This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1146
Commission Implementing Decision (EU) 2020/1146 of 31 July 2020 amending Implementing Decision (EU) 2019/1956 as regards harmonised standards for certain household appliances, thermal-links, equipment in cable networks for television signals, sound signals and interactive services, circuit breakers, arc quenching and welding, installation couplers intended for permanent connection in fixed installations, transformers, reactors, power supply units and combinations, electric vehicle conductive charging system, cable ties and management, control circuit devices, switching elements, emergency lighting, electronic circuits used with luminaires and discharge lamps
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga
C/2020/5302
ĠU L 250, 3.8.2020, pp. 121–132
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D2723
|
3.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/121 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1146
tal-31 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li hu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati li ġejjin u emenda għalihom: EN 50620:2017 u EN 50620:2017/A1:2019 għall-kejbils li jiċċarġjaw vetturi elettriċi; EN IEC 60947-9-1:2019 għall-mitigazzjoni ta’ xortjar ta’ elettriku; u EN 61643-31:2019 għal apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards li ġejjin, ir-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) (3): EN 60691:2003; EN 60728-11:2010; EN 60934:2001; EN 60974-2:2013; EN 60974-3:2014; EN 60974-5:2013; EN 60974-7:2013; EN 61535:2009; EN 61558-1:2005; EN 61851-1:2011; u EN 62275:2015. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN 60691:2016 u EN 60691:2016/A1:2019 għal fjusis termiċi; EN 60728-11:2017 u EN 60728-11:2017/A11:2018 għal tagħmir ta’ networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi; EN IEC 60934:2019 għal salvaviti awtomatiċi għal tagħmir (CBE); EN IEC 60947-9-1:2019 għal apparat li jrażżan l-ark; EN IEC 60974-2:2019, EN IEC 60974-3:2019, EN IEC 60974-5:2019 u EN IEC 60974-7:2019 għal saldatura bl-ark; EN IEC 61535:2019 għal igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi; EN IEC 61558-1:2019 għal transformers, reatturi, unitajiet ta’ provvista ta’ enerġija, u kombinazzjonijiet tagħhom; EN IEC 61851-1:2019 għal sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi; u EN IEC 62275:2019 għal rbit ta’ kejbils għal installazzjonijiet elettriċi. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u Cenelec emendaw l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 60335-1:2012; u EN 60335-2-4:2010. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019 għal apparati elettriċi domestiċi u apparati simili; u EN 60335-2-4:2010/A2:2019 għal idroestratturi ċentrifugi. Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards li ġejjin, ir-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60335-2-5:2015; EN 60335-2-7:2010; EN 60335-2-12:2003; EN 60335-2-13:2010; EN 60335-2-17:2013; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-47:2003; EN 60335-2-48:2003; EN 60335-2-49:2003; EN 60335-2-52:2003; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-66:2003; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-87:2002; EN 60335-2-98:2003; EN 60947-5-4:2003; EN 61347-2-7:2012; EN 61347-2-11:2001; EN 61386-1:2008; u EN 62035:2014. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 60335-2-5:2015/A11:2019 għal magni tal-ħasil tal-platti; EN 60335-2-7:2010/A2:2019 għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ; EN 60335-2-12:2003/A2:201 u EN 60335-2-12:2003/A11:2019, għal apparat li jżomm l-ikel sħun u apparati simili; EN 60335-2-13:2010/A1:2019 għal twaġen tal-qali bix-xaħam jew żejt, twaġen tal-qali u apparati simili; EN 60335-2-17:2013/A11:2019 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili; EN 60335-2-35:2016/A1:2019 għal ħiters tal-ilma istantanji; EN 60335-2-47:2003/A2:2019 għal borom elettriċi għal użu kummerċjali; EN 60335-2-48:2003/A2:2019 għal grills elettriċi kummerċjali u towsters għal użu kummerċjali; EN 60335-2-49:2003/A2:2019 għal apparati elettriċi kummerċjali li jżommu sħan l-ikel u reċipjenti tat-tisjir; EN 60335-2-52:2003/A12:2019 għal apparati għall-iġjene orali; EN 60335-2-61:2003/A11:2019 għal apparati għal ħiters li jżommu s-sħana fihom; EN 60335-2-66:2003/A11:2019 għal ħiters għal imtieraħ mimlijin bl-ilma; EN 60335-2-84:2003/A2:2019 għal lokijiet; EN 60335-2-87:2002/A2:2019 għal apparati biex jistordu l-annimali bl-elettriku; EN 60335-2-98:2003/A11:2019 għal apparati li jiġġeneraw l-umdità; EN 60947-5-4:2003/A1:2019 għal apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll; EN 61347-2-7:2012/A1:2019 għal dawl f’każ ta’ emerġenza; EN 61347-2-11:2001/A1:2019 għal ċirkwiti elettroniċi eteroġenei użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni; EN 61386-1:2008/A1:2019 għal immaniġġjar ta’ kejbils; u EN 62035:2014/A1:2019 għal bozoz b’karga. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi għalihom jikkonformawx mat-talba M/511. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati EN 50620:2017 kif emendati bi EN 50620:2017/A1:2019, EN IEC 60947-9-1:2019, EN 61643-31:2019, EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 60335-1:2012 kif emendati bi EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-2-4:2010 kif emendati bi EN 60335-2-4:2010/A2:2019, EN 60335-2-5:2015 kif emendati bi EN 60335-2-5:2015/A11:2019, EN 60335-2-7:2010 kif emendati bi EN 60335-2-7:2010/A2:2019, EN 60335-2-12:2003 kif emendati bi EN 60335-2-12:2003/A11:2019, EN 60335-2-13:2010 kif emendati bi EN 60335-2-13:2010/A1:2019, EN 60335-2-17:2013 kif emendati bi EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-35:2016 kif emendati bi EN 60335-2-35:2016/A1:2019, EN 60335-2-47:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-48:2003 kif emendati bi EN 60335-2-48:2003/A2:2019, EN 60335-2-49:2003 kif emendati bi EN 60335-2-49:2003/A2:2019, EN 60335-2-52:2003 kif emendati bi EN 60335-2-52:2003/A12:2019, EN 60335-2-61:2003 kif emendati bi EN 60335-2-61:2003/A11:2019, EN 60335-2-66:2003 kif emendati bi EN 60335-2-66:2003/A11:2019, EN 60335-2-84:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-87:2002 kif emendati bi EN 60335-2-87:2002/A2:2019, EN 60335-2-98:2003 kif emendati bi EN 60335-2-98:2003/A11:2019, EN 60947-5-4:2003 kif emendati bi EN 60947-5-4:2003/A1:2019, EN 61347-2-7:2012 kif emendati bi EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 kif emendati bi EN 61386-1:2008/A1:2019, u EN 62035:2014 kif emendati bi EN 62035:2014/A1:2019, u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe referenza għall-istandards oħra ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfaw l-objettivi ta’ sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi għal kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni rilevanti għalihom. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(9) |
Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifiki li ġejjin, li jintroduċu korrezzjonijiet tekniċi fl-istandards eżistenti li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60669-1:2018/AC:2018-11 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60669-1:2018 għal swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili; EN 61439-3:2012/AC:2019-04 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61439-3:2012 għal bords għal distribuzzjoni maħsubin biex ikunu operati minn persuni ordinarji (DBO); EN 61557-9:2015/AC:2017-02 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61557-9:2015 għal tagħmir biex isib ħsara fl-iżolazzjoni fis-sistemi IT; u EN 62026-3:2015/AC:2019-12 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 62026-3:2015 għal tagħmir li jinteraġixxi biex jikkontrolla apparti (CDIs) DeviceNets. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati, jixraq li jiġu inklużi r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati flimkien mar-referenzi tar-rettifiki fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 li tipprevedi fl-Anness I ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. |
|
(10) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew riveduti, emendati jew ikkoreġuti, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standards emendatorji jew ta’ korrezzjoni għalihom li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 61439-3:2012, EN 61557-9:2015, EN 62026-3:2015, EN 60335-1:2012, EN 60335-2-4:2010, EN 60335-2-5:2015, EN 60335-2-7:2010, EN 60335-2-12:2003, EN 60335-2-13:2010, EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-35:2016, EN 60335-2-47:2003, EN 60335-2-48:2003, EN 60335-2-49:2003, EN 60335-2-52:2003, EN 60335-2-61:2003, EN 60335-2-66:2003, EN 60335-2-84:2003, EN 60335-2-87:2002, EN 60335-2-98:2003, EN 60669-1:2018, EN 60947-5-4:2003, EN 61347-2-7:2012, EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 u EN 62035:2014. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1: 2012 u EN 60335-2-4:2010 flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew emendati. Għalhekk, jixraq li jitħassru dawk ir-referenzi mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(12) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-istandards armonizzati EN 50620:2017, EN 50620:2017/A1:2019, EN IEC 60947-9-1:2019, EN 61643-31:2019, EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 60335-1:2012 kif emendati bi EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-2-4:2010 kif emendati bi EN 60335-2-4:2010/A2:2019, EN 60335-2-5:2015 kif emendati bi EN 60335-2-5:2015/A11:2019, EN 60335-2-7:2010 kif emendati bi EN 60335-2-7:2010/A2:2019, EN 60335-2-12:2003 kif emendati bi EN 60335-2-12:2003/A11:2019, EN 60335-2-13:2010 kif emendati bi EN 60335-2-13:2010/A1:2019, EN 60335-2-17:2013 kif emendati bi EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-35:2016 kif emendati bi EN 60335-2-35:2016/A1:2019, EN 60335-2-47:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-48:2003 kif emendati bi EN 60335-2-48:2003/A2:2019, EN 60335-2-49:2003 kif emendati bi EN 60335-2-49:2003/A2:2019, EN 60335-2-52:2003 kif emendati bi EN 60335-2-52:2003/A12:2019, EN 60335-2-61:2003 kif emendati bi EN 60335-2-61:2003/A11:2019, EN 60335-2-66:2003 kif emendati bi EN 60335-2-66:2003/A11:2019, EN 60335-2-84:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-87:2002 kif emendati bi EN 60335-2-87:2002/A2:2019, EN 60335-2-98:2003 kif emendati bi EN 60335-2-98:2003/A11:2019, EN 60947-5-4:2003 kif emendati bi EN 60947-5-4:2003/A1:2019, EN 61347-2-7:2012 kif emendati bi EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 kif emendati bi EN 61386-1:2008/A1:2019, EN 62035:2014 kif emendati bi EN 62035:2014/A1:2019, EN 61439-3:2012 kif ikkoreġuti minn EN 61439-3:2012/AC:2019-04, EN 61557-9:2015 kif ikkoreġuti minn EN 61557-9:2015/AC:2017-02, EN 62026-3:2015 kif ikkoreġuti minn EN 62026-3:2015/AC:2019-12, u EN 60669-1:2018 kif ikkoreġuti minn EN 60669-1:2018/AC:2018-11, u kif emendati u kkoreġuti minn kwalunkwe referenza għall-istandards oħra ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1:2012, EN 60335-2-4:2010, EN 60335-2-5:2015, EN 60335-2-7:2010, EN 60335-2-12:2003, EN 60335-2-13:2010, EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-35:2016, EN 60335-2-47:2003, EN 60335-2-48:2003, EN 60335-2-49:2003, EN 60335-2-52:2003, EN 60335-2-61:2003, EN 60335-2-66:2003, EN 60335-2-84:2003, EN 60335-2-87:2002, EN 60335-2-98:2003, EN 60669-1:2018, EN 60947-5-4:2003, EN 61347-2-7:2012, EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 u EN 62035:2014, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standards ta’ emenda jew korrezzjoni għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(13) |
L-istandard armonizzat EN 50178:1997 ġie rivedut mis-CEN u mis-Cenelec. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard EN 62477-1:2012 u l-emenda tiegħu, EN 62477-1:2012/A11:2014. Bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (5), ir-referenzi tal-istandard EN 62477-1:2012 u tal-emenda tiegħu, EN 62477-1:2012/A11:2014, ġew ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u r-referenza tal-istandard EN 50178:1997 ġiet inkluża fil-kolonna tal-istandards sostitwiti madankollu, mingħajr ma ġiet indikata data meta tintemm il-preżunzjoni tal-konformità. F’dik il-komunikazzjoni, ir-referenza tal-istandard EN 50178:1997 dehret ukoll fil-kolonna tal-istandards ippubblikati. Il-Komunikazzjoni (2018/C 326/02) ippubblikat kemm ir-referenzi tal-istandard EN 62477-1:2012 u tal-emenda tiegħu EN 62477-1:2012/A11:2014, kif ukoll dawk tal-istandard EN 50178:1997, mingħajr ma indikat li l-istandard EN 50178:1997 kien ġie sostitwit. Minħabba l-inċertezza rigward l-irtirar tar-referenza tal-istandard EN 50178:1997 mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi inkluża r-referenza ta’ EN 50178:1997 fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 li telenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li qed jiġu rtirati mis-serje C. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan. |
|
(15) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għal tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-3 ta’ Frar 2022.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tat-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 2 u 3; |
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela 2a li ġejja:
|
|
(3) |
tiddaħħal ir-ringiela 3a li ġejja:
|
|
(4) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tat-tneħħija |
|
“29. |
EN 60335-2-5:2015 Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-platti |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
30. |
EN 60335-2-7:2010 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ EN 60335-2-7:2010/A1:2013 EN 60335-2-7:2010/A11:2013 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
31. |
EN 60335-2-12:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-12: Rekwiżiti partikolari għal apparat li jżomm l-ikel sħun u apparati simili EN 60335-2-12:2003/A1:2008 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
32. |
EN 60335-2-13:2010 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari għal twaġen tal-qali bix-xaħam jew żejt, twaġen tal-qali u apparati simili EN 60335-2-13:2010/A11:2012 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
33. |
EN 60335-2-17:2013 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
34. |
EN 60335-2-35:2016 Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati simili – Sigurtà – Part 2-35: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma istantanji |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
35. |
EN 60335-2-47:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-47: Rekwiżiti partikolari għal borom elettriċi għal użu kummerċjali EN 60335-2-47:2003/AC:2007 EN 60335-2-47:2003/A1:2008 EN 60335-2-47:2003/A11:2012 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
36. |
EN 60335-2-48:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-48: Rekwiżiti partikolari għal grills elettriċi kummerċjali u towsters għal użu kummerċjali EN 60335-2-48:2003/AC:2007 EN 60335-2-48:2003/A1:2008 EN 60335-2-48:2003/A11:2012 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
37. |
EN 60335-2-49:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-49: Rekwiżiti partikolari għal apparati elettriċi kummerċjali li jżommu sħan l-ikel u reċipjenti tat-tisjir EN 60335-2-49:2003/AC:2007 EN 60335-2-49:2003/A1:2008 EN 60335-2-49:2003/A11:2012 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
38. |
EN 60335-2-52:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-52: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-iġjene orali EN 60335-2-52:2003/A11:2010/AC:2012 EN 60335-2-52:2003/A1:2008 EN 60335-2-52:2003/A11:2010 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
39. |
EN 60335-2-61:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-61: Rekwiżiti partikolari għal apparati għal ħiters li jżommu s-sħana fihom EN 60335-2-61:2003/A1:2005 EN 60335-2-61:2003/A2:2008 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
40. |
EN 60335-2-66:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-66: Rekwiżiti partikolari għal ħiters għal imtieraħ mimlijin bl-ilma EN 60335-2-66:2003/A1:2008 EN 60335-2-66:2003/A2:2012 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
41. |
EN 60335-2-84:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-84: Rekwiżiti partikolari għal lokijiet EN 60335-2-84:2003/A1:2008 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
42. |
EN 60335-2-87:2002 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-87: Rekwiżiti partikolari għal apparati biex jistordu l-annimali bl-elettriku EN 60335-2-87:2002/A1:2007 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
43. |
EN 60335-2-98:2003 Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-98: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jiġġeneraw l-umdità EN 60335-2-98:2003/A1:2005 EN 60335-2-98:2003/A2:2008 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
44. |
EN 60669-1:2018 Swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
45. |
EN 60691:2003 Fjusis termiċi – Rekwiżiti u gwida kif tapplikahom EN 60691:2003/A1:2007 EN 60691:2003/A2:2010 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
46. |
EN 60728-11:2010 Networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi – Parti 11: Sikurezza |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
47. |
EN 60934:2001 Salvaviti awtomatiċi għal tagħmir (CBE) EN 60934:2001/A1:2007 EN 60934:2001/A2:2013 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
48. |
EN 60947-5-4:2003 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 5-4: Apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit u elementi ta’ swiċċjar – Metodi ta’ valutazzjoni tal-operat ta’ punti ta’ kuntatt ta’ enerġija baxxa – Testijiet speċjali |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
49. |
EN 60974-2:2013 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 2: Sistemi ta’ tiksiħ li joperaw b’likwidi |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
50. |
EN 60974-3:2014 Tagħmir ta’ saldatura bl-ark – Parti 3: Tagħmir għax-xegħil u stabilizzazzjoni tal-ark |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
51. |
EN 60974-5:2013 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 5: Tagħmir li jdaħħal il-wajer fl-apparat |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
52. |
EN 60974-7:2013 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 7:Torċi |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
53. |
EN 61347-2-7:2012 Controlgear tal-bozoz – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal controlgear elettroniku li jaħdem bil-batterija għal dawl f’każ ta’ emerġenza (magħluqin fihom infushom) |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
54. |
EN 61347-2-11:2001 “Controlgear” tal-bozoz – Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal ċirkwiti elettroniċi eteroġenei użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni EN 61347-2-11:2001/AC:2002 EN 61347-2-11:2001/AC:2010 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
55. |
EN 61386-1:2008 Sistemi ta’ kondjuwit għal immaniġġjar ta’ kejbils – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
56. |
EN 61439-3:2012 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx mmuntati – Parti 3: Bords għal distribuzzjoni maħsubin biex ikunu operati minn persuni ordinarji (DBO) |
It-3 ta’ Frar 2021 |
|
57. |
EN 61535:2009 Igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi EN 61535:2009/A1:2013 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
58. |
EN 61557-9:2015 Sigurtà elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. – Tagħmir għal ittestjar, kejl u kontroll tas-sistemi protettivi – Parti 9: Tagħmir biex isib ħsara fl-iżolazzjoni fis-sistemi IT |
It-3 ta’ Frar 2021 |
|
59. |
EN 61558-1:2005 Sigurtà ta’ transformers, unitajiet ta’ provvista ta’ enerġija, reatturi u prodotti simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet EN 61558-1:2005/A1:2009 EN 61558-1:2005/AC:2006 |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
60. |
EN 61851-1:2011 Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
61. |
EN 62026-3:2015 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Tagħmir li jinteraġixxi biex jikkontrolla apparti (CDIs) – Parti 3: DeviceNet |
It-3 ta’ Frar 2021 |
|
62. |
EN 62035:2014 Bozoz b’karga (minbarra bozoz fluworexxenti) – Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
63. |
EN 62275:2015 Sistemi ta’ mmaniġġjar ta’ kejbils – Rbit ta’ kejbils għal installazzjonijiet elettriċi |
It-3 ta’ Frar 2022 |
|
64. |
EN 50178:1997 Tagħmir elettriku biex jintuża f’installazzjonijiet ta’ enerġija” |
|