Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2199

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/2199 tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020)

    ĠU L 434, 23.12.2020, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/01/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2199/oj

    23.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 434/54


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/2199

    tat-8 ta’ Diċembru 2020

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika ta’ EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1780 (2), li taħtar lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-14 ta’ Jannar 2018.

    (3)

    Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (3), li testendi l-mandat ta’ EUCAP Sahel Mali sal-14 ta’ Jannar 2021.

    (4)

    Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali ġie estiż regolarment, l-aktar reċentement sal-31 ta’ Diċembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/888 (4).

    (5)

    Fil-25 ta’ Novembru 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Hervé FLAHAUT huwa b’dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK 2014/219 tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1780 tat-18 ta’ Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2017) (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 37).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta’ Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/888 tat-23 ta’ Ġunju 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2020) (ĠU L 205, 29.6.2020, p. 18).


    Top