Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2049

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2020/2049 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU L 420, 14.12.2020, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2049/oj

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 420/22


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2020/2049

    tal-10 ta’ Diċembru 2020

    li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    IL-KUNSILL EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

    Billi:

    (1)

    Is-Sur Yves MERSCH inħatar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2012. Il-mandat tiegħu jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2020.

    (2)

    Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    (3)

    Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Frank ELDERSON, li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Frank ELDERSON huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2020.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kunsill Ewropew

    Il-President

    C. MICHEL


    (1)  ĠU C 338, 12.10.2020, p. 2.

    (2)  Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  Opinjoni mogħtija fit-28 ta’ Ottubru 2020 (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 11).


    Top