EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1663

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1663 tas-6 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard taċ-Ċekja u l-approvazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’diversi reġjuni ta’ Franza fir-rigward tar-rinotrakeite bovina infettiva (notifikata bid-dokument C(2020) 7578) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/7578

ĠU L 374, 10.11.2020, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1663/oj

10.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 374/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1663

tas-6 ta’ Novembru 2020

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard taċ-Ċekja u l-approvazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’diversi reġjuni ta’ Franza fir-rigward tar-rinotrakeite bovina infettiva

(notifikata bid-dokument C(2020) 7578)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali ta’ kontroll obbligatorju għal waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness E(II) tagħha, dan jista’ jissottometti l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali bovini. Ir-rinotrakeite bovina infettiva, marda kkawżata mill-virus tal-erpete bovina tat-tip 1 (BHV1), hi elenkata għall-annimali bovini fl-Anness E(II) tad-Direttiva 64/432/KEE.

(2)

Fi Frar 2020, Franza ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll u l-eradikazzjoni tar-rinotrakeite bovina infettiva li tkopri d-dipartimenti metropolitani Franċiżi, għajr Korsika, u talbet l-approvazzjoni biex tapplika garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn xi waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness E(II) tagħha, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali bovini.

(4)

F’Jannar 2020, iċ-Ċekja ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni biex it-territorju kollu tagħha jitqies ħieles mill-BHV1, u talbet l-approvazzjoni biex tapplika garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma awtorizzati japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li fihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, filwaqt li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li fihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(6)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li ppreżentat Franza, id-dipartimenti metropolitani ta’ dak l-Istat Membru, għajr Korsika, jenħtieġ jiġu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva jenħtieġ ikunu japplikaw skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(7)

Barra minn hekk, wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li ppreżentat iċ-Ċekja, jenħtieġ li din ma tibqax elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok jenħtieġ tiġi elenkata fl-Anness II tagħha, u jenħtieġ li l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

“ANNESS I

Stat Membru

Reġjun tal-Istati Membri li fih japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Franza

Région Auvergne et Rhône-Alpes

Région Bourgogne-Franche-Comté

Région Bretagne

Région Centre-Val de Loire

Région Grande Est

Région Hauts-de-France

Région Ile-de-France

Région Normandie

Région Nouvelle-Aquitaine

Région Occitanie

Région Pays de la Loire

Région Provence-Alpes-Côte d'Azur

L-Italja

Ir-reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia

Il-provinċja awtonoma ta’ Trento

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

ANNESS II

Stat Membru

Reġjun tal-Istati Membri li fih japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Iċ-Ċekja

Ir-reġjuni kollha

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

L-Italja

Ir-reġjun ta’ Valle d'Aosta

Il-provinċja awtonoma ta’ Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

Ir-Renju Unit

Jersey


Top