Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1349

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1349 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Taljana biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

ĠU L 314, 29.9.2020, pp. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1349/oj

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1349

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Taljana biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, l-Italja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Italja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2020 tal-Kummissjoni, l-Italja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 11,1 % u 158,9 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Italja huwa previst li jonqos bi 11,2 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fl-Italja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika tal-Italja fir-rigward ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati, għotjiet għal dawk li jaħdmu għal rashom, impjegati b’terminu fiss fl-agrikoltura, ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, ħaddiema domestiċi u ħaddiema li jkunu on-call, kupuni ta’ liv tal-ġenituri, benefiċċji addizzjonali tal-liv tal-ġenituri u tad-diżabbiltà, għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u impriżi individwali, kif ukoll krediti ta’ taxxa b’appoġġ għall-miżuri tas-saħħa pubblika, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (10).

(4)

‘Id-Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ (2) u ‘d-Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ (3), imsemmija fit-talba tal-Italja tas-7 ta’ Awwissu 2020, kien il-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ miżuri biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża estensjoni tal-iskemi eżistenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (‘Cassa integrazione guadagni’ ). Il-miżura tkopri 80 % tas-salarju tas-soltu tal-impjegati, li l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom huwa miżmum, tal-kumpaniji kompletament jew parzjalment magħluqin minħabba l-COVID-19, għal massimu ta’ 18-il ġimgħa fil-perjodu mit-23 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

(5)

Għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-ħaddiema indipendenti, l-awtoritajiet introduċew għotja ta’ EUR 600 għax-xhur ta’ Marzu u ta’ April 2020. Il-ħaddiema indipendenti li esperjenzaw tnaqqis ta’ mill-inqas 33 % tal-qligħ tagħhom f’Marzu u f’April 2020 fuq bażi minn sena għal sena huma intitolati wkoll għal allokazzjoni ta’ EUR 1 000 għal Mejju 2020. Għotja oħra ta’ EUR 600 għal Marzu 2020 tingħata lil dawk li jaħdmu għal rashom u lill-ħaddiema freelance reġistrati ma’ istituzzjonijiet privati obbligatorji tas-sigurtà soċjali.

(6)

L-awtoritajiet introduċew varjetà ta’ miżuri mmirati lejn professjonijiet speċifiċi li ġew affettwati b’mod negattiv minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Dawn il-miżuri jinkludu konċessjoni ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xahar ta’ Marzu 2020 u ta’ EUR 500 fix-xahar għax-xahar ta’ April 2020 għall-impjegati fuq terminu fiss fl-agrikoltura: għotja ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-ħaddiema fl-industrija tad-divertiment (bi dħul annwali sa EUR 50 000); għotja ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-kollaboraturi tal-assoċjazzjonijiet sportivi; għotja ta’ EUR 600 għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-ħaddiema on-call u, EUR 500 għax-xhur ta’ April u Mejju 2020 għall-ħaddiema domestiċi.

(7)

Ġew introdotti wkoll żewġ miżuri li jindirizzaw l-impatt tas-servizzi tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-għeluq tal-iskejjel, fil-forma ta’ benefiċċji tal-liv tal-ġenituri sa 30 jum fil-perjodu mill-5 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020 għall-impjegati jew għal dawk li jaħdmu għal rashom bi tfal sa 12-il sena (jew ’il fuq minn 12, fejn it-tfal huma diżabbli u għadhom jattendu l-iskola) li jkopru 50 % tal-introjtu tagħhom, u kupuni ta’ baby-sitting għal massimu ta’ EUR 2 000 bħala alternattiva għall-benefiċċji tal-liv tal-ġenituri u validi għall-istess perjodu. Dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu bħala miżuri simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li dawn jipprovdu appoġġ għad-dħul għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, li se jgħinu biex ikopru l-ispejjeż tal-kura tat-tfal matul l-għeluq tal-iskejjel u għalhekk jgħinu lill-ġenituri biex ikomplu jaħdmu, u b’hekk ma jħallux li r-relazzjoni tal-impjieg titqiegħed f’riskju.

(8)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew benefiċċji addizzjonali għal-liv għall-persuni b’diżabbiltà sa 12-il jum fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-30 ta’ April 2020 u 12-il jum addizzjonali fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2020 għal ħaddiema b’diżabbiltajiet severi jew ma’ qraba b’diżabbiltajiet severi. Din hija estensjoni ta’ skema eżistenti li tintitola lill-impjegati għal tlett ijiem ta’ liv għal persuni b’diżabbiltà għal kull xahar.

(9)

Ġew introdotti għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal intrapriżi individwali. L-ammont tal-għotja huwa kkalkulat billi jitqies it-tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ li sar f’April 2020 meta mqabbel ma’ April 2019 (minn ammont minimu ta’ EUR 1 000 għal massimu ta’ 20 % tat-tnaqqis fil-fatturat).

(10)

Fl-aħħar nett, ġew introdotti żewġ miżuri relatati mas-saħħa mill-awtoritajiet, kreditu ta’ taxxa temporanju ġdid ta’ 60 % tal-ispejjeż għat-titjib tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (sa massimu ta’ EUR 80 000) u kreditu ta’ taxxa temporanju ġdid ta’ 60 % tal-ispejjeż ta’ sanità ta’ negozji żgħar, uffiċċji professjonali, u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u x-xiri ta’ tagħmir ta’ sikurezza (sa massimu ta’ EUR 60 000). Minħabba li l-krediti ta’ taxxa jikkonsistu minn dħul mitluf għall-gvern, dawn jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(11)

L-Italja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. L-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 28 811 965 628 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-ammonti miżjuda li għandhom x’jaqsmu direttament ma’ skemi ta’ xogħol għal żmien qasir għall-impjegati, għotjiet għal dawk li jaħdmu għal rashom, impjegati b’terminu fiss fl-agrikoltura, ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, ħaddiema domestiċi u ħaddiema li jkunu on-call, vawċers ta’ baby-sitting, benefiċċji addizzjonali tal-liv tal-ġenituri u tad-diżabbiltà, u għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u intrapriżi individwali. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li għandha x’taqsam kemm ma’ miżuri ġodda kif ukoll ma’ estensjoni ta’ miżuri eżistenti, li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fl-Italja. L-Italja beħsiebha tiffinanzja EUR 320 000 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(12)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Italja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti dwar is-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan lill-Italja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(14)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(15)

Jenħtieġ li l-Italja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn l-Italja tkun implimentat dik in-nefqa.

(16)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Italja kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, B’mod partikolari, l-ammont tas-self ġie stabbilit biex jiżgura l-konformità mar-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll ta’ self kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2020/672,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Italja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 27 438 486 464. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Italja f’massimu ta’ għaxar ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   L-Italja għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

L-Italja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol għal żmien qasir eżistenti (‘Cassa integrazione guadagni’) għall-impjegati, kif previst fl-Artikoli 19-22 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif mibdul bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikoli 68-71 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(b)

għotja għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fl-Artikoli 27, 28 u 44 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif mibdul bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(c)

għotjiet għal impjegati fis-settur agrikolu għal żmien fiss, kif previst fl-Artikolu 30 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(d)

għotjiet għal ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kif previst fl-Artikolu 38 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif konvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(e)

konċessjonijiet għall-kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, kif previst fl-Artikolu 96 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(f)

għotja għall-ħaddiema domestiċi, kif previst fl-Artikolu 85 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(g)

għotja għal ħaddiema intermittenti, kif previst fl-Artikoli 44 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(h)

għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u impriżi individwali, kif previst fl-Artikolu 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif konvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(i)

il-benefiċċji tal-liv tal-ġenituri, kif previst fl-Artikoli 23 u 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 72 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(j)

kupuni ta’ baby-sitting, kif previst fl-Artikoli 23 u 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit permezz tal-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 73 tad-‘Digriet Amministrattiv’ nru 34/2020 kif ikkonvertiti bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(k)

il-benefiċċji tal-liv għal diżabbiltà, kif previst fl-Artikoli 24 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 74 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(l)

krediti ta’ taxxa fir-rigward tat-titjib tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif previst fl-Artikolu 120 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(m)

il-krediti tat-taxxa fir-rigward tas-sanitizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u x-xiri ta’ tagħmir ta’ sigurtà, kif previst fl-Artikolu 125 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’.

Artikolu 4

L-Italja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Id-digriet Amministrattiv nru 18/2020, kif mibdul bil-Liġi nru 27/2020.

(3)  Id-digriet Amministrattiv nru 34/2020, kif mibdul bil-Liġi nru 77/2020.


Top