Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1132

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20

    ST/9218/2020/INIT

    ĠU L 247, 31.7.2020, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/02/2021; Imħassar b' 32021D0142

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1132/oj

    31.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1132

    tat-30 ta’ Lulju 2020

    li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

    (2)

    Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 (2) li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (‘il-lista’).

    (3)

    Skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, jenħtieġ li f’intervalli regolari jsir reviżjoni tal-ismijiet ta’ persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fiha.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (5)

    Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (6)

    Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista.

    (7)

    Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/20 tal-13 ta’ Jannar 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1341 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 5).


    ANNESS

    LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

    I.   PERSUNI

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

    2.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    3.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    4.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

    5.

    ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

    6.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

    7.

    EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

    8.

    HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

    9.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

    10.

    MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

    11.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

    12.

    ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija).

    13.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

    14.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

    II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’).

    2.

    Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’.

    3.

    ‘Al-Aqsa e.V’.

    4.

    ‘Babbar Khalsa’.

    5.

    Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini.

    6.

    Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

    7.

    ‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’).

    8.

    ‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’).

    9.

    ‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’.

    10.

    Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

    11.

    ‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’.

    12.

    ‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’.

    13.

    Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’).

    14.

    It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’.

    15.

    ‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’).

    16.

    Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’.

    17.

    Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’.

    18.

    Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’).

    19.

    ‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’).

    20.

    ‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’).

    21.

    ‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’).

    Top