EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1651

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1651 tas-6 ta’ Novembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 370I, 6.11.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1651/oj

6.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 370/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1651

tas-6 ta’ Novembru 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqiesu l-ħatriet ministerjali reċenti, jenħtieġ li jiżdiedu tmien persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“303.

Bassam TOU’MA (magħruf ukoll bħala TU’MA)

(بسام طعمة)

Data tat-twelid: 1969

Post tat-twelid: Safita, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għaż-żejt u r-riżorsi minerali. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

304.

Hassan GHABACHE (magħruf ukoll bħala GHOBASH, AL-GHABBASH)

(حسن غباشة)

Data tat-twelid: 1971

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għas-saħħa.

Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

305.

Ziyad SABBAGH

(زياد صباغ)

Data tat-twelid: 1960

Post tat-twelid: Aleppo, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għall-Industrija.

Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

306.

Mohammad Hassan QATANA

(حسن قطانة)

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għall-Agrikoltura u r-Riforma agrarja. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

307.

Ghassan ZAMEL (magħruf ukoll bħala AL-ZAMIL, AL-ZAMEL)

(غسان زامل)

Data tat-twelid: 1963

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għall-Elettriku.

Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

308.

Mohamad (magħruf ukoll bħala Mohammad) Fayez BARCHA (magħruf ukoll bħala BARSHA, AL-BARASHA)

(محمد فايز برشة)

Data tat-twelid: 1955

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

309.

Malloul (magħruf ukoll bħala Maloul) HUSSEIN (magħruf ukoll bħala AL-HUSSEIN)

(ملول حسين)

Data tat-twelid: 1950

Post tat-twelid: Provinċja ta’ Al-Hasakah, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020

310.

Mohammad Samir HADDAD

(محمد سمير حداد)

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Tartous, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru tal-Istat.

Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.”

6.11.2020


Top