Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2130

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

    ĠU L 426I, 17.12.2020, p. 14–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2130/oj

    17.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 426/14


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2130

    tas-17 ta’ Diċembru 2020

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

    (2)

    Fid-9 ta’ Awwissu 2020, il-Belarussja wettqet elezzjonijiet presidenzjali, li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u li kienu mxekkla mir-repressjoni ta’ kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara dawk l-elezzjonijiet. Fil-11 ta’ Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ma kienu ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li setgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni.

    (3)

    Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2020/1388 (2) li ddeżinjat 40 persuna identifikati bħala responsabbli għar-repressjoni u l-intimidazzjoni ta’ dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja, kif ukoll għall-irregolaritajiet min-naħa tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-proċess elettorali għal dawk l-elezzjonijiet.

    (4)

    Fis-6 ta’ Novembru 2020, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2020/1650 (3), li ddeżinjat lil Alexandr Lukashenko u 14-il persuna oħra, fosthom persuni qrib ħafna tiegħu.

    (5)

    Fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill qabel li jipproċedi bit-tħejjija ta’ sett ulterjuri ta’ sanzjonijiet, bħala reazzjoni għall-brutalità tal-awtoritajiet Belarussi u b’appoġġ għad-drittijiet demokratiċi tal-poplu Belarussu.

    (6)

    Fid-dawl tar-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja, 29 persuna u 7 entitajiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (7)

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. SCHULZE


    (1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1388 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 319I, 2.10.2020, p. 13).

    (3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1650 tas-6 ta’ Novembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 370 I, 6.11.2020, p. 9).


    ANNESS

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jiżdied it-titolu li ġej:

    “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”;

    (2)

    -intestatura tat-tabella tiġi sostitwita bi:

    “A.

    Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”;

    (3)

    jiżdiedu l-persuni fiżiċi li ġejjin:

     

    Ismijiet

    Traskrizzjoni ta’ ortografija Belarussa

    Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    Ismijiet

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    “60.

    Anatol Aliaksandravich SIVAK

    Anatoli Aleksandrovich SIVAK

    Анатоль Аляксандравiч СIВАК

    Анатолий Александрович СИВАК

    Viċi Prim Ministru, eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 19.7.1962

    Post tat-twelid: Zavoit, Distrett ta’ Narovlya, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-kapaċità ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali f’Minsk taħt is-sorveljanza tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja.

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tiegħu bħala Viċi Prim Ministru huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

    61.

    Ivan Mikhailavich EISMANT

    Ivan Mikhailavich EISMONT

    Iван Мiхайлавiч ЭЙСМАНТ

    Иван Михайлович ЭЙСМОНТ

    President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat, Kap tal-Kumpannija Belteleradio

    Data tat-twelid: 20.1.1977

    Post tat-twelid: Grodno//Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni attwali tiegħu bħala l-Kap tal-Kumpannija tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat tal-Belarussja, huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda tal-istat fil-media pubblika u jkompli jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka. Dan jinkludi l-użu ta’ mezzi tal-media biex tiġi appoġġata l-kontinwazzjoni tal-mandat tal-President, minkejja l-elezzjonijiet presidenzjali frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u r-repressjoni vjolenti sussegwenti u ripetuta fuq protesti paċifiċi u leġittimi.

    Eismont għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom kkritika tad-dimostranti paċifiċi u rrifjuta li jipprovdi rappurtaġġ mill-mezzi tax-xandir tal-protesti. Taħt it-tmexxija tiegħu, huwa keċċa wkoll lill-impjegati tal-Kumpannija Belteleradio li ħadu sehem fi strajk, u b’hekk huwa responsabbli għal ksur ta’ drittijiet tal-bniedem.

    62.

    Uladzimir Stsiapanavich KARANIK

    Vladimir Stepanovich KARANIK

    Уладзiмiр Сцяпанавiч КАРАНIК

    Владимир Степанович КАРАНИК

    Gvernatur ta’ Grodno/Hrodna Oblast, eks Ministru għall-Kura tas-Saħħa

    Data tat-twelid: 30.11.1973

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja

    Sess: raġel)

    Fil-kapaċità ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ministru għall-Kura tas-Saħħa, huwa kien responsabbli għall-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa għar-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi, inkluż bl-użu ta’ ambulanzi biex jittrasportaw lil dimostranti li kienu jeħtieġu assistenza medika lejn swali ta’ iżolament, minflok lejn sptarijiet. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja, u darba minnhom akkuża lil dimostrant li kien qiegħed taħt l-influwenza tax-xorb jew tad-drogi.

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tiegħu bħala l-Gvernatur ta’ Grodno/Hrodna Oblast huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

    63.

    Natallia Ivanauna KACHANAVA

    Natalia Ivanovna KOCHANOVA

    Наталля Iванаўна КАЧАНАВА

    Наталья Ивановна КОЧАНОВА

    President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 25.9.1960

    Post tat-twelid: Polotsk, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tagħha bħala President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja, hija responsabbli talli appoġġat id-deċiżjonijiet tal-President fil-qasam tal-politika domestika. Hija wkoll responsabbli għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020. Hija għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom iddefendiet ir-repressjoni brutali tal-apparat tas-sigurtà fuq dimostranti paċifiċi.

    64.

    Pavel Mikalaevich LIOHKI

    Pavel Nikolaevich LIOHKI

    Павел Мiкалаевiч ЛЁГКI

    Павел Николаевич ЛЁГКИЙ

    L-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 30.5.1972

    Post tat-twelid: Baranavichy, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    65.

    Ihar Uladzimiravich LUTSKY

    Igor Vladimirovich LUTSKY

    Iгар Уладзiмiравiч ЛУЦКI

    Игорь Владимирович ЛУЦКИЙ

    Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 31.10.1972

    Post tat-twelid: Stolin, Oblast ta’ Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    66.

    Andrei Ivanavich SHVED

    Andrei Ivanovich SHVED

    Андрэй Iванавiч ШВЕД

    Андрей Иванович ШВЕД

    Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 21.4.1973

    Post tat-twelid: Glushkovichi, Oblast ta’ Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja, huwa responsabbli għar-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b’mod partikolari għat-tnedija ta’ bosta proċedimenti kriminali kontra dimostranti paċifiċi, mexxejja tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Huwa għamel ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom hedded lil dawk li pparteċipaw f“manifestazzjonijiet mhux awtorizzati’ b’kastig.

    67.

    Genadz Andreevich BOGDAN

    Gennady Andreievich BOGDAN

    Генадзь Андрэевiч БОГДАН

    Геннадий Андреевич БОГДАН

    Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 8.1.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja, huwa jissorvelja l-funzjonament ta’ bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

    68.

    Ihar Paulavich BURMISTRAU

    Igor Pavlovich BURMISTROV

    Iгар Паўлавiч БУРМIСТРАЎ

    Игорь Павлович БУРМИСТРОВ

    Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 30.9.1968

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    69.

    Arciom Kanstantinavich DUNKA

    Artem Konstantinovich DUNKO

    Арцём Канстанцiнавiч ДУНЬКА

    Артем Константинович ДУНЬКО

    Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat

    Data tat-twelid: 8.6.1990

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni.

    70.

    Aleh Heorhievich KARAZIEI

    Oleg Georgevich KARAZEI

    Алег Георгiевiч КАРАЗЕЙ

    Олег Георгиевич КАРАЗЕЙ

    Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 1.1.1979

    Post tat-twelid: Oblast ta’ Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    71.

    Dzmitry Aliaksandravich KURYAN

    Dmitry Aleksandrovich KURYAN

    Дзмiтрый Аляксандравiч КУРЯН

    Дмитрий Александрович КУРЯН

    Kurunell tal-Pulizija, Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 3.10.1974

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kurunell tal-Pulizija u Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    72.

    Aliaksandr Henrykavich TURCHIN

    Aleksandr Henrihovich TURCHIN

    Аляксандр Генрыхавiч ТУРЧЫН

    Александр Генрихович ТУРЧИН

    President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 2.7.1975

    Post tat-twelid: Novogrudok, Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk, huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-amministrazzjoni lokali, inkluż numru ta’ kumitati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

    73.

    Dzmitry Mikalaevich SHUMILIN

    Dmitry Nikolayevich SHUMILIN

    Дзмiтрый Мiкалаевiч ШУМIЛIН

    Дмитрий Николаевич ШУМИЛИН

    Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD (id-Dipartiment Ewlieni tal-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 26.7.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Huwa ddokumentat li qed jieħu sehem personalment fid-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi.

    74.

    Vital Ivanavich STASIUKEVICH

    Vitalyi Ivanovich STASIUKEVICH

    Вiталь Iванавiч СТАСЮКЕВIЧ

    Виталий Иванович СТАСЮКЕВИЧ

    Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna

    Data tat-twelid: 5.3.1976

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi.

    75.

    Siarhei Leanidavich KALINNIK

    Sergei Leonidovich KALINNIK

    Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК

    Сергей Леонидович КАЛИННИК

    Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 23.7.1979

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment.

    76.

    Vadzim Siarhaevich PRYGARA

    Vadim Sergeevich PRIGARA

    Вадзiм Сяргеевiч ПРЫГАРА

    Вадим Сергеевич ПРИГАРА

    Logutenent Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f’Molodechno

    Data tat-twelid: 31.10.1980

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f’Molodechno, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment is-swat ta’ dimostranti detenuti illegalment. Huwa għamel ukoll bosta dikjarazzjonijiet derogatorji dwar id-dimostranti lill-media.

    77.

    Viktar Ivanavich STANISLAUCHYK

    Viktor Ivanovich STANISLAVCHIK

    Вiктар Iванавiч СТАНIСЛАЎЧЫК

    Виктор Иванович СТАНИСЛАВЧИК

    Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika

    Data tat-twelid: 27.1.1971

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni ta’ dimostranti paċifiċi u s-swat ta’ dawk detenuti illegalment.

    78.

    Aliaksandr Aliaksandravich PIETRASH

    Aleksandr Aleksandrovich PETRASH

    Аляксандр Аляксандравiч ПЕТРАШ

    Александр Александрович ПЕТРАШ

    President tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk

    Data tat-twelid: 16.5.1988

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda foloz.

    Huwa kien strumentali fl-immultar u d-detenzjoni ta’ dimostranti, ġurnalisti u mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    79.

    Andrei Aliaksandravich LAHUNOVICH

    Andrei Aleksandrovich LAHUNOVICH

    Андрэй Аляксандравiч ЛАГУНОВIЧ

    Андрей Александрович ЛАГУНОВИЧ

    Imħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Gomel/Homyel

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Gomel/Homyel, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    80.

    Alena Vasileuna LITVINA

    Elena Vasilevna LITVINA

    Алена Васiльеўна ЛIТВIНА

    Елена Васильевна ЛИТВИНА

    Imħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Leninsky f’Mogilev

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Leninsky f’Mogilev, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tiskhanouska. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    81.

    Victoria Valeryeuna SHABUNYA

    Victoria Valerevna SHABUNYA

    Вiкторыя Валер’еўна ШАБУНЯ

    Виктория Валерьевна ШАБУНЯ

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk

    Data tat-twelid: 27.2.1974

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Sergei Dylevsky - membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u mexxej ta’ kumitat tal-istrajk. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    82.

    Alena Aliaksandravna ZHYVITSA

    Elena Aleksandrovna ZHYVITSA

    Алена Аляксандравна ЖЫВIЦА

    Елена Александровна ЖИВИЦА

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Oktyabrsky f’Minsk

    Data tat-twelid: 9.4.1990

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Oktyabrsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    83.

    Natallia Anatolievna DZIADKOVA

    Natalia Anatolievna DEDKOVA

    Наталля Анатольеўна ДЗЯДКОВА

    Наталья Анатольевна ДЕДКОВА

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Partizanski f’Minsk

    Data tat-twelid: 2.12.1979

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Partizanski f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-mexxej tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Mariya Kalesnikava. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    84.

    Maryna Arkadzeuna FIODARAVA

    Marina Arkadievna FEDOROVA

    Марына Аркадзьеўна ФЁДАРАВА

    Марина Аркадьевна ФЕДОРОВА

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Minsk

    Data tat-twelid: 11.9.1965

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    85.

    Yulia Chaslavauna HUSTYR

    Yulia Cheslavovna HUSTYR

    Юлiя Чаславаўна ГУСТЫР

    Юлия Чеславовна ГУСТЫР

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk

    Data tat-twelid: 14.1.1984

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    86.

    Alena Tsimafeeuna NYAKRASAVA

    Elena Timofeevna NEKRASOVA

    Алена Цiмафееўна НЯКРАСАВА

    Елена Тимофеевна НЕКРАСОВА

    Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Zavodsky f’Minsk

    Data tat-twelid: 26.11.1974

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Zavodsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    87.

    Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN

    Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN

    Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН

    Александр Васильевич ШАКУТИН

    Negozjant, sid tal-impriża Amhodor

    Data tat-twelid: 12.1.1959

    Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

    Sess: raġel

    Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.

    Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenko bħala President. Huwa wkoll membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.

    Bħala tali qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    F’Lulju 2020 huwa għamel kummenti pubbliċi li jikkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk ikkontribwixxa għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    88.

    Mikalai Mikalaevich VARABEI/VERABEI

    Nikolay Nikolaevich VOROBEY

    Мiкалай Мiкалаевiч ВАРАБЕЙ/ВЕРАБЕЙ

    Николай Николаевич ВОРОБЕЙ

    Negozjant, koproprjetarju tal-grupp Bremino

    Data tat-twelid: 4.5.1963

    Post tat-twelid: SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

    Sess: raġel

    Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam, tal-banek u oħrajn.

    Huwa l-koproprjetarju tal-grupp Bremino – kumpannija li gawdiet minn ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta’ appoġġ mill-amministrazzjoni Belarussa.

    Bħala tali qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.”;

    (4)

    jiżdiedu l-intestatura u t-tabella li ġejjin:

    “B.

    Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)

     

    Ismijiet

    Traskrizzjoni ta’ ortografija Belarussa

    Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    1.

    CJSC Beltechexport

    ЗАО ‘Белтехэкспорт’

    Indirizz: Nezavisimosti ave. 86-B„ Minsk 220012, Belarus

    Tel. +375 17 358 83 83; +375 17 373 80 12

    Sit web: https://bte.by/

    Indirizz elettroniku: mail@bte.by

    CJSC BelTechExport hija entità privata li tesporta armi u tagħmir militari prodotti minn kumpanniji tal-istat tal-Belarussja lejn pajjiżi fl-Afrika, l-Amerka t’Isfel, l-Asja u l-Lvant Nofsani. BelTechExport hija assoċjata mill-qrib mal-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja.

    Bħala tali Beltechexport qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah, billi ġġib benefiċċji għall-amministrazzjoni presidenzjali.

    17.12.2020

    2.

    Dana Holdings/Dana Astra

    Дана Холдингз/Дана Астра

    Indirizz: P. Mstislavtsa 9 (1st floor), Minsk 220114, Belarussja

    Numru tar-reġistrazzjoni: Dana Astra: 191295361

    Sit web: https://dana-holdings.com/

    Indirizz elettroniku: PR@bir.by

    Tel. +375 17 26 93 290; +375 17 39 39 465

    Dana Holdings/Dana Astra hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija rċeviet plottijiet ta’ art għall-iżvilupp ta’ diversi kumplessi residenzjali kbar u ċentri tan-negozju.

    Is-sidien ta’ Dana Holdings/Dana Astra għandhom relazzjonijiet mill-qrib ma’ Alexandr Lukashenka. Liliya Lukashenko, bint tar-rispett tal-President, għandha pożizzjoni ta’ kariga għolja fil-kumpannija.

    Bħala tali Dana Holdings/Dana Astra qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    17.12.2020

    3.

    GHU - l-istituzzjoni statali “L-Uffiċċju Ekonomiku Ewlieni” tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Amministrattivi tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja

    ГХУ - Государственное учреждение ‘Главное хозяйственное управление’ Управления делами Президента Республики Беларусь

    Indirizz: Miasnikova str. 37, Minsk, 220010, Belarus

    Tel. +375 17 222 33 13

    Sit web: http://ghu.by

    Indirizz elettroniku: ghu@ghu.by

    GHU huwa l-akbar operatur fis-suq tal-proprjetà immobbli mhux residenzjali fil-Belarussja u superviżur ta’ bosta kumpanniji.

    Il-Kap tal-GHU, Victor Sheiman, intalab minn Alexandr Lukashenko biex jissorvelja s-sikurezza tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020.

    Bħala tali l-GHU qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    17.12.2020

    4.

    LLC Synesis

    ООО ‘Синезис’

    Indirizz:,, Platonova 20B Minsk 220005,, Belarus; Mantulinskaya 24, Moscow 123100, Russia.

    Numru tar-reġistrazzjoni (УНН/ИНН): 190950894 (Belarussja); 7704734000/770301001 (Russja).

    Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/

    Tel. +375 17 240-36-50

    LLC Synesis tipprovdi lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpannija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-Istat fil-Belarussja.

    L-impjegati ta’ Synesis huma pprojbiti milli jikkomunikaw bil-Belarussu, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għal dgħajfien tad-drittijiet tax-xogħol.

    Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru tal-Affarijiet Interni huma elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis. Il-kumpannija għalhekk qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    L-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Synesis Alexander Shatrov ikkritika pubblikament lil dawk li pprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u ddeskriva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja bħala relattiv.

    17.12.2020

    5

    AGAT electromechanical Plant OJSC

    OAO ‘АГАТ-электромеханический завод’

    Indirizz:, Minsk. Nezavisimosti ave. 115, Minsk 220114, Belarus

    Tel. + 375 17 272-01-32 + 375 17 570-41-45

    Indirizz elettroniku: marketing@agat-emz.by

    Sit web: https://agat-emz.by/

    AGAT Electromechanical Plant OJSC hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali AGAT Electromechanical Plant OJSC qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Il-kumpannija timmanifattura “Rubezh” – sistema ta’ ostakli mfassla għall-kontroll tal-irvellijiet, li ntużat kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali fid-9 ta’ Awwissu 2020, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    6.

    OJSC 140 Repair Plant

    OAO ‘140 ремонтный завод

    Indirizz: L. Chalovskoy str. 19, Borisov, Belarus

    Tel. + 375 17 776 20 32; +375 17 776 54 79

    Indirizz elettroniku:

    info@140zavod.org

    Sit web: https://140zavod.org

    OJSC 140 Repair Plant hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali OJSC 140 Repair Plant qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Il-kumpannija timmanifattura vetturi tat-trasport u vetturi armati, li ntużaw kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali fid-9 ta’ Awwissu 2020, u b’hekk il-kumpannija saret responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    7.

    (OJSC MZKT/MWPT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) Minsk Wheel Tractor Plant

    OAO “МЗКТ” - Минский завод колёсных тягачей

    Indirizz: Partizanski ave 150, Minsk 220021,Belarus

    Tel. +375 17 330 17 09

    Fax +375 17 291 31 92

    Indirizz elettroniku: link@mzkt.by

    Indirizz elettroniku: Sit web: www.mzkt.by

    OJSC MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali OJSC MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Il-ħaddiema ta’ OJSC MZKT li pprotestaw matul iż-żjara ta’ Alexandr Lukashenko fil-fabbrika u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew, u dan jagħmel il-kumpannija reponsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

    17.12.2020”.


    Top