This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1659
Council Decision (EU) 2020/1659 of 6 November 2020 further extending the temporary derogation from the Council’s Rules of Procedure introduced by Decision (EU) 2020/430, and extended by Decisions (EU) 2020/556, (EU) 2020/702, (EU) 2020/970 and (EU) 2020/1253, in view of the travel difficulties caused by the COVID-19 pandemic in the Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1659 tas-6 ta’ Novembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1659 tas-6 ta’ Novembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni
ĠU L 376, 10.11.2020, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2021
10.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 376/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1659
tas-6 ta’ Novembru 2020
li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 (1) introduċiet deroga ta’ xahar mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li tintuża l-proċedura ordinarja bil-miktub, fejn dawk id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper). Dik id-deroga kienet prevista sat-23 ta’ April 2020. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/430 tipprevedi li, jekk ikun ġustifikat minn kontinwazzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kunsill jista’ jġedded dik id-Deċiżjoni. Fil-21 ta’ April 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/556 (3), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 b’perijodu ieħor ta’ xahar mit-23 ta’ April 2020. Dik l-estensjoni tad-deroga kienet prevista sat-23 ta’ Mejju 2020. Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/702 (4), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 b’perijodu ieħor sal-10 ta’ Lulju 2020. Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/970 (5), estenda dik id-deroga b’perijodu ieħor sal-10 ta’ Settembru 2020. Fl-4 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1253 (6), estenda dik id-deroga b’perijodu ieħor sal-10 ta’ Novembru 2020. |
(3) |
Minħabba li għad jeżistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, b’għadd ta’ miżuri straordinarji preventivi u ta’ konteniment meħuda mill-Istati Membri, li għadhom fis-seħħ, teżisti l-ħtieġa li tiġi estiża d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, b’perijodu limitat ieħor sal-15 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, hija b’dan estiża aktar sal-15 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 tat-23 ta’ Marzu 2020 dwar deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 88 I, 24.3.2020, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/556 tal-21 ta’ April 2020 li testendi d-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 128 I, 23.4.2020, p. 1).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/702 tal-20 ta’ Mejju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 u estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 38).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/970 tat-3 ta’ Lulju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556 u (UE) 2020/702, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 216, 7.7.2020, p. 1).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1253 tal-4 ta’ Settembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702 u (UE) 2020/970, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 1).