This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2214
Commission Implementing Decision (EU) 2020/2214 of 22 December 2020 amending Annex I to Implementing Decision 2012/137/EU as regards the entry for the United Kingdom in the list of third countries or parts thereof authorised for the import into the Union of semen of domestic animals of the porcine speciesd (notified under document C(2020) 9551) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2214 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument C(2020) 9551) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2214 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument C(2020) 9551) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/9551
ĠU L 438, 28.12.2020, p. 51–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0404
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/51 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2214
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina
(notifikata bid-dokument C(2020) 9551)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina. B’mod aktar partikolari, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka l-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina. |
(2) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE sabiex ir-Renju Unit jiġi elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta' Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 29).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżvizzera:
“GB |
Ir-Renju Unit (*1) |
|
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.