EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0986

Deċiżjoni (UE) 2020/986 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 — Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

ĠU L 222, 10.7.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/986/oj

10.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/10


DEĊIŻJONI (UE) 2020/986 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2020

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 — Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-għan tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) hu li jipprovdi sostenn lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attivitajiet tagħhom ikunu waqfu minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, minħabba kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u jgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (il-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jipprevedi li kull sena jista’ jintuża massimu ta’ 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 345 000 għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 345 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

N. BRNJAC


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top