Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32020D1656
Council Decision (CFSP) 2020/1656 of 6 November 2020 on Union support for the activities of the International Atomic Energy Agency (IAEA) in the areas of nuclear security and in the framework of the implementation of the EU Strategy against Proliferation of Weapons of Mass Destruction
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1656 tas-6 ta’ Novembru 2020 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1656 tas-6 ta’ Novembru 2020 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
ĠU L 372I, 9.11.2020., 4–15. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Már nem hatályos, Érvényesség vége: 31/03/2024: Ez a jogi aktus módosult. Jelenlegi egységes szerkezetbe foglalt változat:
04/10/2022
|
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 372/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1656
tas-6 ta’ Novembru 2020
dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Unjoni qiegħda timplimenta attivament l-Istrateġija u qiegħda tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari permezz tar-rilaxx ta’ riżorsi finanzjarji biex tappoġġa proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). |
|
(3) |
Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost oħrajn, għall-promozzjoni tal-konklużjoni tal-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja u protokolli addizzjonali tal-IAEA u timpenja lill-Unjoni biex taħdem sabiex il-Protokoll Addizzjonali u l-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja jsiru l-istandard għas-sistema ta’ verifika tal-IAEA. |
|
(4) |
Fis-17 ta’ Mejju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/495/PESK (2). |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/574/PESK (3). |
|
(6) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK (4). |
|
(7) |
Fl-14 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/314/PESK (5). |
|
(8) |
Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/585/PESK (6). |
|
(9) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/517/PESK (7). |
|
(10) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2383 (8) u, fit-8 ta’ Ġunju 2020, estenda t-tul ta’ żmien tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/755 (9). |
|
(11) |
Fit-8 ta’ Mejju 2016, l-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (CPPNM) daħlet fis-seħħ. L-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll il-Komunità tal-Euratom, huma Partijiet għall-Emenda tal-2005 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (ACPPNM). L-Unjoni tkompli tippromwovi l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tagħha, inkluż permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ sigurtà nukleari implimentati taħt il-Pjan għas-Sigurtà Nukleari 2018-2021 tal-IAEA. |
|
(12) |
Filwaqt li tafferma mill-ġdid li r-responsabbiltà għas-sigurtà nukleari fi Stat taqa’ kompletament fuq l-Istat, l-Unjoni hija impenjata li tkompli ssaħħaħ is-sigurtà nukleari permezz tal-implimentazzjoni kemm ta’ miżuri ta’ sigurtà nazzjonali kif ukoll ta’ kooperazzjoni internazzjonali. L-Unjoni ser tkompli tappoġġa l-ħidma tal-IAEA fl-assistenza lill-Istati Membri, fuq talba, fl-istabbiliment u t-titjib ta’ reġimi nazzjonali ta’ sigurtà nukleari effettivi u sostenibbli. L-appoġġ tal-Unjoni b’hekk ser ikun konformi mad-Dikjarazzjoni Ministerjali u s-sejbiet tal-“Konferenza Internazzjonali dwar is-Sigurtà Nukleari – Sostenn u Tisħiħ tal-Isforzi” (il-Konferenza ICONS) li tlaqqgħet fil-Kwartieri Ġenerali tal-IAEA fi Vjenna fl-10 sal-14 ta’ Frar 2020. Hija ser tkompli tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari 2018-21 tal-IAEA, approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA fit-13 ta’ Settembru 2017 u approvat mill-Konferenza Ġenerali fl-14 ta’ Settembru 2017. L-Unjoni għandha l-għan li żżomm is-sostenibbiltà u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Konġunti u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti b’appoġġ għall-Pjanijiet għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-fini tat-tkomplija tal-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) li għandhom l-għan li:
|
(a) |
jikkontribwixxu għall-isforzi globali biex tinkiseb sigurtà nukleari effettiva, billi jistabbilixxu gwida komprensiva dwar is-sigurtà nukleari u, fuq talba, jippromwovu l-użu ta’ din il-gwida permezz ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari u servizzi konsultattivi u l-bini tal-kapaċità, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
(b) |
jassistu fl-aderenza ma’, u l-implimentazzjoni ta’, strumenti legali internazzjonali rilevanti, u fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-koordinazzjoni tal-assistenza; u |
|
(c) |
jappoġġaw il-mandat tal-IAEA biex taqdi rwol ċentrali u jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali fis-sigurtà nukleari, b’rispons għall-prijoritajiet tal-Istati Membri espressi permezz tad-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Organi tat-Tfassil tal-Politika tal-IAEA. |
2. Il-proġetti li ser jiġu ffinanzjati mill-Unjoni għandhom jappoġġaw:
|
(a) |
proġetti ta’ prijorità u trasversali fis-sigurtà nukleari bħall-Universalizzazzjoni tal-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari, is-Sigurtà tal-Kompjuter u s-Servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u t-Tisħiħ tal-Kultura tas-Sigurtà Nukleari; |
|
(b) |
il-ġestjoni tal-informazzjoni b’enfasi fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, il-prijoritajiet u t-theddid tas-sigurtà nukleari; |
|
(c) |
is-sigurtà nukleari ta’ materjali u faċilitajiet assoċjati b’enfasi fuq it-titjib tal-protezzjoni fiżika u l-kontabbiltà u l-kontroll tal-materjal nukleari għaċ-ċiklu kollu tal-fjuwil u dokument kunċettwali dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni fiżika fl-era tal-COVID-19; |
|
(d) |
is-sigurtà nukleari ta’ materjali li ma jaqgħux taħt il-kontroll regolatorju b’enfasi fuq infrastruttura ta’ rispons istituzzjonali għal materjal li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju; |
|
(e) |
l-iżvilupp ta’ programmi u l-kooperazzjoni internazzjonali b’enfasi fuq l-iżvilupp tal-programm ta’ edukazzjoni u taħriġ; |
|
(f) |
il-bini tal-kapaċità ffukat fuq il-ġeneru u l-edukazzjoni fis-sigurtà nukleari. |
3. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 2, li jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tkun assigurata l-viżibbiltà tal-Unjoni kif ukoll il-ġestjoni xierqa tal-programm fl-eżekuzzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Il-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha tal-IAEA u tal-Istati mhux Membri tal-IAEA.
5. Il-komponenti kollha tal-proġett għandhom ikunu appoġġati minn attivitajiet proattivi u innovattivi ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku, u r-riżorsi għandhom jiġu allokati kif meħtieġ.
6. Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-IAEA. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-IAEA.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 11 582 300.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-ammont ta’ referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-IAEA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod adatt skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-IAEA. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK tas-17 ta’ November 2003 dwar l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi għad-distruzzjoni tal-massa u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34).
(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/495/PESK tas-17 ta’ Mejju 2004 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA taħt il-Programm ta’ Sigurtà Nukleari tagħha u fil-kwadru tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (ĠU L 182, 19.5.2004, p. 46).
(3) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/574/PESK tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar sostenn għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 44).
(4) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/418/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2006 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-AIEA (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa (ĠU L 165, 17.6.2006, p. 20).
(5) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/314/PESK tal-14 ta’ April 2008 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda tal-Massa (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 62).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/585/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva(ĠU L 259, 1.10.2010, p. 10).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/517/PESK tal-21 ta’ Ottubru 2013 dwar appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 6)
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2383 tal-21 ta’ Diċembru 2016 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 74).
(9) Id-Deċiżjoni tal-kunsill (PESK) 2020/755 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2383 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 179I, 9.6.2020, p. 2).
ANNESS
1.
Intestatura 1: Proġetti ta’ Prijorità u Trasversali fis-Sigurtà NukleariProġett 1: Universalizzazzjoni tal-Emenda tal-2005 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (ACPPNM)
Sfond
Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-aderenza mal-Emenda u l-implimentazzjoni tagħha, l-IAEA tipprovdi assistenza leġiżlattiva u teknika fuq talba. Din tinkludi:
|
1. |
Assistenza fl-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali, inkluż il-provvediment ta’ korsijiet ta’ taħriġ u seminars nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, assistenza bilaterali fl-abbozzar ta’ liġijiet nazzjonali u t-taħriġ ta’ individwi. |
|
2. |
Assistenza fl-istabbiliment, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ reġim ta’ protezzjoni fiżika ta’ Stat, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ sigurtà nukleari, bħal reviżjonijiet bejn il-pari u servizzi konsultattivi, korsijiet ta’ taħriġ nazzjonali u reġjonali u workshops immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u l-iżvilupp tar-riżorsi umani meħtieġa u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Appoġġ Integrati għas-Sigurtà Nukleari (INSSPs). |
Għanijiet
L-għanijiet ser ikunu li tingħata assistenza fl-iżvilupp u l-promozzjoni tas-sigurtà nukleari globalment, inkluż il-produzzjoni u l-użu rilevanti ta’ gwida fis-Sensiela tal-IAEA dwar is-Sigurtà Nukleari, biex tiġi promossa l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (CPPNM) u l-Emenda tagħha, flimkien imsejħa A/CPPNM, u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà nukleari u jissaħħaħ il-qafas legali internazzjonali.
Riżultati
|
1. |
Rieżami tal-ACPPNM fil-Konferenza tal-Istati Parti tal-2021. |
|
2. |
Workshops Internazzjonali, Reġjonali u Nazzjonali – fuq talba mill-Istati Membri – għall-promozzjoni tal-universalizzazzjoni tas-CPPNM u l-għarfien. |
|
3. |
Żvilupp ta’ materjal ta’ sensibilizzazzjoni biex titħeġġeġ aktar aderenza mal-ACPPNM. |
Eżitu
Kontributi tal-IAEA għall-aderenza mal-A/CPPNM
Proġett 2: Servizzi ta’ Sigurtà tal-Kompjuter u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni
Sfond
Is-sigurtà tal-informazzjoni u tal-kompjuter tibqa’ element kritiku għall-Istati fit-titjib tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà nukleari tagħhom.
Is-sigurtà nukleari tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’, is-sejbien ta’, u r-rispons għal, atti kriminali jew intenzjonali mhux awtorizzati li jinvolvu jew diretti lejn materjal nukleari, materjal radjuattiv ieħor, faċilitajiet assoċjati, jew attivitajiet assoċjati. Ir-responsabbiltà għas-sigurtà nukleari fi Stat taqa’ kompletament f’idejn l-Istat, li għandu jiżgura s-sigurtà ta’ materjal nukleari, materjal radjuattiv ieħor, faċilitajiet assoċjati, u attivitajiet assoċjati taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu. Kull Stat għandu l-għan li jikseb is-sigurtà nukleari billi joħloq ir-reġim tas-sigurtà nukleari tiegħu stess li jkun xieraq għal dak l-Istat. Il-kompjuters għandhom rwol essenzjali fl-aspetti kollha tal-ġestjoni tat-tħaddim sikur u sigur tal-faċilitajiet nukleari, inkluża s-sigurtà tal-kompjuter u ż-żamma tal-protezzjoni fiżika. Huwa ta’ importanza vitali li dawn is-sistemi kollha jkunu protetti kif xieraq kontra intrużjonijiet malizzjużi. Bil-kapaċitajiet u l-attributi tat-theddid li dejjem qed jinbidlu, is-sigurtà tal-informazzjoni u tal-kompjuter qed tevolvi kontinwament u qed jitfaċċaw kontinwament tekniki, tattiċi u proċessi ġodda ta’ theddid. L-IAEA twettaq ħidma mmirata lejn id-difiża kontra din it-theddida li qed tevolvi.
Għanijiet
It-titjib tas-sigurtà tal-kompjuter u l-kapaċitajiet tas-sigurtà tal-informazzjoni fl-Istati.
Riżultati
|
1. |
Jiġu kompletati u jinżammu aġġornati l-informazzjoni u l-pubblikazzjonijiet ta’ gwida dwar is-sigurtà tal-kompjuter fis-Sensiela tal-IAEA dwar is-Sigurtà Nukleari (Dokumenti ta’ gwida ġodda u aġġornati) u dokumenti u pubblikazzjonijiet tekniċi relatati. |
|
2. |
L-Ospitar ta’ laqgħat ta’ esperti speċifiċi għas-sigurtà tal-kompjuter ta’ faċilitajiet nukleari biex jibqgħu aġġornati mal-iżviluppi f’dan il-qasam. |
|
3. |
Korsijiet ta’ taħriġ, eżerċizzji u workshops. |
|
4. |
Assistenza teknika pprovduta lill-Istati fis-sigurtà tal-kompjuter. |
Eżitu
|
1. |
Kontribuzzjonijiet tal-IAEA għal kapaċitajiet imtejba ta’ sigurtà tal-informazzjoni u tal-kompjuter fil-livelli tal-Istat, tal-awtorità kompetenti, u tal-faċilitajiet biex jiġu appoġġati l-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuter u r-rispons għalihom li għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt negattiv dirett jew indirett fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari. |
|
2. |
It-titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali billi jitlaqqgħu flimkien esperti u dawk li jfasslu l-politika biex jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi fis-sigurtà tal-kompjuter. |
|
3. |
Jinżammu pubblikazzjonijiet ta’ gwida u dokumenti tekniċi fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni u tal-kompjuter għas-sigurtà nukleari. |
Proġett 3: Tisħiħ tal-Kultura tas-Sigurtà Nukleari
Sfond
Il-kultura tas-sigurtà nukleari hija approċċ multidixxiplinari biex il-forza tax-xogħol titħejja kontra theddid kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa, bir-rieda u l-motivazzjoni tagħhom li jsegwu proċeduri stabbiliti, jikkonformaw mar-regolamenti u juru viġilanza. Peress li l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta’ sigurtà nukleari huma mfassla, ġestiti u mħaddma mill-bniedem, fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess tar-reġim tas-sigurtà nukleari jiddependi fuq in-nies involuti. Il-kultura tas-sigurtà nukleari hija identifikata bħala wieħed minn 12-il prinċipju fundamentali għall-protezzjoni fiżika ta’ materjal u faċilitajiet nukleari fl-ACPPNM kif ukoll wieħed mill-prinċipji bażiċi fil-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Materjali Radjuattivi. Il-Gwida ta’ Implimentazzjoni dwar il-Kultura tas-Sigurtà Nukleari, NSS Nru 7 tiddefinixxi l-kultura tas-sigurtà nukleari bħala l-assemblaġġ tal-karatteristiċi, l-attitudnijiet u l-imġiba tal-individwi, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet, li sservi bħala mezz biex tappoġġa u ssaħħaħ is-sigurtà nukleari. L-NSS Nru 7 tiddefinixxi l-kunċett, tiddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet u l-individwi, u tipprovdi karatteristiċi tal-kultura tas-sigurtà nukleari li jservu biex tinkiseb sigurtà nukleari effettiva.
Il-proġett jiffoka fuq l-appoġġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani tal-Istati Membri permezz ta’ workshops, korsijiet ta’ taħriġ u seminars ta’ għarfien, appoġġ għat-twettiq tal-awtovalutazzjoni tal-kultura tas-sigurtà nukleari u l-promozzjoni tal-esperjenza u l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar għodod u metodoloġiji ta’ awtovalutazzjoni u prattiki tajba tal-kultura tas-sigurtà nukleari.
Għan
L-assistenza lill-Istati fit-tisħiħ tal-kultura tas-sigurtà tagħhom.
Riżultati
|
1. |
L-organizzazzjoni ta’ workshops internazzjonali dwar il-kultura tas-sigurtà nukleari biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tar-riżorsi umani tal-Istati Membri. |
|
2. |
L-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta’ materjal u għodod ta’ gwida u ta’ taħriġ tal-kultura tas-sigurtà nukleari, inklużi għodod ta’ awtovalutazzjoni. |
Eżitu
Il-promozzjoni ta’ skambji internazzjonali ta’ esperjenza, għarfien u prattiki tajba fir-rigward ta’ modi kif tiġi żviluppata, imrawma u miżmuma kultura robusta tas-sigurtà nukleari kompatibbli mar-reġimi tas-sigurtà nukleari tal-Istati.
2.
Intestatura 2: Ġestjoni tal-InformazzjoniProġett 1: Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet, il-Prijoritajiet u t-Theddid għas-Sigurtà Nukleari (missjonijiet INSSP)
Sfond
L-IAEA tassisti lill-Istati individwali li jitolbu dan biex jidentifikaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-sigurtà nukleari permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ INSSPs u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ awtovalutazzjoni. Ir-responsabbiltà għas-sigurtà nukleari fi Stat taqa’ kompletament f’idejn l-Istat, li għandu jiżgura s-sigurtà ta’ materjal nukleari, materjal radjuattiv ieħor, faċilitajiet assoċjati, u attivitajiet assoċjati taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-IAEA tappoġġa l-isforzi tal-Istati biex jistabbilixxu reġimi tas-sigurtà nukleari effettivi u sostenibbli, u l-INSSP huwa mekkaniżmu effettiv f’dan ir-rigward. L-INSSP huwa dokument li mhuwiex legalment vinkolanti, madankollu l-approvazzjoni jew l-iffirmar tiegħu mill-Istat jitqiesu bħala indikattivi ta’ impenn biex titkompla l-implimentazzjoni tat-titjib tas-sigurtà nukleari maqbul li jinsab fih. L-INSSP huwa mfassal biex jgħin fl-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet ta’ sigurtà nukleari fi Stat u biex jiżgura s-sjieda tal-Istat tat-titjib meħtieġ biex isaħħaħ ir-reġim tas-sigurtà nukleari tiegħu. Huwa jipprovdi valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sigurtà nukleari tal-Istat u jaqbad attivitajiet li qed jitwettqu, jew li huma ppjanati li jitwettqu, minn Stat u f’kooperazzjoni, fejn xieraq, mal-IAEA jew sħab internazzjonali oħra.
L-INSSP huwa organizzat f’qafas ġenerali ta’ oqsma u objettivi tas-sigurtà nukleari li jipprovdu approċċ sistematiku għall-Istat biex jidentifika l-ħtiġijiet tas-sigurtà nukleari tiegħu. L-intenzjoni hija li Stat jiġi pprovdut b’elementi ġenerali ta’ sigurtà nukleari ta’ natura strateġika biex jgħinu jiggwidaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-objettivi ta’ ppjanar strateġiku bi ħsieb fit-tul li jiġu stabbiliti reġimi ta’ sigurtà nukleari awtosuffiċjenti. L-INSSP huwa strutturat madwar sitt oqsma funzjonali: (1) Qafas Leġiżlattiv u Regolatorju; (2) Valutazzjoni tat-Theddid u tar-Riskju; (3) Reġim ta’ Protezzjoni Fiżika; (4) Detezzjoni ta’ atti kriminali u atti oħra mhux awtorizzati li jinvolvu materjal li ma jaqax taħt kontroll regolatorju; (5) Rispons għal avvenimenti ta’ sigurtà nukleari; u (6) Sostenn tar-reġim tas-sigurtà nukleari ta’ Stat. Minbarra l-missjonijiet tal-INSSP, l-IAEA torganizza wkoll Laqgħat Tekniċi tal-Punti ta’ Kuntatt tal-INSSP.
Il-proċess tal-INSSP huwa appoġġat mis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (NUSIMS), sistema volontarja mfassla biex tassisti lill-Istati Membri fir-rieżami tal-istatus tal-infrastruttura tas-sigurtà nukleari tagħhom permezz ta’ Awtovalutazzjoni, kif ukoll fit-traċċar tal-progress tagħhom lejn l-istabbiliment, iż-żamma u s-sostenn ta’ reġim effettiv tas-sigurtà nukleari. L-istruttura ta’ informazzjoni tan-NUSIMS tirrifletti Żoni ta’ Sigurtà Nukleari operazzjonali (NSAs) ewlenin u hija bbażata fuq il-pubblikazzjonijiet dwar il-Prinċipji Fundamentali u r-Rakkomandazzjonijiet tas-Sigurtà Nukleari maħruġa fis-Sensiela tal-IAEA dwar is-Sigurtà Nukleari.
Għanijiet
Jiġu identifikati u kkonsolidati l-ħtiġijiet tas-sigurtà nukleari ta’ Stati individwali f’dokument integrat li jinkludi t-titjib meħtieġ fis-sigurtà nukleari, kif ukoll biex jiġi pprovdut qafas imfassal apposta għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ sigurtà nukleari mwettqa mill-Istat, l-IAEA u donaturi potenzjali.
Tinżamm pjattaforma ta’ informazzjoni komprensiva li tipprovdi fehim tajjeb tal-ħtiġijiet tas-sigurtà nukleari tal-Istati globalment u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari.
Riżultati
|
1. |
Żvilupp u implimentazzjoni tal-INSSPs. |
|
2. |
Rieżami u allinjament mill-ġdid mal-istruttura tal-INSSP ta’ mekkaniżmu volontarju ta’ awtovalutazzjoni jew għodda għall-użu tal-Istati (NUSIMS). |
|
3. |
Laqgħat Tekniċi tal-Punti ta’ Kuntatt tal-INSSP. |
|
4. |
Finalizzazzjoni tal-Manwal għall-Utenti tal-INSSP. |
Eżitu
Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ sigurtà nukleari tal-Istati li jagħmlu t-talba, u l-għoti ta’ appoġġ billi jiġi stabbilit ippjanar strateġiku ta’ attivitajiet rakkomandati ta’ sigurtà nukleari biex jiġu żgurati l-istabbiliment, il-manutenzjoni u s-sostenibbiltà ta’ reġim effettiv tas-sigurtà nukleari biex jgħin lill-Istati b’aderenza mal-obbligi tal-A/CPPNM.
3.
Intestatura 3: Sigurtà Nukleari ta’ Materjali u Faċilitajiet AssoċjatiProġett 1: Titjib tal-Protezzjoni Fiżika u l-Kontabbiltà u l-Kontroll tal-Materjal Nukleari għaċ-Ċiklu Kollu tal-Fjuwil
Sfond
Attivitajiet relatati mas-sigurtà nukleari ta’ materjal nukleari fl-użu u l-ħżin, is-sigurtà nukleari taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u l-faċilitajiet assoċjati matul il-ħajja tagħhom, inkluż il-kontabbiltà u l-kontroll ta’ materjal nukleari għal finijiet ta’ sigurtà nukleari, u l-implimentazzjoni teknika tal-A/CPPNM. L-Aġenzija tiżviluppa gwida u tipprovdi taħriġ u assistenza lill-Istati, fuq talba, għat-titjib tas-sigurtà tal-materjali nukleari bl-użu tal-kontabbiltà u l-kontroll. Il-proġett ser jiffoka fuq l-indirizzar ta’ “theddida minn ġewwa”. Il-programm “Theddida Minn Ġewwa” tal-IAEA jipprovdi gwida dwar miżuri preventivi u protettivi ta’ sigurtà nukleari biex tiġi mitigata t-theddida minn ġewwa. Il-proġett ser jindirizza wkoll il-kontabbiltà u l-kontroll tal-materjal nukleari (NMAC). Sistema NMAC tgħin biex tiskoraġġixxi u tidentifika t-tneħħija mhux awtorizzata ta’ materjal nukleari billi żżomm inventarju tal-materjal nukleari kollu, inkluż informazzjoni relatata mal-post fejn jinsab. L-objettiv primarju ta’ sistema tal-NMAC huwa li żżomm u tirrapporta informazzjoni preċiża, f’waqtha, kompleta u affidabbli dwar l-attivitajiet u l-operazzjonijiet kollha (inklużi l-movimenti) li jinvolvu materjal nukleari. Is-sistema tal-NMAC fil-livell tal-faċilità hija stabbilita fil-kuntest ta’ qafas regolatorju nazzjonali u hija kkontrollata mill-awtorità kompetenti tal-Istat. Ma għandhiex tiġi konfuża mas-Sistema tal-Istat għall-kontabbiltà u l-kontroll tal-materjal nukleari (SSAC) stabbilita biex tissodisfa l-obbligi ta’ salvagwardja internazzjonali.
L-IAEA investiet riżorsi sinifikanti biex tiżviluppa l-Istitut ipotetiku ta’ Riċerka Nukleari Shapash (SNRI). L-għan ewlieni għall-iżvilupp tal-SNRI kien li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitħarrġu dwar kwistjonijiet relatati mas-Sigurtà Nukleari mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni sensittiva dwar il-faċilitajiet attwali u r-riskju li tiġi kompromessa s-sigurtà tagħhom. Il-mudell 3D tal-SNRI huwa għodda utli għal skopijiet ta’ taħriġ dwar is-Sigurtà Nukleari. L-iżvilupp ulterjuri tal-SNRI huwa mistenni li jingrana l-qawwa tal-mudell 3D u jtejjeb l-eżiti tat-taħriġ dwar is-Sigurtà Nukleari. Madankollu, l-użu ta’ 3D u VR għal skopijiet ta’ taħriġ jeħtieġ għarfien u riżorsi speċjalizzati. L-objettivi tat-taħriġ jeħtieġ li jitqabblu mill-qrib mas-soluzzjonijiet teknoloġiċi użati biex jinkisbu. L-IAEA beħsiebha tesplora aktar il-punti b’saħħithom potenzjali tal-mudell 3D tal-SNRI u ssostni l-iżvilupp ta’ materjal edukattiv relatat mal-SNRI fil-futur.
Għanijiet:
Tingħata gwida u għodod għall-prevenzjoni u l-protezzjoni kontra t-tneħħija mhux awtorizzata ta’ materjal nukleari u s-sabotaġġ ta’ materjal u faċilitajiet nukleari minn persuni minn ġewwa.
Li jiġi vvalutat liema Stati Membri tal-IAEA li jipproċessaw, jimmaniġġaw jew jaħżnu materjal nukleari qed jużaw sistema NMAC u tiġi pprovduta assistenza lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tagħhom biex jiġi żgurat Programm NMAC ta’ suċċess. Li jiġi vvalutat liema Stati Membri tal-IAEA li bħalissa ma għandhomx sistema NMAC ikunu jixtiequ jitolbu assistenza fl-istabbiliment ta’ Programm NMAC.
Riżultati
|
1. |
Il-Produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet ta’ gwida rigward is-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari u ta’ għodod ta’ tagħlim elettroniku għall-ġlieda kontra theddida minn ġewwa u t-tisħiħ tar-rendikont materjali u l-kontroll għal finijiet tas-sigurtà nukleari fil-faċilitajiet. |
|
2. |
L-organizzazzjoni ta’ korsijiet tal-għarfien u tat-taħriġ prattiku. |
|
3. |
L-organizzazzjoni ta’ korsijiet tal-għarfien u tat-taħriġ prattiku dwar NMAC. |
|
4. |
L-Iżvilupp ulterjuri tal-għodda ta’ taħriġ Shapash virtual reality (VR). |
Eżitu
L-għoti kontinwu ta’ appoġġ biex jiġu assistiti l-isforzi tal-Istati biex jistabbilixxu reġimi nazzjonali tas-sigurtà nukleari effettivi u sostenibbli li jappoġġaw il-ġlieda kontra theddida minn ġewwa u jsaħħu r-rendikont u l-kontroll għal finijiet tas-sigurtà nukleari fil-faċilitajiet
Proġett 2: Dokument Kunċettwali tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (RPK) dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri tal-protezzjoni fiżika fl-era tal-COVID-19
Sfond
Dan il-proġett ser jindirizza l-applikazzjoni ta’ kontroll tal-aċċess u teknoloġiji tas-sigurtà nukleari oħra fl-ambjent pandemiku fil-faċilitajiet li jaħżnu u jużaw materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor, inkluż faċilitajiet taċ-ċiklu ta’ kombustibbli nukleari, reatturi ta’ riċerka u enerġija, u faċilitajiet tal-materjal radjuattiv. Matul pandemija simili għall-COVID-19, miżuri mediċi maħsuba biex jimminimizzaw it-trażmissjoni tal-virus jistgħu jaffettwaw l-effettività u saħansitra l-applikazzjoni tat-teknoloġiji u l-proċeduri eżistenti tas-sigurtà nukleari bħal miżuri ta’ kontroll tal-aċċess għall-persunal. Il-bidliet fil-protokolli ta’ implimentazzjoni, il-modifika tat-teknoloġiji eżistenti u l-adattament ta’ teknoloġiji ġodda jistgħu jkunu adatti f’xi ambjenti biex jingħelbu l-isfidi minħabba l-COVID-19. Il-proġett ser jirrieżamina l-esperjenza operattiva tal-Istati Membri tal-IAEA fl-użu tal-kontroll tal-aċċess u miżuri oħra tas-sigurtà nukleari matul il-COVID-19 u jidentifika l-isfidi assoċjati u l-prattiki tajbin. Imbagħad ser jipprova jidentifika t-teknoloġiji u l-proċeduri tas-sigurtà nukleari (inkluż fil-qasam tal-kontroll tal-aċċess) li jeħtieġu titjib u jwettaq evalwazzjonijiet fil-laboratorju ta’ modifiki u titjib potenzjali mill-perspettiva tal-implimentazzjoni tagħhom taħt kundizzjonijiet simili għall-COVID-19. L-IAEA ser tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza operattiva u informazzjoni teknika bejn l-Istati Membri, tippubblika r-rapporti relatati mal-proġett u tappoġġa t-twettiq ta’ ħidma ta’ riċerka fil-laboratorji magħżula tal-Istati Membri.
Għanijiet
Il-proġett ser jipprova jiżgura miżuri effettivi tas-sigurtà nukleari fil-faċilitajiet tal-materjal nukleari u ta’ materjal radjuattiv ieħor matul sitwazzjoni simili għall-COVID-19. Speċifikament, l-għanijiet tal-proġett jinkludu dawn li ġejjin:
|
1. |
Ir-rieżami tal-esperjenza operattiva tal-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-kontroll tal-aċċess u ta’ miżuri oħra tas-sigurtà nukleari matul il-COVID-19. |
|
2. |
L-identifikazzjoni tal-isfidi assoċjati u l-prattiki tajbin. |
|
3. |
Il-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa tal-modifika tat-teknoloġiji eżistenti jew tal-proċeduri assoċjati mal-użu tagħhom, jew l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda biex jittieħed kont tar-rekwiżiti mediċi assoċjati mal-COVID-19. |
|
4. |
It-twettiq ta’ valutazzjoni teknika tal-modifiki proposti u tat-teknoloġiji tal-kontroll tal-aċċess li għadhom kif ġew żviluppati u ta’ teknoloġiji oħra tas-sigurtà nukleari biex jittieħed kont tal-kundizzjonijiet tal-pandemija. |
Riżultati
|
1. |
Il-gwida ta’ rakkomandazzjonijiet tal-prattiki tajbin u tat-teknoloġija biex tiġi kondiviża l-esperjenza operattiva tal-Istati Membri fis-sigurtà nukleari matul il-COVID-19. |
|
2. |
L-identifikazzjoni tal-oqsma tat-teknoloġija li jeħtieġu żvilupp ulterjuri biex jippermettu il-kontroll effettiv tal-aċċess u miżuri oħra tas-sigurtà nukleari taħt kundizzjonijiet simili għall-COVID-19. |
Eżiti
Il-miżuri msaħħa tas-sigurtà nukleari għall-prevenzjoni ta’ serq jew sabutaġġ tal-materjal u l-faċilitajiet nukleari u materjal u faċilitajiet radjuattivi oħra matul sitwazzjonijiet simili għal pandemija.
It-teħid ta’ deċiżjonijiet imtejjeb mill-korpi regolatorji u l-industrija dwar l-implimentazzjoni tal-kontroll tal-aċċess u teknoloġiji oħra tas-sigurtà nukleari matul kriżi.
4.
Intestatura 4: Sigurtà Nukleari ta’ Materjali li Ma Jaqax Taħt il-Kontroll RegolatorjuProġett 1: Infrastruttura tar-Rispons Istituzzjonali għal Materjal li Ma Jaqax Taħt il-Kontroll Regolatorju
Sfond
Il-proġett jipprovdi assistenza lill-Istati Membri, fuq talba, fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu l-infrastruttura meħtieġa għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor. L-appoġġ għall-infrastruttura taħt il-proġett huwa maqsum f’servizz biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-infrastruttura u l-appoġġ lill-Istati biex jistabbilixxu, jimplimentaw, jissorveljaw, jivvalutaw u jsostnu r-reġim tagħhom tas-sigurtà nukleari għar-rispons għal avvenimenti tas-sigurtà nukleari li jinvolvu materjal li ma jaqax taħt kontroll regolatorju. Il-ħtiġijiet tal-infrastruttura ta’ Stat jiġu vvalutati jew permezz tal-proċess tas-Servizz Konsultattiv Internazzjonali għas-Sigurtà Nukleari (INSServ) tal-IAEA, inkella permezz tal-iżvilupp ta’ Pjan Direzzjonali għar-Rispons dwar is-Sigurtà Nukleari. Qasam addizzjonali ta’ responsabbiltà huwa fl-għoti ta’ appoġġ lill-Istati li jixtiequ jimplimentaw sistemi tas-sigurtà nukleari u miżuri għal Avvenimenti Pubbliċi Ewlenin (MPEs).
Għan
Li jiġu assistiti l-Istati fl-istabbiliment u s-sostenn ta’ infrastruttura istituzzjonali effettiva biex jissaħħu l-isforzi nazzjonali għall-protezzjoni tal-persuni, il-proprjetà, l-ambjent u s-soċjetà mill-użu mhux awtorizzat ta’ materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor.
Riżultati
|
1. |
L-iżvilupp ta’ pubblikazzjonijiet ta’ gwida għal infrastruttura tas-sigurtà nukleari u l-materjal u l-għodod ta’ taħriġ relatati. |
|
2. |
L-għoti ta’ appoġġ lill-Istati, fuq talba, fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet umani u teknoloġiċi biex tinżamm infrastruttura effettiva biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom relatati ma’ materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt kontroll regolatorju. |
|
3. |
Il-koordinazzjoni ta’ appoġġ għall-grupp ta’ ħidma dwar ir-rispons. |
|
4. |
L-għoti ta’ appoġġ tal-IAEA għall-implimentazzjoni ta’ miżuri tas-sigurtà nukleari għall-MPEs. |
Eżiti
L-IAEA tikkontribwixxi għal aktar għarfien tal-ħtieġa għal infrastruttura istituzzjonali effettiva fi Stat biex jiġi żgurat li jitwettqu l-obbligi nazzjonali u internazzjonali.
L-Istati għandhom fehim fil-fond tal-punti ta’ saħħa u l-oqsma għall-iżvilupp tal-MORC (Material Out of Regulatory Control - materjal barra mill-kontroll regolarju) tagħhom relatat mar-reġim tas-sigurtà nukleari.
L-Istati għandhom pjan ċar ibbażat fuq iż-żmien għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ rispons MORC tagħhom.
5.
Intestatura 5: Żvilupp tal-programm u kooperazzjoni internazzjonaliProġett 1: Żvilupp tal-Programm tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Sfond
L-Aġenzija taqdi rwol importanti fl-għoti ta’ programmi koordinati ta’ edukazzjoni u taħriġ li jsaħħu l-kapaċitajiet fl-Istati biex jistabbilixxu u jsostnu r-reġimi tas-sigurtà nukleari. Għadd suffiċjenti ta’ persunal kompetenti u motivat huwa wieħed mill-prerekwiżiti importanti għall-istabbiliment u s-sostenn tar-reġimi tas-sigurtà nukleari tal-Istati. It-taħriġ huwa mezz importanti biex jinkisbu l-kompetenza u l-prestazzjoni adegwata tal-persunal. L-IAEA tassisti lill-Istati billi tipprovdi taħriġ ibbażat fuq it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-Istati kif ukoll tappoġġa l-istabbiliment ta’ programmi tat-taħriġ għas-sigurtà nukleari u organizzazzjonijiet tat-taħriġ inkluż Ċentri ta’ Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari (NSSCs).
L-Approċċ Sistematiku għat-Taħriġ (SAT) huwa approċċ tat-taħriġ li jipprovdi progressjoni loġika mill-identifikazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex jitwettaq impjieg jew rwol fis-sigurtà nukleari għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tat-taħriġ biex jinkisbu dawn il-kompetenzi, u l-evalwazzjoni sussegwenti ta’ dan it-taħriġ. L-użu tat-tagħlim elettroniku u għodod oħra tat-taħriġ tal-kompjuter, ser jingħata attenzjoni partikolari taħt dan il-proġett. Dan il-proġett mhuwiex limitat għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iżda wkoll jinvolvi l-koordinazzjoni ta’ networks bħan-Network Internazzjonali tal-Edukazzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (INSEN) u n-Network Internazzjonali taċ-Ċentri ta’ Taħriġ u Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari (Network NSSC).
Għanijiet
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jippromwovi approċċ integrat għall-iżvilupp tar-riżorsi umani fil-qasam tas-sigurtà nukleari u jassisti lill-Istati fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom li jiżviluppaw u jimplimentaw programmi effettivi u sostenibbli edukattivi u tat-taħriġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani fis-sigurtà nukleari, ibbażati fuq il-ħtiġijiet identifikati.
Li tinbena kooperazzjoni aktar b’saħħitha u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għas-sigurtà nukleari permezz tal-INSEN u n-Network Internazzjonali NSSC u l-Portal tal-Informazzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (NUSEC).
Riżultati
|
1. |
Il-metodoloġija għall-iżvilupp tar-riżorsi umani għas-sigurtà nukleari kondiviża mal-Istati u użata minnhom. |
|
2. |
L-istabbiliment tal-Akkademja ta’ Tmexxija għas-Sigurtà Nukleari. |
|
3. |
Il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-prattiki tajbin fit-taħriġ dwar is-sigurtà nukleari. |
|
4. |
L-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-metodoloġija SAT ipprovduta. |
|
5. |
L-għoti ta’ appoġġ fit-twettiq ta’ analiżi kontinwa u regolari tal-ħtiġijiet tat-taħriġ (TNA), evalwazzjoni tat-taħriġ, u l-istabbiliment ta’ kumitati tat-taħriġ. |
|
6. |
L-appoġġ għall-attivitajiet tan-Network NSSC u l-koordinazzjoni tagħhom, biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u r-riżorsi u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati ma’ NSSC jew dawk li għandhom interess fl-iżvilupp ta’ ċentru. |
|
7. |
L-għoti ta’ assistenza lill-Istati fl-istabbiliment u l-operat ta’ NSSCs biex jiġu sostnuti r-reġimi nazzjonali tas-sigurtà nukleari permezz ta’ programmi fl-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-appoġġ tekniku u l-appoġġ xjentifiku. |
|
8. |
L-appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali u subreġjonali bejn l-Istati li jkollhom NSSCs pjanati jew operazzjonali. |
|
9. |
L-INSEN. |
|
10. |
Programm ta’ Master fis-Sigurtà Nukleari. |
|
11. |
Skejjel dwar is-Sigurtà Nukleari |
|
12. |
Korsijiet għall-Iżvilupp fil-fakultajiet universitarji dwar l-Edukazzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari. |
|
13. |
Materjali ta’ Tagħlim għall-Programmi ta’ Edukazzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari. |
|
14. |
Il-produzzjoni ta’ korsijiet ta’ tagħlim elettroniku fil-lingwi uffiċjali kollha tal-IAEA, inkluż it-traduzzjoni. |
|
15. |
Ir-reviżjoni ta’ korsijiet ta’ legat tat-tagħlim elettroniku inkluż ir-reviżjoni tat-traduzzjoni. |
Eżitu
L-Istati huma kapaċi jibdew u jimplimentaw b’mod effettiv miżuri biex isostnu r-reġimi nazzjonali tagħhom tas-sigurtà nukleari, b’mod partikolari, permezz ta’ programmi fl-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-appoġġ tekniku u l-appoġġ xjentifiku.
6.
Intestatura 6: It-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet u l-Edukazzjoni ffokati fuq l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-qasam tas-Sigurtà NukleariSfond
Imsemmi b’rikonoxximent tal-fiżiku pijunier u darbtejn Rebbieħ tal-Premju Nobel Marie Skłodowska-Curie, il-programm ta’ boroż ta’ studju tnieda mid-Direttur Ġenerali Rafael Mariano Grossi waqt avveniment tal-IAEA b’tifkira tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa f’Marzu 2020. Billi tappoġġa l-edukazzjoni u l-esperjenza ta’ xogħol tagħhom, l-inizjattiva għandha l-għan li tħeġġeġ lin-nisa żgħażagħ jistudjaw u jaħdmu fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari jew fin-nonproliferazzjoni. Il-programm ta’ fellowship ser jipprovdi boroż ta’ studju sa sentejn għan-nisa li jsegwu lawrija fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari jew fl-istudji tan-nonproliferazzjoni. L-istudenti ser jiġu offruti wkoll l-opportunità ta’ internship fl-IAEA, sabiex jissupplementaw l-għarfien espert miksub matul l-istudji tagħhom.
Għanijiet
Il-Programm Marie Skłodowska-Curie għandu l-għan li jispira u jinkoraġġixxi lin-nisa żgħażagħ biex isegwu karriera fix-xjenzi nukleari u l-istudji dwar it-teknoloġija u n-nonproliferazzjoni billi jipprovdi boroż ta’ studju għal programmi ta’ lawrija lil studenti nisa motivati ħafna u ta’ talent flimkien ma’ opportunitajiet ta’ internship fl-IAEA. Fuq medda twila ta’ żmien, il-Programm ser jikkontribwixxi għal ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, li ser jixprunaw l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-pajjiżi tagħhom.
Riżultat
Il-programm ser jiffinanzja mill-inqas 100 student għall-boroż ta’ studju, bi spiża totali stmata fil-medda ta’ EUR 4 sa 6 miljuni għal perijodu ta’ sentejn.
Eżitu
Li n-nisa jiġu mgħammra b’edukazzjoni xjentifika u esperjenza ta’ xogħol sabiex tiġi promossa rappreżentanza ugwali fl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji nukleari biex jintlaqgħu l-isfidi globali kondiviżi, inkluż is-sigurtà nukleari.