This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2057
Council Decision (EU) 2020/2057 of 7 December 2020 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Joint Committee established by the Agreement between the European Economic Community and the Republic of Iceland as regards the amendment of that Agreement by replacing Protocol No 3 thereto concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2057 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda fir-rigward tal-emenda tal-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2057 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda fir-rigward tal-emenda tal-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
ĠU L 424, 15.12.2020, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023
15.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 424/17 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2057
tas-7 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda fir-rigward tal-emenda tal-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u r-Repubblika tal-Iżlanda, (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2842/72 tal-Kunsill (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 1973. |
(2) |
Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll Nru 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll Nru 3”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 30 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 3. |
(3) |
Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll Nru 3 (‘deċiżjoni’). |
(4) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni. |
(5) |
Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali. |
(6) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjonI ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll Nru 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ. |
(7) |
Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Iżlandaqablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji |
(8) |
Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti. |
(9) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, fir-rigward tal-emenda tal-dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit l-Protokoll Nru 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Ir-Regolament (KKE) Nru 2842/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 li jikkonkludi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u li jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tiegħu (ĠU L 301, 31.12.1972, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).
(3) Ara d-dokument ST 10292/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu