Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1735

    Deċiżjoni (UE) 2020/1735 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2020/55)

    ĠU L 390, 20.11.2020, p. 60–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1735/oj

    20.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 390/60


    DEĊIŻJONI (UE) 2020/1735 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-12 ta’ Novembru 2020

    li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2020/55)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (1) tistabbilixxi programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) għall-finijiet tal-politika monetarja.

    (2)

    Kif huwa l-każ għal dawk l-istrumenti mixtrija bħala parti mill-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji stabbilit mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) (2), l-istrumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti u strumenti ta’ dejn sostituti maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji li jinxtraw bħala parti mill-PEPP stabbiliti skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17) għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul fbir-rata ta’ referenza ddefinita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36). (3)

    (3)

    Assi assenjabbli ġdid ġie stabbilit biex tiġi żgurata konsistenza fi ħdan l-iskema tad-dħul monetarju.

    (4)

    Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-24 ta’ Ġunju 2020 li faċilitajiet li jipprovdu likwidità f’euro minn banek ċentrali tal-Eurosistema ma’ banek ċentrali mhux tal-Eurosistema għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-miżuri ta’ risposta tal-BĊE għall-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-marda tal-coronavirus tal-2019 (COVID-19). Id-dħul iġġenerat mill-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’euro lill-banek ċentrali mhux tal-Eurosistema għandu jiġi kondiviż bejn il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħala parti mill-iskema ta’ dħul monetarju u l-bilanċi relevanti għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni ta’ assi assenjabbli stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36).

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 3(1)(b)(iii) huwa mibdul b’dan li ġej:

    “(iii)

    strumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali u lokali u aġenziji rikonoxxuti u strumenti ta’ dejn sostituti maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) (*1) jew id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (*2).

    (*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12)."

    (*2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).”;"

    2.

    L-Anness II huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Hija għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Novembru 2020.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12).

    (3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).


    ANNESS

    L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) hija emendata kif ġej:

    1.

    fit-Taqsima A, jiddaħħal il-paragrafu 9a li ġej:

    “9a.

    Bilanċi relatati ma’ imgħax akkumulat fuq kupuni fuq titoli indeboliti miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja (bl-eċċezzjoni ta’ imgħax akkumulat fuq kupun fuq kwalunkwe titoli indebiliti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni) (parti mill-partita ta’ assi 11.5 tal-HBS).”

    2.

    fit-Taqsima A, qed jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

    “11.

    Pretensjonijiet kontra banek ċentrali mhux tal-Eurosistema li huma relatati ma’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità (parti tal-partita tal-assi 4.1 tal-HBS jew parti minn assi mhux fuq il-karta tal-bilanċ).”

    Top