Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2137

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2137 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi

    ĠU L 430, 18.12.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2137/oj

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 430/15


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2137

    tal-15 ta’ Diċembru 2020

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008 u ġie applikat b’mod proviżorju mid-29 ta’ Diċembru 2008.

    (2)

    Skont l-Artikolu 230(4) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jistabbilixxi u jissorvelja kwalunkwe kumitat speċjali biex jittratta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.

    (3)

    Sabiex il-kwistjonijiet kollha tal-Ftehim li jirrigwadaw il-kummerċ fis-servizzi jiġu ttrattati b’aktar effiċjenza, jenħtieġ li il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE għandu l-intenzjoni li jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi.

    (4)

    Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE billi d-deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi ser ikollha effetti legali.

    (5)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għandha tkun bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE (2).

    2.   Xi bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jkun hemm qbil dwarhom mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KLOECKNER


    (1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

    (2)  Ara d-dokument ST13287/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


    Top