EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1630

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1630 tat-3 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku, tal-apparat elettrodomestiku, tal-għodod elettriċi u ta’ apparat simili, tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili, tat-tagħmir multimedjali, u tal-switchgear u l-controlgear

C/2020/7574

ĠU L 366, 4.11.2020, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1630/oj

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1630

tat-3 ta’ Novembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku, tal-apparat elettrodomestiku, tal-għodod elettriċi u ta’ apparat simili, tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili, tat-tagħmir multimedjali, u tal-switchgear u l-controlgear

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)7641 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4): EN 55011:2009, EN 55014-1:2006, EN 55015:2013 u EN 55032:2012. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN 55011:2016, EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020 għat-tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku; EN 55014-1:2017 u EN 55014-1:2017/A11:2020 għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili; EN IEC 55015:2019 u EN IEC 55015:2019/A11:2020 għat-tagħmir tad-tidwil elettriku u tagħmir simili; u EN 55032:2015 u EN 55032:2015/A11:20 għat-tagħmir multimedjali.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec emendaw l-istandard armonizzat EN 62026-2:2013, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 62026-2:2013/A1:2019.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641.

(6)

L-istandards armonizzati EN 55011:2016 kif emendat bi EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020, EN 55014-1:2017 kif emendat bi EN 55014-1:2017/A11:2020, EN IEC 55015:2019 kif emendat bi EN IEC 55015:2019/A11:2020, EN 55032:2015 kif emendat bi EN 55032:2015/A11:2020, u EN 62026-2:2013 kif emendat bi EN 62026-2:2013/A1:2019 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards armonizzati, flimkien mal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 (6) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/30/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(8)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, flimkien mar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 55011:2009 kif emendat bi EN 55011:2009/A1:2010, EN 55014-1:2006 kif emendat bi EN 55014-1:2006/A1:2009 u EN 55014-1:2006/A2:2011, EN 55015:2013, EN 55032:2012 kif ikkoreġut bi EN 55032:2012/AC:2013, u EN 62026-2:2013.

(9)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-referenzi, flimkien mar-referenzi tal-istandards rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(10)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 55011:2016 kif emendat bi EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020, EN 55014-1:2017 kif emendat bi EN 55014-1:2017/A11:2020, EN IEC 55015:2019 kif emendat bi EN IEC 55015:2019/A11:2020, EN 55032:2015 kif emendat bi EN 55032:2015/A11:2020, u EN 62026-2:2013 kif emendat bi EN 62026-2:2013/A1:2019, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti li ġejjin, flimkien mar-referenzi tal-istandards rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġi differit: EN 55011:2009 kif emendat bi EN 55011:2009/A1:2010, EN 55014-1:2006 kif emendat bi EN 55014-1:2006/A1:2009 u EN 55014-1:2006/A2:2011, EN 55015:2013, EN 55032:2012 kif ikkoreġut bi EN 55032:2012/AC:2013, u EN 62026-2:2013.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7641 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika.

(4)  ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1.

(5)  ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-kompatibilità elettromanjetika abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 27).


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’

Referenza tal-istandard

“10.

EN 55011:2016

Tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku — Karatteristiċi tad-disturbi tal-frekwenza tar-radju — Limiti u metodi tal-kejl

EN 55011:2016/A1:2017

EN 55011:2016/A11:2020

11.

EN 55014-1:2017

Kompatibilità elettromanjetika — Rekwiżiti għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili — Parti 1: Emissjoni

EN 55014-1:2017/A11:2020

12.

EN IEC 55015:2019

Limiti u metodi ta’ kejl tal-karatteristiċi ta’ disturbi tar-radju tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili

EN IEC 55015:2019/A11:2020

13.

EN 55032:2015

Kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir multimedjali — Rekwiżiti tal-Emissjonijiet

EN 55032:2015/A11:2020

14.

EN 62026-2:2013

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 2: Interfaċċa ma’ attwaturi u sensuri (AS-i)

EN 62026-2:2013/A1:2019”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“7.

EN 55011:2009

Tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku — Karatteristiċi tad-disturbi tal-frekwenza tar-radju — Limiti u metodi tal-kejl

EN 55011:2009/A1:2010

l-4 ta’ Mejju 2022

8.

EN 55014-1:2006

Kompatibilità elettromanjetika — Rekwiżiti għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili — Parti 1: Emissjoni

EN 55014-1:2006/A1:2009

EN 55014-1:2006/A2:2011

l-4 ta’ Mejju 2022

9.

EN 55015:2013

Limiti u metodi ta’ kejl tal-karatteristiċi ta’ disturbi tar-radju tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili

l-4 ta’ Mejju 2022

10.

EN 55032:2012

Kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir multimedjali — Rekwiżiti tal-Emissjonijiet

EN 55032:2012/AC:2013

l-4 ta’ Mejju 2022

11.

EN 62026-2:2013

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 2: Interfaċċa ma’ attwaturi u sensuri (AS-i)

l-4 ta’ Mejju 2022”.


Top