoni neċessarja li ġejja biex tħejji r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

l-għadd u t-tip ta’ azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ġew konklużi quddiem kwalunkwe qorti jew awtorità amministrattiva tagħhom;

(b)

it-tipi ta’ ksur kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) u l-partijiet għal dawk l-azzjonijiet rappreżentattivi;

(c)

l-eżitu ta’ dawk l-azzjonijiet rappreżentattivi.

3.   Sas-26 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar jekk l-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jistgħux jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell tal-Unjoni bl-istabbiliment ta’ ombudsman Ewropew għal azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni u miżuri ta’ rimedju, u għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-25 ta’ Diċembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta’ Ġunju 2023.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M.ROTH


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 232.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-4 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

(5)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).

(7)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(8)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(9)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS I

LISTA TA’ DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

(1)

Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).

(2)

Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(3)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1).

(4)

Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(5)

Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

(6)

Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku’) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1): l-Artikoli 5-7, 10 u 11.

(7)

Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67): l-Artikoli 86 sa90 u l-Artikoli 98 u 100.

(8)

Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4): l-Artikoli 3 u 5.

(9)

Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51): l-Artikolu 10 u l-Kapitolu IV.

(10)

Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37): l-Artikoli 4-8 u 13.

(11)

Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(12)

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(13)

Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(14)

Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali’) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(15)

Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(16)

Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36): l-Artikoli 20 u 22.

(17)

Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

(18)

Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

(19)

Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(20)

Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

(21)

Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3): l-Artikolu 23.

(22)

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1): l-Artikoli 1-35.

(23)

Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(24)

Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55): l-Artikolu 3 u l-Anness I.

(25)

Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94): l-Artikolu 3 u l-Anness I.

(26)

Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(27)

Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10): l-Artikolu 14 u l-Anness I.

(28)

Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1): l-Artikoli 183-186.

(29)

Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).

(30)

Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

(31)

Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46): l-Artikoli 4-6.

(32)

Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59): l-Artikoli 3-8 u 19-21.

(33)

Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9-11, 19-26 u 28b.

(34)

Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1): l-Artikoli 9-10.

(35)

Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

(36)

Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(37)

Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(38)

Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(39)

Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(40)

Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1): l-Artikoli 9-11a.

(41)

Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(42)

Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

(43)

Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.

(44)

Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): l-Artikolu 14.

(45)

Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(46)

Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

(47)

Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ, (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(48)

Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349): l-Artikoli 23-29.

(49)

Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

(50)

Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(51)

Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

(52)

Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

(53)

Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

(54)

Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(55)

Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19): l-Artikoli 17-24 u 28-30.

(56)

Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(57)

Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1): Kapitolu II.

(58)

Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176): Kapitolu II.

(59)

Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 1).

(60)

Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(61)

Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

(62)

Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1): l-Artikoli 3-6.

(63)

Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60I, 2.3.2018, p. 1): l-Artikoli 3-5.

(64)

Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36): l-Artikoli 88 u 98-116 u l-Annessi VI u VIII.

(65)

Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(66)

Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2009/22/KE

Din id-Direttiva

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2(1)

-

l-Artikolu 2(2)

-

l-Artikolu 3

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

-

l-Artikolu 7(2) u (3)

l-Artikolu 7(4), il-punt (b)

l-Artikolu 7(5), (6) u (7)

l-Artikolu 2(1), il-punt (a)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

l-Artikolu 8(1)

l-Artikolu 17

l-Artikolu 2(1), il-punt (b)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

l-Artikolu 8(2), il-punt (b)

l-Artikolu 13(1), il-punt (c)

l-Artikolu 13(3)

-

l-Artikolu 8(2), il-punt (a)

-

l-Artikolu 8(3)

l-Artikolu 2(1), il-punt (c)

l-Artikolu 19

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(4)

l-Artikolu 4(1) u 4(2)

l-Artikolu 4(3), il-punti (a) u (b)

l-Artikolu 4(6) u 4(7)

-

l-Artikolu 4(3), il-punti (c), (d), (e) u (f)

l-Artikolu 4(4) u 4(5)

-

l-Artikolu 5(2), (3), (4) u (5)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 6

l-Artikolu 4(2) u 4(3)

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 5

l-Artikolu 8(4)

-

l-Artikolu 9

-

l-Artikolu 10

-

l-Artikolu 11

-

l-Artikolu 12

-

l-Artikolu 13(1), il-punti (a) u (b)

l-Artikolu 13(2), (4) u (5)

-

l-Artikolu 14

-

l-Artikolu 15

-

l-Artikolu 16

-

l-Artikolu 18

l-Artikolu 6

l-Artikolu 23

l-Artikolu 7

l-Artikolu 1(2) u (3)

l-Artikolu 8

l-Artikolu 24

-

l-Artikolu 20

l-Artikolu 9

l-Artikolu 21

-

l-Artikolu 22

l-Artikolu 10

l-Artikolu 25

l-Artikolu 11

l-Artikolu 26


Top