EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1117

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

ST/14830/2019/INIT

ĠU L 244, 29.7.2020, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1117/oj

29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1117

tas-27 ta’ Lulju 2020

li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1275 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (3),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/598 tad-9 ta' April 2019 dwar ir-regoli transizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu ta' mandat u matulu, previsti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (4),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni tal-kandidati mħejjija mill-bord tal-għażla,

Billi:

(1)

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1939. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-istabbiliment u l-operat amministrattiv inizjali tal-UPPE sakemm dan tal-aħħar ikollu l-kapaċità li jimplimenta l-baġit tiegħu stess.

(2)

Il-Prosekuturi Ewropej jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1939.

(3)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE jassumi l-kompiti investigattivi u ta' prosekuzzjoni mogħtija lilu minn dak ir-Regolament f'data li tiġi determinata minn deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq proposta tal-Kap Prosekutur Ewropew ladarba jiġi stabbilit l-UPPE.

(4)

Il-Kap Prosekutur Ewropew ġie maħtur bid-Deċiżjoni (UE) 2019/1798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Biex jiġi stabbilit il-Kulleġġ tal-UPPE, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew u Prosekutur Ewropew wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, jeħtieġ li l-Kunsill jaħtar lill-Prosekuturi Ewropej.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 tistabbilixxi r-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 ("ir-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla").

(6)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2017/1939, kull Stat Membru parteċipant irid jinnomina tliet kandidati għall-pożizzjoni ta' Prosekutur Ewropew minn fost kandidati li huma membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru rilevanti, li d-dipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru f’kariga għolja ta’ prosekuzzjoni jew ġudizzjarja fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, u li jkollhom esperjenza prattika rilevanti tas-sistemi legali nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali.

(7)

Il-bord tal-għażla ħejja l-opinjonijiet motivati u l-klassifikazzjoni għal kull wieħed mill-kandidati nominati li ssodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, u ppreżentahom lill-Kunsill li rċevihom fid-29 ta' Mejju, fl-20 ta' Ġunju, fil-11 ta' Ottubru, fit-18 ta' Novembru u fl-10 ta' Diċembru 2019, u fis-16 ta' Lulju 2020.

(8)

Skont ir-raba' paragrafu tar-Regola VII.2 tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla, il-bord tal-għażla kklassifika lill-kandidati skont il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom. Tali klassifikazzjoni tindika l-ordni ta' preferenza tal-bord tal-għażla iżda mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill.

(9)

F'konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, wara li jkun irċieva l-opinjonijiet motivati tal-bord tal-għażla, il-Kunsill jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru parteċipanti inkwistjoni.

(10)

F'konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, jagħżel u jaħtar il-Prosekuturi Ewropej għal perijodu ta' 6 snin li ma jiġġeddidx. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jestendi l-mandat għal perijodu massimu ta' 3 snin fi tmiem il-perijodu ta' 6 snin.

(11)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/598 tistabbilixxi regoli transizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu ta' mandat u matulu wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/1939. F'konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/598, qabel il-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, grupp li jinkludi terz tal-għadd ta' Stati Membri parteċipanti fil-mument tal-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli transizzjonali jiġi ddeterminat permezz ta' tlugħ bil-polza. It-tlugħ bil-polza saret fl-20 ta' Mejju 2019 u l-Istati Membri f'dak il-grupp huma l-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall . L-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jipprevedi li l-mandat tal-Prosekuturi Ewropej mill-Istati Membri inklużi f'dak il-grupp ikun ta' tliet snin u ma jiġġeddidx.

(12)

Il-Kunsill ivvaluta l-merti rispettivi tal-kandidati b'kont meħud tal-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-bord tal-għażla. Fir-rigward tal-opinjoni motivata li tikkonċerna l-kandidati nnominati minn Malta, ir-raġunijiet li tressqu mill-bord tal-għażla jistabbilixxu b'mod suffiċjenti li minħabba fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f'dak l-Istat Membru, huwa oġġettivament impossibbli għal dak l-Istat Membru li jsib aktar kandidati eliġibbli f'perijodu ta' żmien raġonevoli, minkejja l-fatt li dak l-Istat Membru għamel l-isforzi kollha meħtieġa biex jagħmel dan. Għalhekk, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet paragrafu tar-Regola VII.2. tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla huma ssodisfati. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija aktar 'il fuq, il-Kunsill kkunsidra li l-opinjoni motivata ppreżentata fir-rigward tal-kandidati nnominati minn Malta offrietlu għażla suffiċjenti ta' kandidati adatti u, billi kwalunkwe dewmien ulterjuri fil-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej ikollu konsegwenzi ħżiena serji fuq l-effettività tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, iddeċieda li jipproċedi fuq dik il-bażi.

(13)

Bħala riżultat ta' dik il-valutazzjoni, il-Kunsill segwa l-ordni ta' preferenza mhux vinkolanti indikata mill-bord tal-għażla għall-kandidati nnominati miċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja. Fir-rigward tal-kandidati nnominati mill-Belġju, il-Bulgarija u l-Portugall, il-Kunsill ma segwiex l-ordni ta' preferenza mhux vinkolanti tal-bord tal-għażla, abbażi ta' valutazzjoni differenti tal-merti ta' dawk il-kandidati li twettqet fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Prosekuturi Ewropej tal-UPPE bħala aġenti temporanji fil-grad ta' AD 13 għal perijodu li ma jiġġeddidx ta' sitt snin mid-29 ta’ Lulju 2020:

 

Is-Sur Yves VAN DEN BERGE (6)

 

Is-Sinjura Teodora GEORGIEVA (7)

 

Is-Sur Petr KLEMENT (8)

 

Is-Sur Andrés RITTER (9)

 

Is-Sinjura Kristel SIITAM-NYIRI (10)

 

Is-Sur Frédéric BAAB (11)

 

Is-Sinjura Tamara LAPTOŠ (12)

 

Is-Sur Gatis DONIKS (13)

 

Is-Sur Gabriel SEIXAS (14)

 

Is-Sinjura Yvonne FARRUGIA (15)

 

Is-Sur Cătălin-Laurențiu BORCOMAN (16)

 

Is-Sur Jaka BREZIGAR (17)

 

Is-Sur Juraj NOVOCKÝ (18)

 

Is-Sur Harri TIESMAA (19)

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Prosekuturi Ewropej tal-UPPE bħala aġenti temporanji fil-grad ta' AD 13 għal perijodu li ma jiġġeddidx ta' tliet snin mid-29 ta’ Lulju 2020.

 

Is-Sur Dimitrios ZIMIANITIS (20)

 

Is-Sinjura María Concepción SABADELL CARNICERO (21)

 

Is-Sur Danilo CECCARELLI (22)

 

Is-Sinjura Katerina LOIZOU (23)

 

Is-Sur Tomas KRUŠNA (24)

 

Is-Sinjura Daniëlle GOUDRIAAN (25)

 

Is-Sinjura Ingrid MASCHL-CLAUSEN (26)

 

Is-Sur José Eduardo MOREIRA ALVES D'OLIVEIRA GUERRA (27)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(2)  ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8.

(3)  ĠU L 238, 21.9.2018, p. 92.

(4)  ĠU L 103, 12.4.2019, p. 29.

(5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 li taħtar il-Kap Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 274, 28.10.2019, p. 1).

(6)  Nominat mill-Belġju

(7)  Nominata mill-Bulgarija

(8)  Nominat miċ-Ċekja

(9)  Nominat mill-Ġermanja

(10)  Nominata mill-Estonja

(11)  Nominat minn Franza

(12)  Nominata mill-Kroazja

(13)  Nominat mil-Latvja

(14)  Nominat mil-Lussemburgu

(15)  Nominata minn Malta

(16)  Nominat mir-Rumanija

(17)  Nominat mis-Slovenja

(18)  Nominat mis-Slovakkja

(19)  Nominat mill-Finlandja

(20)  Nominat mill-Greċja

(21)  Nominata minn Spanja

(22)  Nominat mill-Italja

(23)  Nominata minn Ċipru

(24)  Nominat mil-Litwanja

(25)  Nominata min-Netherlands

(26)  Nominata mill-Awstrija

(27)  Nominat mill-Portugall


Top