EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2061

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2061 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitati Speċjali

ĠU L 424, 15.12.2020, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2061/oj

15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/25


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2061

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitati Speċjali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2009, l-Unjoni ffirmat Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1), (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Il-Ftehim ġie applikat b’mod proviżorju minn Papua New Guinea mill-20 ta’ Diċembru 2009, mill-Fiġi mit-28 ta’ Lulju 2014, mis-Samoa mill-31 ta’ Diċembru 2018 u mill-Gżejjer Solomon mis-17 ta’ Mejju 2020.

(2)

L-Artikolu 68 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku’) li jittratta l-kwistjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 68 tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jista’ jistabbilixxi Kumitati Speċjali li lilhom jiddelega setgħat speċifiċi ta’ implimentazzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet kif previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, matul it-tmien laqgħa tiegħu, ser jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitati Speċjali.

(5)

L-Unjoni jenħtieġ li tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku rigward l-adozzjoni ta’ tali regoli ta’ proċedura,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku u tal-Kumitati Speċjali għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku (2).

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(2)  Ara d-dok ST 11960/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


Top