Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1714

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1714 tas-16 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 fir-rigward tal-metodoloġija tal-ittestjar għal ċerti vetturi elettriċi ibridi tal-passiġġieri bl-iċċarġjar fuq il-vettura u li tqis l-użu ta’ fjuwils alternattivi u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 fir-rigward tal-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7900

    ĠU L 384, 17.11.2020, p. 9–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1714/oj

    17.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 384/9


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1714

    tas-16 ta’ Novembru 2020

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 fir-rigward tal-metodoloġija tal-ittestjar għal ċerti vetturi elettriċi ibridi tal-passiġġieri bl-iċċarġjar fuq il-vettura u li tqis l-użu ta’ fjuwils alternattivi u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 fir-rigward tal-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta’ Frar 2020, il-manifatturi Audi AG, Bayerische Motoren Werke AG, Daimler AG, FCA Italy S.p.A, Ford-Werke GmbH, Honda Motor Europe Ltd, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Jaguar Land Rover Ltd, OPEL Automobile GmbH-PSA, Automobiles Citroën, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Renault, Škoda Auto a.s, Toyota Motor Europe u Volkswagen Nutzfahrzeuge ressqu talba b’mod konġunt (“l-ewwel rikjesta”), kif previst fl-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2), biex id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 (3) tiġi emendata sabiex il-metodoloġija tal-ittestjar għal ċerti vetturi elettriċi ibridi bl-iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) tal-kategorija M1 tiġi mmodifikata.

    (2)

    Fil-21 ta’ April 2020, il-manifatturi FCA Italy S.p.A, Jaguar Land Rover Ltd., OPEL Automobile GmbH-PSA, Automobiles Citroën, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Renault, Škoda Auto a.s u Ford-Werke GmbH ressqu talba b’mod konġunt (“it-tieni talba”), kif previst fl-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011, biex id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 tiġi emendata, sabiex jittieħed kont tal-użu tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG), tal-gass naturali kkompressat (CNG) u tal-etanol (E85).

    (3)

    Il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ rikjesti f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u mal-“Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011” (ir-Reviżjoni ta’ Lulju 2018 (V2)) (4).

    (4)

    Fl-ewwel talba, dawk li għamlu t-talba jitolbu li tiġi modifikata l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 biex il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna jkunu jistgħu japplikaw għall-NOVC-HEVs li għalihom jistgħu jintużaw il-valuri mkejla tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 mhux ikkoreġuti f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (5).

    (5)

    B’appoġġ għat-talba tagħhom, dawk li għamlu t-talba pprovdew evidenza li turi li minħabba l-grad baxx ta’ elettrifikazzjoni tal-kategorija speċifika ta’ NOVC-HEVs ikkonċernati, fattur ta’ korrezzjoni ta’ CO2 statistikament sinifikanti, kif imsemmi fil-punt 4.1.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119, ma jistax jiġi ddeterminat.

    (6)

    Filwaqt li jitqiesu l-argumenti ppreżentati, minħabba l-grad baxx ta’ elettrifikazzjoni, l-NOVC-HEVs li għalihom jistgħu jintużaw il-valuri mkejla tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 mhux ikkoreġuti f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, għall-finijiet tal-kalkolu tal-iffrankar ta’ CO2 tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala ekwivalenti għall-vetturi li jaħdmu b’magni b’kombustjoni interna. B’konsegwenza, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għall-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u li huma stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119, jenħtieġ li japplikaw għal din il-kategorija speċifika ta’ NOVC-HEVs. Fir-rigward ta’ NOVC-HEVs oħra, il-metodoloġija tal-ittestjar jenħtieġ li tibqa’ l-istess.

    (7)

    Fir-rigward tat-tieni talba, huwa ġġustifikat li tiġi ċċarata l-metodoloġija tal-ittestjar billi jiżdiedu l-fatturi tal-konverżjoni tal-fjuwil u tal-konsum tal-enerġija għall-fjuwils LPG u CNG. Minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ E85 fis-suq kollu tal-Unjoni, madankollu jitqies li mhuwiex iġġustifikat li għall-fini tal-metodoloġija tal-ittestjar issir distinzjoni bejn dak il-fjuwil u l-petrol.

    (8)

    Filwaqt li titqies informazzjoni ġdida dwar il-fatturi tal-użu għad-dwal għall-kantunieri u għad-dwal għal-liwi statiċi, huwa xieraq li l-fatturi tal-użu eżistenti previsti għal dawk id-dwal fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 jiġu sostitwiti b’fatturi aktar konservattivi kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 (6).

    (9)

    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 fil-verżjoni tagħha tal-28 ta’ Ġunju 2019, matul ċertu perjodu. L-emendi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jaffettwawx il-validità taċ-ċertifikazzjonijiet mogħtija skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 f’dik il-verżjoni.

    (10)

    Fl-applikazzjoni li ġiet approvata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339, ġiet ipprovduta evidenza li turi li l-użu ta’ dwal LED effiċjenti fil-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara ma jaqbiżx il-limitu ta’ penetrazzjoni fis-suq imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (7) u għalhekk dawk il-fanali kellhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339. Huwa għalhekk xieraq li dik id-Deċiżjoni tiġi emendata biex tinkludi l-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara.

    (11)

    Peress li l-iffrankar ta’ CO2 iċċertifikat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur mis-sena kalendarja 2021, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ minnufih.

    (12)

    Għalhekk, id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 u (UE) 2020/1339 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.

    Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:

    (a)

    għal vettura bifjuwil li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-fjuwils LPG jew CNG;

    (b)

    għal vettura flex fjuwil li tuża l-petrol u l-E85, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol.”;

    (2)

    L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Perjodu tranżitorju u kodiċijiet tal-ekoinnovazzjoni

    (1)   Sal-24 ta’ Marzu 2021, manifattur jista’ japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont din id-Deċiżjoni fil-verżjoni tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2019. Meta dak ikun il-każ, il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 28 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

    (2)   Meta l-manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont din id-Deċiżjoni mingħajr ma jagħmel referenza għall-verżjoni tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2019, il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 37 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

    (3)   L-iffrankar ta’ CO2 irreġistrat skont ir-referenza għall-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 28 jew Nru 37 jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur mis-sena kalendarja 2021.”;

    (3)

    l-Anness huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-entrata CF hija sostitwita b’dan li ġej:

     

    “CF — Fattur ta’ konverżjoni kif iddefinit fit-Tabella 5”,

    (ii)

    l-entrata Vpe hija sostitwita b’dan li ġej:

     

    “Vpe — Konsum tal-enerġija effettiva kif iddefinit fit-Tabella 4”,

    (b)

    il-punt 4.1.1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.1.1.

    Karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u NOVC-HEVs tal-kategorija M1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151”,

    (ii)

    it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Tabella 4

    Konsum tal-enerġija effettiva

    Tip ta’ Magna

    Konsum tal-enerġija effettiva (Vpe) [l/kWh]

    Petrol/E85

    0,264

    Petrol/E85 Turbo

    0,280

    Diżil

    0,220

    L-LPG

    0,342

    LPG Turbo

    0,363

     

    Konsum tal-enerġija effettiva (Vpe) [m3/kWh]

    CNG (G20)

    0,259

    CNG (G20) Turbo

    0,275”

    (iii)

    It-terminu “CF: Fattur ta’ konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l] hekk kif speċifikat fit-Tabella 5:” huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    “CF: fattur ta’ konverżjoni kif definit fit-Tabella 5.”;

    (iv)

    It-Tabella 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella 5

    Fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil

    Tip ta’ fjuwil

    Fattur ta’ konverżjoni (CF) [gCO2/l]

    Petrol/E85

    2 330

    Diżil

    2 640

    L-LPG

    1 629

     

    Fattur ta’ konverżjoni (CF) [gCO2/m3]

    CNG (G20)

    1 795 ”

    (v)

    fit-Tabella 6, l-entrati għall-fanal tad-dwal għall-kantunieri u għall-fanal ta’ liwi statiku huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “Fanal tad-dwal għall-kantunieri

    0,019

    Fanal ta’ Liwi Statiku

    0,039”,

    (c)

    il-punt 4.1.2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.1.2.

    NOVC-HEVs li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4.1.1”,

    (ii)

    it-titolu tat-Tabella 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC għal arkitetturi differenti tad-dawl tal-vetturi”,

    (d)

    il-punt 4.2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    it-titolu tal-punt 4.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.2.1.

    Karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u NOVC-HEVs tal-kategorija M1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151”,

    (ii)

    it-titolu tal-punt 4.2.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.2.2.

    NOVC-HEVs li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1”.

    Artikolu 2

    Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (n) li ġej:

    “(n)

    fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara.”;

    (2)

    l-Anness huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-Tabella 3, tiżdied l-entrata li ġejja:

    “Fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara

    12”,

    (b)

    fit-Tabella 4, tiżdied l-entrata li ġejja:

    “Fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara

    0,36”.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 67).

    (4)  https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (ĠU L 313, 28.9.2020, p. 4).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).


    Top