EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1708

Deċiżjoni tal-kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024

ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1708/oj

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 385/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1708

tat-13 ta’ Novembru 2020

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877 (ir-“Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2020 li tispeċifika: (a) il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2022; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2021; (c) l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu.

(3)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp li ppreċedew. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u taħt il-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.

(4)

L-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li l-ammonti minn proġetti taħt l-10 FEŻ jew minn Fondi Ewropej għall-Iżvilupp oħrajn li ppreċedew mhux impenjati skont l-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew diżimpenjati skont l-Artikolu 1(4) ta’ dak il-Ftehim, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor unanimament mill-Kunsill, għandhom jitnaqqsu minn dik il-parti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) ta’ dak il-Ftehim.

(5)

L-Artikoli 152 u 153 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) jipprevedu li r-Renju Unit għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, ma għandux isir użu mill-ġdid tas-sehem tar-Renju Unit tal-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 FEŻ jew taħt Fondi Ewropej għall-Iżvilupp li ppreċedew.

(6)

Fl-24 ta’ Ottubru 2019, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1800 (4), abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill iffissa l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2021 għal EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2022 huwa b’dan iffissat għal EUR 2 800 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 2 500 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2021 huwa b’dan iffissat għal EUR 4 000 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEZ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2021 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għandha ssir rifużjoni ta’ ammont ta’ EUR 223 000 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati minn proġetti taħt it-Tmien FEŻ u d-Disa’ FEŻ permezz ta’ tnaqqis tal-pagament fil-konfront tal-ewwel pagament parzjali għall-2021, kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

It-tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2023 huwa b’dan iffissat għal EUR 1 800 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u dak għall-2024 għal EUR 1 500 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 200 000 000 għall-BEI.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1800 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023 (ĠU L 274, 28.10.2019, p. 9).


ANNESS

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema tat-8 FEŻ/tad-9 FEŻ f’%

Skema tal-10 FEŻ f’%

Skema tal-11-il FEŻ f’%

L-ewwel pagament parzjali tal-2021 (f’EUR)

BEI

Kummissjoni

Kummissjoni

Kummissjoni

L-10 FEŻ

Il-11-il FEŻ

Rifużjoni at-8 FEŻ/tad-9 FEŻ

Il-11-il FEŻ li minnu titnaqqas ir-Rifużjoni tat-8 FEŻ/tad-9 FEŻ

BELĠJU

3,92

3,53

3,24927

2 471 000,00

51 988 320,00

-8 741 600,00

43 246 720,00

BULGARIJA

 

0,14

0,21853

98 000,00

3 496 480,00

0,00

3 496 480,00

ĊEKJA

 

0,51

0,79745

357 000,00

12 759 200,00

0,00

12 759 200,00

DANIMARKA

2,14

2,00

1,98045

1 400 000,00

31 687 200,00

-4 772 200,00

26 915 000,00

ĠERMANJA

23,36

20,50

20,57980

14 350 000,00

329 276 800,00

-52 092 800,00

277 184 000,00

ESTONJA

 

0,05

0,08635

35 000,00

1 381 600,00

0,00

1 381 600,00

IRLANDA

0,62

0,91

0,94006

637 000,00

15 040 960,00

-1 382 600,00

13 658 360,00

GREĊJA

1,25

1,47

1,50735

1 029 000,00

24 117 600,00

-2 787 500,00

21 330 100,00

SPANJA

5,84

7,85

7,93248

5 495 000,00

126 919 680,00

-13 023 200,00

113 896 480,00

FRANZA

24,30

19,55

17,81269

13 685 000,00

285 003 040,00

-54 189 000,00

230 814 040,00

KROAZJA

 

0,00

0,22518

0,00

3 602 880,00

0,00

3 602 880,00

ITALJA

12,54

12,86

12,53009

9 002 000,00

200 481 440,00

-27 964 200,00

172 517 240,00

ĊIPRU

 

0,09

0,11162

63 000,00

1 785 920,00

0,00

1 785 920,00

LATVJA

 

0,07

0,11612

49 000,00

1 857 920,00

0,00

1 857 920,00

LITWANJA

 

0,12

0,18077

84 000,00

2 892 320,00

0,00

2 892 320,00

LUSSEMBURGU

0,29

0,27

0,25509

189 000,00

4 081 440,00

-646 700,00

3 434 740,00

UNGERIJA

 

0,55

0,61456

385 000,00

9 832 960,00

0,00

9 832 960,00

MALTA

 

0,03

0,03801

21 000,00

608 160,00

0,00

608 160,00

NETHERLANDS

5,22

4,85

4,77678

3 395 000,00

76 428 480,00

-11 640 600,00

64 787 880,00

AWSTRIJA

2,65

2,41

2,39757

1 687 000,00

38 361 120,00

-5 909 500,00

32 451 620,00

POLONJA

 

1,30

2,00734

910 000,00

32 117 440,00

0,00

32 117 440,00

PORTUGALL

0,97

1,15

1,19679

805 000,00

19 148 640,00

-2 163 100,00

16 985 540,00

IR-RUMANIJA

 

0,37

0,71815

259 000,00

11 490 400,00

0,00

11 490 400,00

SLOVENJA

 

0,18

0,22452

126 000,00

3 592 320,00

0,00

3 592 320,00

SLOVAKKJA

 

0,21

0,37616

147 000,00

6 018 560,00

0,00

6 018 560,00

FINLANDJA

1,48

1,47

1,50909

1 029 000,00

24 145 440,00

-3 300 400,00

20 845 040,00

ŻVEZJA

2,73

2,74

2,93911

1 918 000,00

47 025 760,00

-6 087 900,00

40 937 860,00

IR-RENJU UNIT

12,69

14,82

14,67862

10 374 000,00

234 857 920,00

-28 298 700,00

206 559 220,00

TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

100,00

100,00

70 000 000,00

1 600 000 000,00

-223 000 000,00

1 377 000 000,00


Top